Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2005-2006? Tista' tgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2005-2006 kien hemm dawn it-tliet impjiegi ġodda :
Secretariat Officer
Legal Officer
Consultant Surgeon - GGH..
Investiment, Industrija u Teknoloġija għall-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-pq 16613. Filwaqt li għat-tieni parti tal-mistoqsija qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għat-2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005-2006 ġew impjegati 11 ħaddiema ġodda mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, d-Dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu. Dawn jinkludu 1
Director (Energy)
, 1
Head of Accounts and Administration
, 1
Economic Analyst II
, 1
Project Officer II
, 2
Engineering Analysts I,
4
Casual Substitute Clerks
u 1
Casual Substitute
Executive Officer.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa
New Recruits
2005
Pharmacist 3
Principal 2
Health Inspector 1
Casual Workers
2005
Medical Officer 1
Staff Nurse 9
Pharmacy Technician 1
New Recruits
2006
Principal Pharmacist 1
Pharmacist 3
Occupational Therapist 4
Staff Nurse 2
Assistant Principal 1
Casual Workers
2006
Pharmacist 2
Staff Nurse 23
Medical Laboratory Technologist 1
L-Awtorita tal-Mediċina
Matul il-perjodu 2005-2006 l-Awtorita' dwar il-Mediċini impjegat erba' spiżjara fil-grad ekwivalenti għal skala 9.
Żammit Clapp Hospital
Nursing Aide 15
Enrolled Nurse 2
Clerk 2
Physiotherapist 3
Physio Aide 1
Staff Nurse 2
Pharmacist 1
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita
2005 Staff Nurse 13
2006 Kokijiet 2
Casual Staff Nurse 2
Sptar San Luqa
2005
Casual Staff Nurse 1
Dental Surgeon 1
E.S.T.S 2
Executive Officer 1
General Hand 1
Houseman 60
Medical Laboratory Technician 2
Medical Officer 1
Occupational 1
Pharmacist 6
Pharmacy Technician 1
Physiotherapist 12
Principal 1
Staff Nurse 42
Technical Officer 1
2006 sa 27 ta' Novembru
Casual MLS 7
Casual Radiographer 5
Casual Staff Nurse 55
Casual Substitute Clerk 1
Consultant 1
Dental Surgeon 3
Dental Technician 3
Director Information and Technology 2
Houseman 43
Medical Laboratory Technician 2
Medical Officer on Contract 1
Midwife 4
Occupational Therapist 4
Part Timer Radiographer 2
Pharmacist 3
Senior Pharmacy Technician 1
Senior Registrar 1
Senior Registrar on Contract 7
Skilled Labourer 1
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għas-sena 2006 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tagħrif għas-sena 2005, nirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16606.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-MEPA mill-commuted parking payment scheme mit-twaqqif tagħha sal-lum? Liema huma l-proġetti li saru minn dan il-fond?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar impjegati ġodda li mhumiex replacements.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2005 ġew impjegati seba’ ħaddiema ġodda mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kif jidher hawn taħt:
2
Junior Veterinary Officers
1
Principal
1
Fisheries Protection Officer
(bil-kuntratt)
1
Aquaculture Officer
(bil-kuntratt)
2
Policy Officers
(bil-kuntratt)
Matul is-sena 2006 ġew impjegati erbatax-il ħaddiem ġdid mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Dawn kienu kif ġej:
1
Junior Veterinary Officer
1
Inspector (Health and Safety)
2
Junior Legal Officers
1
Principal Pharmacist
1
Manager (EU Funds Management Unit)
(bil-kuntratt)
1
Policy Officer
(bil-kuntratt)
1
Resource Manager (Capture Fisheries)
(bil-kuntratt)
5
Expatriate Veterinarians
(bil-kuntratt)
1
Executive Co-ordinator
(NCSD) (bil-kuntratt)
Matul is-snin 2005-2006 mal-WasteServ Malta Ltd ġew ingaggati b’kollox 48 impjegat kif ġej:
6
clerks
3
technical officers
1
assistant contracting officer
1
contracting officer
1
senior technical officer
2
technical supervisors
1
senior technical officer – gas technician
1
procurement officer
3
eco-councillors
29 ESF
sales representatives (part-timers
)
Matul is-sena 2005, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) daħħlet:
1
Senior Research Officer
4
Environment Protection Officers
4
Secretarial Assistants
Matul is-sena 2006, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) daħħlet:
6
Environment Protection Officers
5
Assistant Planning Officers
2
Enforcement Officers
1
Environment Technician
4
Secretarial Assistants
Tista' il-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni għaliex xi overpayment fuq xi benefiċċju soċjali ġieli jdum xhur jekk mhux snin biex jindunaw bih? X'inhi r-rata (l-iktar baxxa u l-ogħla) li biha titħallas lura lid-dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-aktar żewġ raġunijiet komuni li jwasslu għal ħlas żejjed ta’ benefiċċji soċjali huma li:
· għalkemm il-benefiċjarji huma nfurmati li għandhom id-dmir li jinfurmaw mill-ewwel lid-Dipartiment bit-tibdil fiċ-ċirkostanzi li jkollhom impatt dirett fuq id-dritt jew ir-rata ta’ benefiċċju dovut, dawn jonqsu li jagħmlu dan jew jagħmlu hekk ħafna żmien wara li jseħħ dan it-tibdil; u
· ir-rata tal-benefiċċju dovut tiġi kalkulata ħażin.
