Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-lista ta’ l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il-grad hija kif ġej:
Chief Executive Officer 1
Chief Officers 3
Heads 17
Managers 29
Senior Executives 10
Executives 23
Executive Support Officers 15
Support Officers 6
Housekeeper 1
Total 105
Peress li meta bdew isiru x-xogħlijiet fuq l-appartamenti ġodda fi Triq E.S. Inglott, Bormla ir-residenza hawn taħt indikata separatament sofriet ħsarat li ġew recorded minn periti tal-gvern, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ma jirrizultax li wasal ghandu xi lment dwar il-fond indikat mill-Onor. Interpellant.
Ghalhekk tlabt lill-imsemmi Dipartiment biex investiga u jiehu l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-fabbriki li kienu fil-qasam industrijali ta' Ricasoli u ġew allokati fabbrika oħra? Fejn ingħataw? X'kien id-daqs li kellhom f'metri kwadri u x'daqs għandhom illum? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża, għal kull każ, sabiex mir-Ricasoli marru għall-fabbrika l-ġdida? Liema huma dawk li għadhom jistennew li jingħataw post alternattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja li sar jew isir ma' min jiġi allokat fabbrika? Kemm kienet il-kirja għal lok industrijali fis-sena 2000 u kemm hi llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li ftit ilu ġie ppubblikat fuljett ta' informazzjoni dwar xogħlijiet ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li ssir Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar, triq li tinsab fi stat verament diżastrus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluza fil-lista ta’ toroq li huma ppjanati li jsira fix-xhur li ġejjin. F’Ħaż-Żabbar hemm numru konsiderevoli ta’ toroq ġodda xi jsiru minkejja li l-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar kien gawda minn fondi li jammontaw għal Lm75,000 sabiex jinbnew diversi toroq. Ħaż-Żabbar huwa wieħed mill ftit irħula li bħalissa għaddejin żewġ kuntratti tal-period contracts b’valur ta’ madwar Lm120,000. Il-bqija tat-toroq mil-lista li għadhom ma bediex ix-xogħol fuqhom isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw wara li x-xogħlijiet pendenti jitlestew.
Fid-dawl ta' dak li ġara f'żewġ kawżi separati fejn persuni li ntalbu jħallsu taxxa li tmur lura ħafna snin, ġew meħlusa milli jħallsuhom, jista' l-Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra xi tibdil fit-talbiet għall-ħlasijiet ta' taxxa li tmur lura ħafna snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jieħu l-pariri legali neċessarji.
Peress li saru ħafna testijiet fuq il-problema ta' seeping water fl-indirizz indikat separatament, jista' l-Ministru jara x'sar u jekk il-problema tistax tissolva għas-sodisfazzjon ta' l-anzjana nvoluta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-indirizz indikat. Anqas ma saru xi testijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Wara li saret din il-mistoqsija, intbagħtu uffiċjali tal-Korporazzjoni biex jinvestigaw fuq il-post iżda sabu l-post magħluq darbtejn.
Nissuġerixxi lill-Onor Interpellant li jgħaddi informazzjoni lill-Korporazzjoni dwar lil min jistgħu jikkuntattjaw dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-talbiet ta' l-ex ħaddiema tal-baħar tas-Sea Malta għat-terminal benefits?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-likwidaturi tal-kumpanija qegħdin fl-istadju li jirrealiżża l-assi tal-kumpanija biex mir-rikavat jagħmlu distribuzzjoni tal-assi lill-kredituri kollha skond il-liġi. Bħalissa għaddej proċess fil-Qorti fejn l-ex impjegati tal-baħar tal-Kumpanija qegħdin isostnu l-allegazzjonijiet tagħhom li t-talbiet tagħhom huma privileġjati . Billi l-kwistjoni għadha pendenti quddiem il-Qorti ma jkunx għaqli li tiġi espressa opinjoni dwar il-mertu ta' din it-talba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex mhux il-gwardjani kollha fil-CCF huma ntitolati għall-allowance ta' Lm45 fix-xahar? Min hu ntitolat għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dawk il-gwardjani li huma intitolati għall-allowance ta' ħamsa u erbgħin (Lm45) lira fix-xahar huma dawk li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti skond in-"New Salaries & Conditions of Service of the Corradino Correctional Facility" li kien ġie iffirmat fit-13 ta' Mejju 1994, fl'Uffiċċju tal-MPO.
Pulizija — Rapporti ta' serq minn knejjes u istituti reliġjużi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati serqiet minn knejjes u istituti reliġjużi matul is-sena 2006? Jista' jgħid fejn saru l-każi u jekk ittellgħex xi ħadd il-qorti dwar l-istess każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija kellha 18-il rapport ta' serq minn knejjes u 7 minn istituzzjonijiet reliġjużi kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F'każ minnhom, persuna li kienet rrapurtat portmoni misruq, infurmat lill-Pulizija aktar tard li l-portmoni ma kienx misruq imma kienet insietu warajha d-dar, filwaqt li dwar żewġ każi oħra ittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jkun hemm pulizija li jingħataw ċans li jieħdu kors full-time l-Universita'? X'inhi l-possibbilta' li fil-futur qarib jerġa' ikun hemm dawn l-okkażjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar sponsorship għall-korsijiet full time fl-Universita' lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, kien sar fis-sena 2000, fejn kienu ġew sponsorjati seba' membri tal-Korp wara li kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet. Għalissa għad m'hemmx il-ħsieb li ssir sejħa għall-applikazzjonijiet għall-korsijiet full time sponsorship fl-Universita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-ismijiet ta' persuni rappurtati nieqsa u li ma nstabux dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 1997 l'hawn hemm 32 persuna li kienu ġew irrapurtati nieqsa u s'issa għadhom ma ġewx rintraċċati.
Ma nħossx li huwa prudenti li jingħataw l-ismijiet ta' dawn il-persuni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' hit and run matul is-sena 2006, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija ħdax-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra, kif jidher hawn taħt:
Jannar1
Frar1
Marzu1
April0
Mejju1
Ġunju0
Lulju0
Awissu3
Settembru0
Ottubru2
Novembru0
Diċembru2
Peress li ftit taż-żmien ilu sar kors mill-ETC bis-suġġett "increasing female participation through child care services at the place of work, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li dawk li pparteċipaw ikollhom impjieg relatat?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru japprezza li l-opportunitajiet ta' impieg f'dan is-settur jiddependu minn numru ta' ommijiet li lesti jikkontribwixxu biex iħallu l-uliedhom f'childcare facilities. Il-Gvern ser jagħmel il-parti tiegħu biex jagħti l-kontribut tiegħu.
Jista' l-Ministru jara jistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-knisja ta' Sta. Tereża Bormla u dan peress li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jidhirli li kien ikun ta aktar interess għal dan il-Parlament kieku l-mistoqsija saret ukoll dwar id-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħat, l-utilità tal-laqgħat għal pajjiżna, u l-kontribut li Malta tat speċjalment f’dawk il-laqgħat kollha fejn hija nvoluta l-Unjoni Ewropea.