Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellantli l-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li huma ntitolati għall-karozza huma dawk li jaqgħu fil-Kategorija taċ-Ċirkolari MFC 5/98. Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni relatata.
Leg 10 PQ #23215 Sitting 488 2007-01-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Minsteru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kienet involuta hi , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawhau x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

WSC — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu tal-grad il-ġdid il-ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li fis-sajf li għadda ħadu promotion?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sajf li għadda nħareġ biss ir-riżultat ta' l-intervisti li saru lil min applika. Madanakollu s'issa għadhom ma ngħatawx il-ħatriet offiċjali u allura ħadd għadu ma ġie appuntat fi grad ogħla li jġib miegħu żieda fis-salarju.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kompetittitvita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18898. Filwaqt li l-kumlament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Malta Shipyards — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22974 u jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards? X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li għandhom? Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-Tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-onorevoli Interpellant.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-OPM u l-enti li jaqgħu taħtu, matul l-2006, l-Awtorità tax-Xandir għamlet żewġ pagamenti bħala sponsorships lill-: Ammont Imħallas (Lm) 1. Istitut tal-Ġurnalisti Maltin 1,750 2. Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 1,000 Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Security mal-bieb ta' Sant'Anġlu — Shelter

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' shelter għas-security li qed ikun hemm mal-bieb li jagħti għal Sant'Anġlu, peress li qed ikunu esposti għall-elementi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bi ftehim bejn il-consortium u l-kumpanija li qed tipprovdi s-servizz ta’ sigurta’ mall-bieb ta’ Sant’Anġlu, fil-futur qarib dan is-security guard ser jiġi provdut tip ta' shelter adegwat.

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23210 Sitting 487 2007-01-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ix-xogħol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa intrinsikament marbut ma' laqgħat barra 'l pajjiż u allura ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Ma tinżammx informazzjoni dwar il-lukandi li marru fihom għall-akkomodazzjoni l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari u d-delegazzjonijiet tagħhom.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontijiet tad-dawl — Sussidju

Question

Tista' il-Ministru tgħid min hu ntitolat għal sussidju fuq il-kont tad-dawl? Xi trid tagħmel persuna biex tapplika għal dan is-sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kategoriji ta’ persuni li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena jistgħu jikkwalifikaw għall-Energy Benefit kif imħabbar fid-diskors tal-budget għal din is-sena huma: 1. persuni li jkunu qed jirċievu Għajnuna mhux kontributorja għall-Qgħad, Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta’ l-Eta’ jew Benefiċċju għall-Disimpieg Speċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jikkwalifikaw awtomatikament għal dan il-benefiċċju; 2. persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni kontributorja għall-irtirar, għar-romol jew l-invalidita’, mħallsa taħt l-istess Att, jistgħu jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju kemm il-darba jissodisfaw test tal-mezzi; 3. familji jistgħu ukoll jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju fuq bazi umanitarja kemm-il darba jkun hemm xi membru fil-familja li jkun ibati minn marda jew kundizzjoni ċertifikata fejn ikun meħtieġ konsum eċċessiv ta’ dawl u ilma, u d-dħul kollu tal-familja ma jkunx jeċċedi Lm13,270 fis-sena. Id-dettalji dwar il-proċedura biex persuna tapplika għall-Energy Benefit ser jiġu mħabbra aktar tard permezz ta’ avviż għall-istampa.

Baċir Nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi fuq il-proġett tal-Baċir Nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-taħdidiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin. Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, il-konsorzju Romegas issottometta applikazzjoni għall-iżvilupp outline skond il-parametri tad-development brief.

Birgu — Xogħlijiet fix-xatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bil-livell ta' xogħol li sar fuq iċ-ċangaturi tal-granit li saru fix-xatt tal-Birgu? Jista' jgħid x'se jiġri minn numru ta' ċangaturi tal-granit li diġa' huma mkissrin? Min hu responsabbli ta' dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsara li qed jirreferi għalija fil-mistoqsija tiegħu ġiet kkawżata minħabba li vetturi u trakkijiet ta’ piż b’nuqqas ta’ responsabilta telgħu fuq din iċ-ċangaturi tal-granit. Minħabba f’hekk qabel ma jsir it-tibdil neċessarju l-Ministeru tiegħi qed jieħu azzjoni rimedjali billi poġġejna planters kbar tul ix-xatt u ser jitwaħħlu railings ħdejn rampi għal aċċess donali, b’dan il-mod qed nittamaw li ħsarat ta’ dan it-tip ma jerġax iseħħ.

Dħul f'Sant'Anġlu

Question

Jista' il-Ministru jgħid min jista' jidħol bil-karozza lejn Sant'Anġlu, issa li t-traffiku qed ikun kontrollat? Meta se jibda jsir xi ħaġa biex jinħolqu spazji ġodda għall-parkeġġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi residenti, il-kavalier, vetturi li joffru xi tip ta' servizz u ammont żgħir ta’ impjegati tal-konsorzji għandhom id-dritt ta’ aċċess. Jista' wkoll ikun hemm avvenimenti minn żmien għal żmien li jinħarġu permessi speċjali għal aċċess ta’ vetturi. Hemm ukoll ħsieb li Xatt ir-Risq jittejjeb biex jinbidel f’parkeġġ organizatt bla ħlas.