Legislature:
Category:
Reset
Active:

Periti, Avukati u Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nisa u rġiel li qed jaħdmu f'dawn il-professjonijiet ta': a) periti; b) avukati; u c) tobba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu bħala periti, avukati u tobba sa l-aħħar ta’ Settembru 2006 kien kif ġej:- Professjoni Irġiel Nisa Periti 331 84 Avukati 236 140 Tobba 586 242

Użu ta' djalett fil-lingwa Maltija

Question

Peress li hawn ċerti lokalitajiet f'pajjiżna li għandhom speċi ta' djalett tagħhom, bħal ngħidu aħna l-mod kif in-nies ta' Bormla jippronunzjaw il-kliem "tiegħi, tiegħu, nitilgħu, eċċ.", jista' l-Ministru jserraħ ras il-ġenituri li kliem mitkellem b'dan il-mod waqt eżamijiet orali ma jkunx penalizzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt l-orali ta' l-ezamijiet annwali, kliem li jiġi pronunzjat b'dan il-mod djalettiku ma jiġix penalizzat.

Skejjel ta' l-Istat — Xogħol strutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mill-iskejjel ta' l-Istat fit-Tieni Distrett hu mistenni li fihom isir xogħol strutturali? Meta hu mistenni, f'kull każ, li jitlesta kull xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħolijiet strutturali li huma pjanati li se jsiru fuq skejjel fid-distrett imsemmi huma: Birgu: Xogħol fuq il-faċċata. Senglea: Bdil ta' aperturi ta' barra u bdil ta' faċilitajiet sanitarji. Bormla: Bdiet tinbena skola ġdida sekondarja tas-subien. Żabbar: Bdil ta' aperturi ta' barra u ta' ġewwa, kif ukoll bdil ta' faċilitajiet sanitarji. Id-data tat-tkomplija tax-xogħol tiddependi minn meta jingħataw it-tenders u meta jibda x-xogħol.

Kunsilli Lokali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li għandu kull kunsill lokali, lokal b'lokal? Jista' jgħid min hu responsabbli għall-ħlas tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali matul is-sena 2006, lokal b'lokal? X'kien l-ammont li suppost inġabar minn dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ngħataw l-allokazzjonijiet (l-aħħar tliet pagamenti) lill-kunsilli lokali u jgħid kemm ħa kull kunsill, lokal b'lokal, allokazzjoni b'allokazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' dwar Saħħa u Sigurta' — Pjanċi tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tbiddlu uħud mill-pjanċi tal-karozzi użati minn uffiċjali tal-Awtorita' dwar Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol (jiġifieri ma baqgħux l-ittri OHS u numru)? Għaliex ma tbiddlux kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozzi kollha li tuza l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol huma leased mingħand kumpanija privata, u kienet infurmata mill-Awtorita' dwar it-Trasport li skond il-liġi dawn għandu jkollhom number plates li jixhdu dan il-fatt (jiġifieri li huma leased). Madankollu, l-Awtorita' għamlet talba speċifika biex dawk il-karozzi li jintuzaw minn uffiċjali waqt il-qadi ta' dmirijiethom jzommu n-number plates bl-ittri OHS biex tkompli tizdied il-vizibilita' ta' l-Awtorita' waqt il-ħidma tagħha.

Awtorita' dwar Saħħa u Sigurta — Senior/Principal Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha senior officers u principal officers l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol, għas-snin 2004 sal-lum, sena b'sena u separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol kellha dawn in-numri ta' Senior Officers u Principal Officers kif ġejjin: 2004 2005 2006 Principals 6 5 5 Senior Off. 2 2 0

Proġett tal-Baċir Nru.1

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tal-applikazzjoni li saret mal-MEPA mill-grupp Ronegas dwar il-Proġett tal-Baċir Nru 1?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp kopji tal-pjanti li jsiru ma’ l-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp jistgħu jkunu spezzjonati biss għand il- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif stipulat fil-liġi.

Proġett tal-Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-pjanti tal-applikazzjoni li saret mal-MEPA mill-grupp Ronegas dwar il-Proġett tal-Baċir Nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkoncernat.

Birgu — Bankina tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li tlesta l-iċċangar tal-bankina tax-xatt tal-Birgu, din reġgħet qegħda titkisser? Min hu responsabbli ta' dawn l-ispejjeż żejda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22995. Parti mill-ħsarat ġew imħallsa min minn għamel il-ħsara u l-bqija ġew imħallsa mill-gvern. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li minn meta qiegħdna il-planters il-ħsara waqfet u qed inkomplu nilqgħu għal ħsarat simili permezz ta' railings ħdejn rampi għal aċċess pedonali. Qed jittieħdu miżuri wkoll min naħa tal-Mużew Marittimu biex ma jitilgħux aktar vetturi fuq il-bankina.