Konxju mill-problemi li jinħolqu fejn jirriżulta ħlas żejjed ta’ benefiċċju, id-Dipartiment kontinwament jirrevedi s-sistemi tiegħu biex kemm jista’ jkun ikollu informazzjoni sħiħa u fil-ħin dwar tibdil fiċ-ċirkostanzi ta’ benefiċjarji kif ukoll li jgħinu biex jitnaqqsu l-iżbalji fil-kalkolu tar-rata tal-benefiċċju dovut.
Skond Artikolu 102 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) fejn isir ħlas żejjed mhux riżultat ta’ xi nuqqas minn naħa tal-benefiċjarju d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jista jiġbor biss sa sentejn b’lura mid-data meta jinduna bil-ħlas żejjed. Barra minn hekk, f’dan il-kaz ir-rata tar-rifuzjoni li tista’ tintalab ma tistax tkun ogħla minn 5% tar-rata korretta tal-benefiċċju soċjali dovut. Fejn l-ħlas żejjed ikun tort ta’ xi nuqqas mill-benefiċjarju, id-Dipartiment għandu l-obbligu li jiġbor l-ammont kollu li jkun tħallas żejjed u r-rata tar-rifuzjoni, jekk u meta jkun hemm dritt għal xi benefiċċju, ma tridx tkun anqas minn 10% tar-rata korretta tal-benefiċċju dovut.
Studenti li qed jibbenefikaw minn xi tip ta' stipendju
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jibbenefikaw minn stipendju? Jista' jgħid fejn jattendu? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-ammonti differenti li jingħata lil studenti ġejjin minn kategoriji ta' studju differenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li mhux it-tagħrif kollu għadu wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm fabbriki fiż-żona industrijali ta' Ricasoli? Kemm minnhom ingħataw post alternattiv u kemm għadhom jistennew jew addirittura ma ngħatawx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-fabbriki kollha (18) li ghadħom joperaw fiż-żona industrijali ta’ Ricasoli, kollha gew mogħtija post alternattiv.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ġew struck off mir-reġistru tal-qgħad matul din is-sena? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għaliex inqatgħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar 2006 sa’ Settembru 2006 inqatgħu 966 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mid-966 persuna, 138 persuna nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 599 persuna rrifjutaw opportunita' ta’ xogħol filwaqt li 229 persuna rrifjutaw opportunita ta’ taħriġ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda matul is-sena, maqsuma skond id-ditta u ċilindraġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba. L-informazzjoni dwar id-ditta tista' tiġi meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' vetturi li ġew reġistrati mill-1 ta' Jannar sa Settembru 2006, skond it-tip tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fetħu spiżeriji ġodda mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid jekk il-kriterji stabiliti nbidlux u dan sabiex tinfetaħ spiżerija ġdida? Jista' jgħid fejn kienu l-ispiżeriji li fetħu mis-sena 2000 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Spiżerija li ngħataw liċenzji
Lokalita'
Data tal-Liċenzji
St. Joseph
Qala
17/11/2000
Baħrija
Rabat
15/04/2002
San Giorgio
Pembroke
08/15/2003
San Ġwakkin
Marsascala
20/10/2003
Medicine Chest
Għargħur
23/06/2004
Oxybar (permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss)
Kirkop
22/12/2005
Vella Pharmacy
Nadur
26/06/2006
Sokkors Pharmacy
Kerċem
03/10/2006
Il-kriterji biex jinfetħu spiżeriji ġodda ma nbidlux.