Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna membru ta' l-EU taħdem f'pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċedura sabiex persuna ta' l-Unjoni Ewropea tibda taħdem f'Malta bħala mpjegata hija hekk :
- Issib min iħaddimha
- Tiġbor l-applikazzjoni meħtieġa mill-Job Centres tal-Korporazzjoni jew mill-Website tal-Korporazzjoni
- Tipprovdi l-formoli fl-Uffiċju tal-permessi tax-Xogħol - ETC Ħal Far flimkien mal-kopja tal-passaport u curriculum vitae
- Tħallas Lm25 għal kull permess
- Tiġbor il-permess mill-Uffiċini tal-Korporazzjoni - Ħal Far
- L-Imgħallem irid jinforma lill-ETC permezz tal-formola tal-Bidu tal-Impjieg fl-ewwel ġurnata li jibda l-impjieg.
Informat ukoll li dawn ma japplikawx għall-ċitadini mir-Rumanija jew Bulgarija ligħalkemm issa jaghmlu parti mill-Unjoni Ewropea huma mitluba xorta li jipprovdu dokumenti oħra daqs ċittadini barra l-Unjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar ta' l-anzjani privati? Liema huma u fejn qegħdin u kemm hu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda? Liema huma dawk id-djar li fihom jingħata sussidju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għad hemmx ħlasijiet pendenti għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma u lil min huma dovuti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda ħlasijiet pendenti għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji joperaw fir-Ricasoli? Issa li l-post se jintuża għal skop ieħor, fejn intbagħtet kull kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ġo Ricasoli kien hemm 18-il Kumpanija.
Minn dawn, 11 ġew rilokati għal Bulebel
3 ġew rilokati għal Marsa
1 ġiet rilokata għal Ħal Far
1 ġiet rilokata għal Kordin.
Żewġ Kumpaniji oħra ma kienx hemm il-ħtieġa li jkunu rilokati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose bejn l-24 ta' Diċembru 2006 u t-2 ta' Jannar 2007? Jista' jaqsamhom skond il-ġurnata u l-eta' li kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li n-numri għal kull jum huma żgħar qed nagħti informazzjoni globali. Fil-jiem indikati kien hemm 6 każi ta' overdose fejn 3 kienu rġiel u 3 kienu nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu fl-isptarijiet tagħna? X'inhi l-funzjoni tagħhom, f'liema sptar jaħdmu u kemm hu s-salarju tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej:
Grad
Funzjoni
Nru.
Salarju
Consultant
Neurosurgeon
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Cardiac Surgeon
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Haematologist
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Histopathologist
2
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Senior Registrar
(Anaesthesia)
25
(5 b'salarju ta' Lm8,460 fis-sena, u 20 b'salarju ta' Lm7,910)
Senior Registrar
(Orthopaedics)
5
(2 b'salarju ta' Lm8,460 fis-sena, u 3 b'salarju ta' Lm7,910)
Senior Registrar
(Obst. & Gynae.)
1
Lm7,910
Senior Registrar
(Medical Imaging)
8
Lm7,910
Senior Registrar
(Surgery)
3
Lm7,910
Senior Registrar
(Paediatric Surgery)
1
Lm7,910
Senior Registrar
(ENT)
1
Lm7,910
Medical Officer
(Radiotherapy)
1
Lm6,526
(Skala ta' Salarju Nru. 8)
Senior House Officer
(A & E Dept.)
1
Lm6,526
(Skala ta' Salarju Nru. 8)
Houseman
2
LM6,135
(Skala ta' Salarju Nru. 9)
TOTAL
53
St Luke's Hospital - 47
Paul Boffa Hospital - 1
Gozo General Hospital - 5
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kienet involuta hi, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawha u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar il-livell ta' l-akkomodazzjoni irrid ngħid li fil-maġġor parti tal-Konferenzi u attivitajiet li attendejt għalihom barra, il-hotelsikunu speċifikament identifikati mill-organizzaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Junior Lyceum Sta. Tereża — Għalliema ta' l-Istudju Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-għalliema fl-iskola J.L. Santa Tereża Mrieħel li jgħallmu l-Istudju Soċjali? F'liema sena jgħallmu? Xi kwalifiki għandu kull wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm erbgħa għalliema kwalifikati jgħallmu l-Istudju Soċjali mill-Form I sa Form V fl-iskola imsemmija. Il-kwalifiki huma B.Ed (Hons) jew B.A. flimkien mal-P.G.C.E.