Bormla — Pjazza G. Gulia

Question

Peress li xhur ilu l-Ministru qal li kienu qed jistennew biex isir xogħol fuq il-kaptelli perikolużi fi Pjazza G. Gulia Bormla, jista' jgħid fhiex waslu l-affarijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ġimgħa d-dieħla ser isir meeting fuq il-post u dan ix-xogħol mistenni jibda' fil-ġranet ta' wara.

Spiżeriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu spiżeriji mis-sena 2000 sal-lum u f'liema lokalita' kienu? Xi proċedura intużat sabiex ingħata permess lil dawn l-ispiżeriji ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Spiżeriji li ngħataw liċenzji Lokalita' Data tal-Liċenzji St. Joseph Qala 17/11/2000 Baħrija Rabat 15/4/2002 San Giorgio Pembroke 8/15/2003 San Ġwakkin Marsascala 20/10/2003 Medicine Chest Għargħur 23/6/2004 Oxybar (permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss) Kirkop 22/12/2005 Vella Pharmacy Nadur 26/6/2006 Sokkors Pharmacy Kerċem 3/10/2006 Il-proċedura li tintuża għall-għoti ta' permessi ġodda tinvolvi li l-applikazzjoni tiġi evalwata mill-kumitat konġunt kompost mill-Ministeru tas-Saħħa, il-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq rakkomandazzjoni u qbil minn dan il-kumitat, il-liċenzja ġdida tkun tista' tingħata.

Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta — Performance allowance/bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid teżistix xi forma ta' performance allowance/bonus fl-Awtorita' dwar is-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol? Jekk fl-affermattiv, min hu intitolat għaliha u x'ammonti ttieħdu sal-lum mis-sena 2001, maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm taħdidiet mal-Union li tirraprezenta l-maġġoranza tal-ħaddiema ta' l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol dwar tiġdid tal-Collective Agreement, li għandu jkopri l-perjodu 2007-2010. Mogħti l-parir li ma jkunx propizju li din l-informazzjoni tingħata fil-prezent.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23571 Sitting 495 2007-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq dar Malta fi Brussell? X'inhi l-ispiża li ntnefqet sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dan il-Ministeru ma hux responsabbli għax-xogħolijiet li qed isiru f'Dar Malta. Nitlob lill-Onorevoli Deputat biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Karta r-roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma intitolati għall-karta r-roża? Min hu intitolat għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jżommx statistika dwar in-numru ta’ persuni individwali li huma ntitolati għall-Għajnuna Medika bla Ħlas iżda din tinżamm dwar in-numru ta’ familji ntitolati għal din l-Għajnuna. Ninsab infurmata li dan in-numru hu 8,035. Biex persuna tkun intitolata għall-Għajnuna Medika bla Ħlas ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu Lm4,000, jekk tkun persuna weħedha, jew Lm7,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa. F’każ ta’ persuna li ma taħdimx id-dħul tagħha fil-ġimgħa, ikkalkulat skond it-Tielet Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ma jridx jaqbeż Lm11.75 għal persuna weħedha u Lm15.25 għal koppja miżżewġa. F’każ ta’ persuni li jaħdmu, d-dħul mill-impjieg ma jridx jaqbeż Lm51.63 fil-ġimgħa għal persuna waħedha u Lm55.13 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa, wara li titnaqqas il-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali. Fejn familja tkun komposta minn aktar persuni mill-persuna singla jew mill-kap tal-familja u martu, skond il-każ, il-limiti ta’ dħul imsemmija qabel jiżdiedu bi Lm3.50 fil-gimgħa għal kull persuna addizzjonali. Ta’ min iżid li persuni li jbatu minn mard speċifiku, bħal ma’ huma diabete, tuberkulosi, lebbra jew poliomilitis kif ukoll persuni li qed jirċievu Għajnuna Soċjali jew pensjoni mhux kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jikkwalifikaw għall-Għajnuna Medika bla Ħlas mingħajr it-test tal-mezzi.

Adozzjoni tat-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti li qed jistennew adozzjoni ta' tfal? Liema huma dawk il-pajjiżi li qed jagħtu tfal għall-adozzjoni li magħhom pajjiżna għandu ftehim għal dan l-iskop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentament hemm 222 applikazzjoni għall-adozzjoni reġistrati mad-Dipartiment għal Standards ta’ Ħarsien Soċjali. Malta għandha ftehim formali dwar adozzjoni ma’ l-Albanija u r-Rumanija. Inżid ngħid li Malta hi wkoll firmatarja tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1993, dwar il-Protezzjoni ta’ Ulied u Ko-operazzjoni dwar l-Adozzjoni fost il-Pajjiżi.