Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy dwar persuni li jkunu għadhom ħerġin mill-ħabs u m'għandhomx fejn joqogħdu? Ma taħsibx il-Ministru li meta persuni bħal dawn nitfgħuhom fit-triq bla saqaf fuq rashom u bla possibilita' ta' mpjieg, inkunu qed nesponuhom għall-probabilita' li jerġgħu jiżbaljaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Każijiet ta' persuni li jiġi ppruvat li ġenwinament ma jkollhomx fejn joqgħodu jingħataw prijorita' mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan japplika wkoll għall-kategorija ta' persuni ndikata mill-Onor. Interpellant.
Irrid infakkar lill-Onor. Interpellant li f'pajjiżna hawn bosta djar li jagħtu kenn lill-persuni li joħorġu mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ma jkollhomx saqaf fuq rashom. Il-Gvern għadu kif għadda dar f'Bormla lill-"Għaqda mid-Dlam għad-Dawl" proprju għal dan il-għan u l-Awtorita' tad-Djar qed tgħin biex din id-dar titranġa biex tipprovdi kenn lil dawn in-nies, flimkien ma għajnuna u appoġġ li għandhom bżonn.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar persuni li jkunu għadhom ħerġin mill-ħabs u m'għandhomx fejn joqogħdu? Ma jaħsibx li meta persuni bħal dawn nitfgħuhom fit-triq bla saqaf fuq rashom u bla possibilita' ta' mpjieg, inkunu qed nesponuhom għall-probabilita' li jerġgħu jiżbaljaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn naħa tal-awtoritajiet tal-ħabs, meta priġunier jitlob l-għajnuna biex jingħata xi post fejn joqgħod huwa jingħata l-għajnuna kollha neċessarja.
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, permezz tas-Social Worker, jibda dak il-proċess neċessarju biex il-priġunier japplika għal social housing. Każijiet ta' persuni li jiġi ppruvat li ġenwinament ma jkollhomx fejn joqgħodu jingħataw prijorita' mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Kien hemm diversi każi li priġunieri ingħataw dar jew lok alternattiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema tac-Civil li temmew l-impjieg tagħhom fis-sena 2006? Xi grad kellhom u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 1441 persuna li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku.
Il-grad tagħhom u f’liema dipartiment kienu jservu qabel spiċċaw jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Pulizija matul is-sena 2006 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija għamlet 1,997 roadblock f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks, irriżulta li numru ta' persuni nstabu li kisru r-regolamenti tat-traffiku, filwaqt li kien hemm ukoll 16-il każ fejn instabet id-droga.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22974 u jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards? X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li għandhom? Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom?
Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-Tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Malta Shipyards hawn tliet persuni barranin li għandhom top posts. Dawn huma Chris Bell – Chief Executive Officer, David Kahlbon – Production Executive, u John Cox – Project Executive. Dwar is-salarju ta’ dawn, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 20253. Dwar l-esperjenza u l-kwalifiki fis-CV, l-Onor. Interpellant jifhem li minħabba l-Protezzjoni tad-Data personali din l-informazzjoni ma tistax tingħata. Imma nassigurah li dawn kienu ġew ivverifikati waqt l-interviews li saru qabel ma nħatru.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, l-ittra li qed isir riferenza għaliha ntbagħtet għal raġunijiet ta’ produttivita’ sabiex jitħaffef il-progress tax-xogħol fuq l-azzar fuq wieħed mill-proġetti li hawn bhalissa fil-Malta Shipyards.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24101 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja li sar jew isir ma' min jiġi allokat fabbrika? Kemm kienet il-kirja għal lok industrijali fis-sena 2000 u kemm hi llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Infurmat li m’hemmx dokument uniku li jirregola kull tip ta’ allokazzjoni u li jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li r-rati applikabbli għal postijiet industrijali ivarjaw skond it-titolu li taħtu tingħadda l-propjetà. Madankollu, fis-sena 2000, ir-rati applikabbli għal kirjiet kienu regolati mill-Kap 325 tal-Liġijiet ta’ Malta filwaqt illi llum il-ġurnata, ir-rati applikabbli għal kirjiet ivarjaw skond il-propjetà partikolari li tkun ġiet allokata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' vetturi u muturi li għandu l-Korp tal-Pulizija u d-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni għal kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minnhom fil-preżent huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrapjati karozzi matul l-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta 27,898 vettura skrappjata f'dawn l-aħħar ħames snin.
It-total huwa maqsum hekk :
2002
2,621
2003
2,798
2004
5,529
2005
13,983
2006
2,967
Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra..
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas fejn ma jistax isir għadds bil-ħarpun?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jistax isir għadis bil-harpoon f’dawk iż-żoni li huma determinati bħala żoni ta' konservazzjoni mill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent u kulfejn hemm xi reef artifiċjali impoġġija għal studju jew bħala attrazzjoni turistika għall-għaddasa. Ma jistax isir għadis bil-harpoon ukoll fiż-żoni kollha fejn ma jistax isir sajd skond regolament SL425.01. Għaddis bil-harpoon ma jistax isir imkien jekk l-għaddas ikun ukoll armat bl-aqualung jew bid-dawl. Dan jirriżulta minn Regolament tal-Kunsill tal-Ministri CR1967/2006.
Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT tagħmel użu ta’ vann mikri mingħand Sterling Car Rentals li jintuża mill-EOs għall-emmission testing. Dan il-vann qed jiswa' l-ADT Lm11.80 kuljum, jiġifieri l-ispiża xhar b’xhar għall-2006 kienet tammonta kif muri hawn taħt:
Lm
Jannar 365.80
Frar 330.40
Marzu 365.80
April 354.00
Mejju 365.80
Gunju 354.00
Lulju 365.80
Awissu 365.80
Settembru 354.00
Ottubru 365.80
Novembru 354.00
Dicembru 365.80
4,307.00
Mill-2006, l-ADT bdiet tagħmel użu minn vannijiet bid-
drivers
magħhom mingħand Coop Services, għall-proġett tal-
Park & Ride
, liema spiża ammontat għal Lm7,258 f’Novembru u Lm13,862 għal Diċembru.
Barra minn hekk kien hemm ukoll spiża ta' Lm10,900 mħallsa lil Denfar Concrete Supplies fuq
cleaning of site at Park & Ride
. Din l-ispiża kienet fir-rigward ta' ġarr ta' l-iskart minn fuq is-sit.
Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment l-ispiża għas-sena 2006 kienet ta' Lm 200.60 li tinkludi kirja ta' truck bid-driver mingħand Borg Bros fix-xhar ta' Marzu (Lm 106.20) u Settermbru (Lm94 .40).
Affarijiet Barranin — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fis-sena 2006, saru dawn il-kirijiet: xejn
Fis-sena 2007 sal-lum, saru dawn il-kirjiet: xejn.