Legislature:
Category:
Reset
Active:

Adozzjoni ta' tfal

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew adottati tfal matul is-snin 2005 u 2006? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Tista' tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar it-tagħrif mitlub għas-sena 2005 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18791 f’Seduta Numru 390. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhi tieħu ebda benefiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Bormla — St. Nicholas Married Quarters

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwa d-dawl fil-verandi ta' St. Nicholas Married Quarters, f'Bormla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MPO — Ftehim kollettiv dwar l-għalliema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21834 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv li sar ma' l-għalliema? Jista' ukoll ipoġġi kopja tal-conditions of work ta' l-istess għalliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim Kollettiv li sar ma’ l-għalliema, liema ftehim jelenka l-conditions of work ta’ l-istess għalliema.

Bormla — Pjazza G. Gulia

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20201, u dan dwar xogħol meħtieġ fuq il-kaptelli fi Pjazza G. Gulia, Bormla, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għall-istess xogħlijiet ġiex aġġudikat u jekk fl-affermattiv, meta se jibdew ix-xogħlijiet u x'se jkunu jinvolvu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għall-manutenzjoni tal-manhloes ħareġ u ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew. Ser issir laqgħa mall-kuntratturi biex dawn ix-xogħolijiet ikunu jistgħu jibdew minnufih kif jinħareġ il-permess. Ix-xogħlijiet ser jinkludu tindif estensiv, manutenzjoni tal-culvert u tibdil tal-gradilji eżistenzi.

Arretrati tal-pensjoni

Question

Peress li ftit ilu il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ingħatat arretrati għall-pensjoni għall-perijodu 1/1/2005 sat-8/9/2006, tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan is-sussidju ma nħadimx sa minn meta rtira mix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Kumpanniji ta' l-assikurazzjonni — Surveyors

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif surveyor jista' ikun indipendenti meta jiġi appuntat biex jagħmel survey fuq karozza u dan peress li jkun imqabbad dirett mill-kumpannija ta' l-assikurazzjoni? Kif inhu protett il-konsumatur f'dan ir-rigward? Għandu dritt il-konsumatur iqabbad surveyor privat, kif wara kollox isir barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm hija prattika tas-suq ta’ l-assigurazzjoni li is-surveyor jiġi appuntat minn kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, imma huwa d-dover tas-surveyor li jisspezzjona l-ħsara u jagħmel ir-rapport tiegħu fuq il-ħsarat li soffriet karozza kawża ta’ claim. Dan ix-xogħol għandu jsir minn surveyor b’mod imparzjali. B’hekk l-iskop ta’ polza ta’ assigurazzjoni, dak li jpoġġi l-persuna assigurata fis-sitwazzjoni finanzjarja li kienet fiha qabel it-telfa, jintlaħaq. B’dan il-mod l-assiguratt (il-policy holder) jiġi protett. Huwa veru ukoll illi l-assigurat, kif dejjem kellu id-dritt li jagħmel, jista’ huwa stess jqabbad surveyor privat biex jisspezzjona l-ħsara. F’dal-kas, l-appointment jsir għal spejjes tal-assigurat.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għar-rikonoxximent tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Income tax refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa li hi dovuta lura mill-gvern lit-tax payers? Jista' jgħid kemm minn dan l-ammont ilu dovut aktar minn ħames snin u għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li l-ammont dovut hu ta’ Lm 16,893,206. Dan hu kollu relatat sas-sena ta’ stima 1998. Il-liġi tat-taxxa ma tispeċifikax meta dawn l-ammonti għandhom jitħallsu. Il-liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul tispeċifika ż-żmien meta refunds għandhom jitħallsu għal dawk is-snin ta’ stima li jiġu wara s-sena ta’ stima 1998. F’dan il-każ id-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwa marbut li jħallas ir-refund fi żmien 6 xhur minn meta jagħlaq iż-żmien għas-sottomissjoni tal-prospett tat-taxxa jew fi żmien 12-il xahar minn meta jintbagħat il-prospett f’każ li dan jintbagħat wara ż-żmien preskritt. Fin-nuqqas id-dipartiment ikun obbligat li jħallas interessi ta’ 1 fil-mija. Barra dan, infakkar dak li ħabbart fil-buget u nikkwota : « Ħadna wkoll id-deċiżjoni li l-ħlas ta’ rifużjonijiet li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu jagħti lil diversi individwi u kumpaniji għas-snin l-imgħoddija ma jibqgħux ikunu posposti aktar għal żmien indefinit. Għalhekk, matul is-sena d-dieħla kull minn għandu jieħu xi ħlas lura tat-taxxa se jkun infurmat bl-ammont li għandu jieħu u kif ser jitħallas. L-ammonti dovuti għandhom jitħallsu fiż-żmien stipulat. Il-medja prevista tkun ta’ 12-il xahar u tasal sa massimu ta’ 36 xahar fejn l-ammonti huma sostanzjali. Id-dipartiment ser jitrabat li jħallas imgħax ta’ 1 fil-mija fix-xahar, jekk dawn il-miri ma jintlaħqux. B’hekk ikun ittieħed pass ieħor li ma jħallix lil kulmin ħallas xi taxxa żejda fil-għama ».

Għalliema — Ftehim kollettiv

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv li sar ma' l-għalliema? Jista' ukoll ipoġġi kopja tal-conditions of work ta' l-istess għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ftehim kollettiv dwar l-impjegati fis-servizz pubbliku inkluz l-għalliema huwa responsabbilta' ta' l-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21504 Sitting 452 2006-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant. Fil-każ ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu il parti il-kbira tal-meetings barra minn Malta huma ma operaturi turistiċi. Peress li l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali qiegħed ngħati biss is-somma totali.