Korp tal-Pulizija — Sejħa għall-kuntistabbli ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-compliment tal-Korp tal-Pulizija bħalissa? Jista' jgħid jekk hemmx l-ħsieb li jkun hemm sejħa għall-kuntistabbli ġodda fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Fil-preżent hemm 1,876 persuna fil-Korp tal-Pulizija; jekk ikun hemm bżonn, isir reklutaġġ ieħor kif dejjem sar taħt il-Gvern preżenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta reliġjużi mpjegati fis-Servizz Pubbliku jew f'korpi/enti oħra tal-Gvern? X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija bħalissa mill-Malta Industrial Parks? X'tip ta' karozzi huma u kemm hi l-ispiża f'kull każ u x'użu qed isir minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks Limited qeda tikri dawn is-seba karrozzi :
Ford Focus – bir-rata ta’ Lm5.96 inkluz il-V.A.T. kull jum.
Zewg Peugeots 206 – bir-rata ta’ Lm5.96 inkluz il-V.A.T. kull karozza, kull jum.
Peugeot 307 - bir-rata ta’ Lm6.55 inkluz il-V.A.T., kull jum.
Fiat Punto - bir-rata ta’ Lm5.18 inkluz il-V.A.T., kull jum.
Fiat Punto – bir-rata ta’ Lm5.18 inkluz il-V.A.T. , kull jum.
Fiat Punto – bir-rata ta’ Lm5.18 inkluz il-V.A.T. , kull jum .
Rigward l-użu ta' dawn il-vetturi, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24109.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-immigranti li ma jilħqux l-kriterji għall-protezzjoni f'Malta skond ir-Refugees Act? Jista' jgħid li jekk dawn il-failed asylum seekers jistgħux jibbenefikaw minn xi għajununa jew inkella jridu jiddependu fuq l-għajnuna tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sakemm ikunu qed jistennew li jintemmu l-proceduri biex jirritornaw f'pajjiżhom, immigranti irregolari li ma jilhqux il-kriterji ghall-protezzjoni skond l-Att dwar ir-refugjati, jingħataw akkomodazzjoni f'centru miftuh u allowance zghira ghall-bzonnijiet essenzjali.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għar-reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita u d-dettalji tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jaqblux.
Ghalhekk nitolbu jivverifika dawn id-dettalji u jghaddijhomli biex ninvestiga.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-possibilita' li l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ngħatat post temporanju l-Belt, terġa' tmur lura lejn Bormla fejn dejjem għexet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23592, f’Seduta Numru 490, dwar l-istess persuna, fejn jien għidt li din il-persuna ġiet offruta post f’Bormla f’Ottubru 2006, liema post hi rrifjutat.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24100, f’Seduta Numru 503 dwar l-istess persuna.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-bini ta' blokka appartamenti fi Triq San Gwann, Bormla? Fiex tikkonsisti din il-binja, maqsuma f'1 bedroom, 2 bedroom u 3 bedroom apartments? Min se jingħata priorita' f'allokazzjoni ta' dawn l-appartamenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bini tal-blokka li ghamel referenza ghaliha l-Onor. Interpellant jinsab fi stadju avanzat u mistenni jkun lest sa nofs din is-sena.
Ninsab infurmata wkoll li din il-binja tikkonsisti f'7 appartamenti b'kamra tas-sodda wahda, 28 appartament b'zewg kmamar tas-sodda u 19 -l appartament bi 3 kmamar tas-sodda.
L-ewwel prijorita' fl-allokazzjoni ta' dawn l-appartamenti ser tinghata lil evictees tat-tieni fazi tal-proġett ta' Triq Santa Liena, Bormla.
Peress li fetħa mdaqqsa bejn l-appartamenti l-ġodda fi Triq San Gwann, Bormla u l-Club ta' Cospicua Rangers issa tinsab fi stat mitluq, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti għax-xogħlijiet fuq din il-fetħa? Meta se jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex tiġi finalizzata l-pjanta dwar il-fetħa li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant biex tiġi żviluppata fi ġnien pubbliku, bi sħubija bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena jew fil-bidu tad-dieħla wara li tiġi finalizzata l-pjanta, jintalbu u joħorġu l-permessi u joħorġu s-sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006? X'inhu l-grad u kif saret is-sejħa għall-ingaġġ? Kemm applikaw f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006 kien ta’ 14.
Il-gradi kienu hekk:
Chief Executive Officer 1
Managers 9
Executives 4
Ghall-post vakanti fil-Malta Enterprise, is-sejħa l-ewwel tinħareġ internament, jekk hadd ma japplika jew jiġi mgħażul, is-sejħa toħroġ bħala ċirkulari ta’ l-MPO.
F’każ illi lanqas b’ċirkulari ma’ jinstab ħadd, il-Malta Enterprise titlob l-ETC tibgħat lista tan-nies li qegħdin jirreġistraw u li jistgħu jkunu addattati għall post vakant.
Jekk ma jinstab ħadd mill-listi tal-ETC il-post vakant jiġi reklamat fil-gazzetti lokali.
