Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-taghrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24399 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 sal-lum kien kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min jinnota li parti sostanzjali mill-ammont totali ta' Lm 93, 605.35 tikkonsisti fl-ispiża tal-kirja tal-makkinarju li jintuża għat-tindif tax-xtut.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ l-2006 sal-lum fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu hemm mikri van wieħed mingħajr driver. Dan il-van jinkera bir-rata ta’ Lm11.80 kuljum, VAT inkluża, mingħand Godwin’s Garage, Għargħur. Ma kienx hemm kiri ta’ trakkijiet matul il-perjodu msemmi.

Bormla — Hamiem

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23980 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-knisja ta' Sta. Tereża Bormla u dan peress li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kontroll fuq l-ammont ta’ ħamiem f’lokalitajiet residenzjali jista’ jsir b’metodi naturali fosthom li jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ikel disponibbli kif ukoll jitnaqqsu l-postijiet fejn il-ħamiem jista’ jbejjet, bħal ventilaturi u strutturi oħrajn. F’dan il-każ, il-Ministeru lest li flimkien mal-Kunsill Lokali jinvestiga l-possibilità li jittieħdu miżuri bħal dawn biex tiġi indirizzata l-problema.

Forzi Armati ta' Malta — Ingaġġ ta' suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' ingaġġ ta' suldati? Kemm għaddew mill-physical test? Kemm qagħdu għall-eżami bil-miktub? Kemm hemm ħsieb li jiġu ngaġġati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Industrial Parks — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24115 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? X'inhu l-grad u kif saret is-sejħa għall-ingaġġ? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OPM — Kiri ta' vanninjiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kkontestaw kandidati mill-bidu tal-kunsilli lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrappreżentaw? Min huma s-sindki minn dakinhar sal-lum, lokalita' b'lokalita'? Min huma dawk il-kunsilliera li rriżenjaw mill-bidu sal-lum lokal b'lokal?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-mistoqsija tiegħu dwar kemm ikkontestaw kandidati mill-bidu tal-Kunsilli Lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrapreżentaw, din l-informazzjoni tista' tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali u għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilliera li rriżenjaw sa l-2006. L-informazzjoni dwar is-Sindki u dwar Kunsillieri li rriżenjaw mill-2006 l'hawn qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Bormla — Garaxxijiet għall-bejgħ/kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jinkrew jew jinbiegħu l-garaxxijiet/stores li nbnew mal-binja l-ġdida fi Triq E.S. Inglott, Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ż-żewġ stores li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew riservati għal min kien jokkupa l-istores li twaqqgħu biex sar il-proġett.

Qasam Industrijali tar-Ricasoli — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24099 u jagħti lista ta' dawk il-fabbriki li kienu fil-qasam industrijali ta' Ricasoli u ġew allokati fabbrika oħra? Fejn ingħataw? X'kien id-daqs li kellhom f'metri kwadri u x'daqs għandhom illum? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża, għal kull każ, sabiex mir-Ricasoli marru għall-fabbrika l-ġdida? Liema huma dawk li għadhom jistennew li jingħataw post alternattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward il-lista tal-fabbriki u fejn ingħataw, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 23550. Ninsab infurmat li l-allokazzjonijiet l-ġodda jirriflettu d-daqs tal fabbrika li kellhom iżda wkoll sitwazzjonijiet varji bħal allokazzjonijiet addizzjonali pendenti, il-mod ta' użu li kien isir f'Ricasoli, kif ukoll id-daqs tal-fabbrika li kienet għad-dispożizzjoni biex tkun allokata. Rigward kemm ġiet tiswa din ir-riallokazzjoni jiena nfurmat li l-ispiża mistennija tlaħħaq madwar Lm3 miljun lira u tinkludi fiha spiża ta' Lm2.3 miljun biex isir upgrading tal-fabbriki. Din l-ispiża xorta riedet issir kieku l-fabbriki baqgħu r-Ricasoli peress li kellhom bżonn manutenzjoni sostanzjali. Meta tikkonsidra dan kollu, ir-riallokazzjoni ta' dawn il-fabbriki swiet madwar Lm700,000 lira. Rigward kemm hemm fabbriki jistennew, din ir-risposta diġa ingħatat fil-mistoqsija Nru. 22280.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Farfett tal-Fejġel

Question

Peress li l-Ministru qal li Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar se ssir din is-sena, jista' jgħid jekk ħarġitx it-tender għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jsir dan? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta se jitlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandhiex xi nżied mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 23981.

Postijiet bil-kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jintalab mid-dipartiment minn persuna li tkun tgħix f'post tal-gvern bil-kirja fuq ħaddieħor sabiex ikun hemm bidla fir-rikonoxximent tal-kera?

Response (BORG, TONIO)

Ir-rikonoxximenti ta' persuni li jkunu jgħixu f'post tal-gvern bil-kirja fuq isem ħaddieħor isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Postijiet bil-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'jintalab mid-dipartiment minn persuna li tkun tgħix f'post tal-gvern bil-kirja fuq ħaddieħor sabiex ikun hemm bidla fir-rikonoxximent tal-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 310 bil-miktub f'Seduta 454, ninfurmah li kull każ hu differenti minn ieħor u għalhekk mhux possibbli li nelenka l-informazzjoni u l-provi kollha li jiġu mitluba biex isir rikonoxximent b'mod ġenerali.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla, saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

WSC — Problema ta' seeping water

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23983, fejn intqal li ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-indirizz indikat separatament, jista' l-Ministru jivverifika peress li jien stess għamilt rapport fuq il-każ fit-18 ta' Settembru, 2006 bl-email lil customer care@ wsc.com.mt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bi żvista ma ttieħditx azzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wara li rċeviet l-e-mail ta' l-Onor. Interpellant u għaldaqstant il-KSI tħoss li għandha tapoloġizza miegħu. Fit-12 ta' Marzu intbagħat uffiċjal tal-KSI biex jinvestiga l-każ, iżda għalkemm kien hemm sinjali ta' umdita' ma kienx possibli li jinġabar sample ta' l-ilma li qed jiskula. Madankollu l-KSI ser tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji permezz ta' eżerċizju ta' leak detection fl-inħawi ta' l-indirizz indikat.