Legislature:
Category:
Reset
Active:

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-donazzjonijiet/kontribuzzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru matul is-sena 2006 huma dawn: Benefiċjarju Lm Fancy Poultry and Pigeon Club 50 Soċjeta' Filarmonika Madonna ta' Lourdes 50 Malta Cookery & Food Association 100 Franciscan Province of St Paul 100 Kunsill Lokali Mellieħa 100 Malta Horticultural Society 150 National Rabbit Society 250 Kunsill Lokali Dingli 300 Malta Horticultural Society 300 Għaqda Voluntiera Sta. Venera 300 Kummissjoni Lejla Mġarrija 300 St Patrick’s Salesians School 400 Gozo Agricultural and Cultural Society 1,000 Agrarian Society 1,500 4,900

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ingħataw sitt sponsorships ta' bejn Lm100 u Lm200 il-wieħed total ta' Lm 1,100 għal skopijiet ta' eżibizzjonijiet relatati ma' l-arti jew arkitettura.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, fid-Dekasteru tiegħi ma kienx hemm it-tip ta' donazzjonijiet kif imsemmi fil-Mistoqsija.
Leg 10 PQ #22964 Sitting 481 2007-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'Jannar 2006, l-Ministeru tiegħi għamel donazzjon tal Lm 250 lill-Community Chest Fund, li jirrappreżentaw flus iffrankati meta ma ntbagħtux kartolini tal-Milied fl-2005 mill-uffiċċjali tal-Ministeru.
Leg 10 PQ #22965 Sitting 481 2007-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-sena 2006, ingħataw id-donazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-donazzjonijiet ingħataw mill-Malta Maritime Authority.

OPM — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B. Tabella A turi l-informazzjoni li tirrigwardja l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-Mistoqsija Parlamentari numru 16602 li tagħti rendikont ta’ l-imjegati ġodda għas-sena 2005. Għas-sena 2006, l-informazzjoni mitluba tinsab f’Tabella B. Din l-informazzjoni hija aġġornata sa l-aħħar ta’ Novembru 2006.

VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, u l-ammonti li ġew mitluba jħallsu bħala multi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija 2000-2006, in-numru ta’ nies li nqabdu jiksru l-liġi tal-VAT u l-ammont li ġew mitluba jħallsu, huma kif jidher hawn taħt : Sena Numru ta’ Nies Ammont Lm 2000 5,772 87,610 2001 8,103 160,366 2002 8,539 176,151 2003 8,357 206,989 2004 2,278 293,366 2005 1,686 326,933 2006 (Ottubru) 1,498 93,484

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu vakanzi għal skrivani ġodda maċ-Ċivil għas-sitt xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern joħroġ minn żmien għal żmien ta’ vakanzi f’diversi gradi taċ-Ċivil skond l-esiġenzi tal-istess servizz.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2005-2006? Tista' tgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #22300 Sitting 474 2006-12-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #22301 Sitting 474 2006-12-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema pajjiżi Malta għandha ambaxxatur residenti? Jista' f'kull każ jgħid min huma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Ambaxxaturi residenti barra minn Malta huma: Ateni Is -Sur Saviour Falzon Beijing Is-Sur Karl Xuereb Berlin Dr Jean Paul Grech Kajr Dr Richard Vella Laurenti Kanberra (Kummissarju Għoli) Is-Sur Francis Tabone Copenhagen Dr Noel Buttigieg Scicluna Dublin Is-Sur Richard Muscat Unjoni Ewropea (Rappreżentant Permanenti) Is-Sur Richard Cachia Caruana Belġjum Is-Sur Tarcisio Zammit Geneva (Rappreżentant Permanenti) Is-Sur Saviour Borg The Hague Dr Ivan Fsadni Lisbon Is-Sur Salv Stellini Londra (Kummissarju Għoli) Dr Michael Refalo Madrid Is-Sur Gaetan Naudi Moska Dr Mario Costa New York (Rappreżentant Permanenti) Is-Sur Victor Camilleri Pariġi Dr Vicky Cremona Riyadh Is-Sur Godwin Montanaro Ruma Is-Sur Walter Balzan Strasburgu Dr Joe Licari Tripoli Dr Joseph Cassar Tunes Dr Tanya Vella Washington Is-Sur John Lowell

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku fis-sena 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija li weġgħu 1,013 f'inċidenti tat-traffiku. Minn dawn 617 kienu rġiel filwaqt li 396 kienu nisa. Rigward rapporti li saru lill-gwardjani lokali, ninsab infurmat illi din is-sena, sas-27 ta' Novembru, kien hemm 4,717-il mara u 15,592 raġel li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani li hemm il-ħabs? Jista' jgħid jekk hemmx lok ta' vakanzi ġodda, u jekk fl-affermattiv meta jaħseb li jkunu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 174 persuna fil-grad ta' Correctional Officer u 21 persuna fil-grad ta' Senior Correctional Officer. Infurmat ukoll illi fil-preżent ma hemmx vakanzi li jirrikjedu reklutaġġ immedjat.

Ħaż-Żabbar — Razzett tal-baqar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-full time farmer li għandu r-razzett tal-baqar fi Triq San Leonardu, Żabbar intalab jiċċaqlaq minn hemm? Jista' jgħid jekk hux se jingħata post alternattiv u jekk fl-affermattiv, fejn u meta? Illum li għadu ma ngħatax post, x'inhi r-raġuni li personnel mill-MEPA qed jitolbuh joħroġ immedjatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.