In-numru ta’ applikazzjonijiet li rċeviet il-Malta Enterprise huwa kif jidher hawn taht:
Għall-post ta’ CEO l-Malta Enterprise irċeviet 16-il applikazzjoni
għall-post ta’ Managers kienu ivarjaw bejn 11 sa 55
għall-post ta’ Executives kien hemm bejn 11 sa 58.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? X'inhu l-grad u kif saret is-sejħa għall-ingaġġ? Kemm applikaw f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm sar safar fuq xogħol mill-impjegati tal-Malta Enterprise? Min kienu l-persuni f'kull każ? X'kien l-iskop ta' kull safra? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar fuq xogħol mill-impjegati tal-Malta Industrial Parks? Min kienu l-persuni f'kull każ? X'kien l-iskop ta' kull safra? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija bħalissa mill-Malta Enterprise? X'tip ta' karozzi huma u kemm hi l-ispiża f'kull każ u x'użu qed isir minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Malta Enterprise għandha żewġ karozzi Renault Megane Classic mikrija fuq bażi ta' kirja fit-tul prezz ta' Lm173/kull xahar/kull karozza. Il-karozzi jintużaw għad-delegazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-club tar-Regatta ta' Bormla se jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid bħala parti mix-xogħol marbut mal-proġett ta' Dock 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Club tar-Regatta ta' Bormla huwa inkluż fl-art li jifforma l-proġetti tad-Dock No.1. Id-diskussjonijiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin bejn il-Consortium Gruppo Romegas u l-Gvern. Barra minn hekk il-Gruppo Romegas tefa' applikazzjoni għal dan il-proġett lill-MEPA liema applikazzjoni għada qiegħda tiġi ikkunsidrata wkoll.
Nista' nassigura lill-Onor Membru li jekk il-Club tar-Regatta ta' Bormla jkollu jintmiss minħabba il-proġett il-Club jingħata faċilitajiet ekwivalenti għal dak li għandu llum.
Issa li ġie ppreżentat outline application għall-proġett ta' Dock 1, jista' l-Ministru jgħid x'imiss issa f'dan il-proċess? Jista' jgħid jekk il-poplu tal-Kottonera hux se jkollu d-dritt jisma' mingħand l-iżviluppaturi x'se jinvolvi dan il-proċess? X'inhi l-possibbilta' li xi tip ta' public hearing issir fil-lokalita' ta' Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ l-applikazzjoni wasal fl-istat li ntbagħtu l-ittri ta' konsultazzjoni, interni u esterni, u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tistenna r-risposti għalihom.
Matul il-proċess tat-tħejjija tal-project brief fuq Baċir Nru 1 mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq (MUDR) kienet digà saret laqgħa għall-pubbliku. Fejn jirrigwarda din l-applikazzjoni, tagħrif dwarha deher fil-gazzetti u twaħħlet notifika fil-post. Il-pubbliku jista' jżur l-uffiċċji ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u jara l-pjanti kollha sottomessi ma’ l-applikazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li kienet saret laqgħa bejn il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, rappreżentanti ta’ l-iżviluppaturi u uffiċjali mill-Ministeru ta’ l-Iżvilupp Urban u t-Toroq.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Enterprise li għandhom dritt għall-użu ta' karozza? X'tip ta' karozza tintuża f'kull każ u hijiex proprjeta' tal-Malta Enterprise jew kif qed tintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ħadd m’għandu d-dritt juża l-karozzi tal-Malta Enterprise imma hemm karrozzi li jistgħu jiġu wżati skond l-esiġenza tax-xogħol.
Għad-delegazzjonijiet jintużaw 2 Renault Megane Classic – Kirja fit-tul
‘Run About’ u biex inwasslu 1 Toyota Tercel and 1 Skoda Felicia – Proprjeta’
in-nies tagħna ghal meetings tal-Malta Enterprise.
Biex inġorru l-affarijiet minn 1 Van – Propjeta tal–Malta Enterprise
Uffiċċju ghall-ieħor etc.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Industrial Parks li għandhom dritt għall-użu ta' karozza? X'tip ta' karozza tintuża f'kull każ u hijiex proprjeta' tal-Malta Industrial Parks jew kif qed tintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn li gejjin huma l-ufficjali fil-MIP li għandhom dritt għall-użu ta’ karozza:
L-Property Administrator – Ford Focus S/W – Mikrija – Tintuża biex jmur fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex
L-Chief Officer Estates Management & Compliance – Peugeot 307 – Mikrija - Tintuża biex jmur fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex
L-Perit – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fuq sites jew fabbriki biex jara x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex
L-Engineer – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fil-fabbriki fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex biex jara x-xogħol li hemm bżonn isir jew qed isir
Żewg Peugeots 206 u Fiat Punto , mikrija u jintużaw mill-impjegati tal-Malta Industrial Parks Limited, bħal Draughtspersons, Site Supervisors, Quantity Surveyors, Property Inspectors u Support Assistant (Messaġġier) biex immorru fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex u jsir l-qadi tal-Malta Industrial Parks Limited.
L-Executive Deputy Chairman juża Renault Laguna – Proprjeta’ tal-Malta Industrial Parks Limited biex imur għal-meetings u jżur fabbriki fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imprendituri li ngħataw letter of intent għall-allokazzjoni ta' fabbrika u għadhom qed jistennew? Kemm hi l-aktar waħda antika u jista' jagħti d-dati meta ngħataw? X'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar dawn il-letters of intent u l-istennija ta' dawn l-imprendituri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imprendituri li ngħataw letter of Intent u għandhom ma ngħatawx fabbrika jew art huma 15. Ma dawn hemm 13 il-kumpanija li għandhom fabbrika identifikata u qed isir ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuqhom.
L-aktar waħda antika ħarget f’Diċembru 2001.
Id- dati huma hekk sena 2001 (1), sena 2002 (2), sena 2003 (3), sena 2004 (1), sena 2005 (1), sena 2006 (7)
Il – ħsieb tal-Gvern huwa li jerġa jirrevedi l-vjabilita’ ta’ dawk il-proġetti li lhom approvati ammont ta’ żmien barra li daħħal policy illi "letter of intent" tibqa valida għal sena biss.