Legislature:
Category:
Reset
Active:

Smart City — Vilel

Question

Minħabba li parti mill-iżvilupp ta' Smart City jinkludi vilel li jmissu mal-konfini tas-sit tal-MFS, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet għamel il-gvern biex jassigura li dawn il-vilel ma jkunux ta' dannu għall-attivita' ta' ġbid ta' films li jsir fl-MFS?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ċilindri tal-gass ġodda matul is-sena 2006? Jista' jgħid jekk inxtarax xi apparat u makkinarju ieħor relatat mad-distribuzzjoni tal-gass matul l-2006? Jista' jgħid x'kienu u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 inxtraw 35,000 ċilindru tat-tnax il-kilo għas-somma totali ta’ 635,600 Euros jew Lm272,863. Fl-istess sena, inxtara ukoll apparat magħruf bħala palletizing plant għas-somma ta’ 139,200 Euros jew Lm59,759 biex tiżdied il-produzzjoni u fl-istess ħin tonqos it-tbatija għall-ħaddiema kif ukoll żewġ fork lifters għas-somma totali ta’ Lm36,946.

Sptar San Luqa — Testijiet ta' l-MRI u CT scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-MRI u CT scans fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006? Kemm kien in-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-testijiet tal-MRI u CT scans li saru fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 huma kif jidhru hawn taħt: - MRI 6110 - CT Scans 14, 503 In-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi huma kif jidher hawn taħt: - Clinic A 1 MRI and 43 CT scans - Clinic B 47 CT scans

Sptar San Luqa — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod b'postijiet fissi bħalissa fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' sodod maqsuma f' Day Beds u In-Patient Beds fl-isptar San Luqa u fl-isptar Mater Dei huwa kif jidher hawn taħt: St Luke's Mater Dei In Patient-Beds 859 sodda 804 sodda Day Beds 63 sodda 107 sodda

Pharmacy Technicians — Nursing / Paramedics Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pharmacy technicians, nursing aides u paramedic aides maqsuma f'irġiel u nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Sptar Zammit Clapp Rgiel Nisa Pharmacy Technicians 0 0 Nursing Aides 4 50 Paramedic Aides 0 7 Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 1 0 Nursing Aides 121 54 Paramedic Aides 0 0 Sptar San Luqa Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 2 5 Nursing Aides 176 81 Paramedic Aides 11 14 Sptar Monte Carmeli Sptar Boffa Dipartiment Kura Primarja Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 26 40 Nursing Aides 122 42 Paramedic Aides 0 0

Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għas-servizz ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid ta' liema għamla huma u meta daħlu fis-servizz? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fuq it-tabella annessa. Ambulance Make Ambulance Model Registration No. Date of Purchase FIAT DUCATO GVN 468 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 469 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 470 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 471 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 036 1997 (NEW) FIAT DUCATO GVN 038 1997 (NEW) FIAT DUCATO GVN 232 1995 (NEW) FIAT DUCATO GVN 233 1995 (NEW) FIAT DUCATO GVN 234 1995 (NEW) FORD TRANSIT GVN 380 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 381 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 382 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 386 2000 (SECOND HAND FROM UK) Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Qorti — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti matul is-sena 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet 419 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Sigurta' Soċjali — Area offices

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn area offices tas-sigurta' soċjali? F'liema lokalita' qegħdin u kemm hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, skond il-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq madwar id-djar fl-areata' Sur Santa Liena Bormla, liema triq qatt ma saret minkejja li d-djar ilhom okkupati għal aktar minn 20 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tender għal dawn ix-xogħlijiet diġa' nħarġet u x-xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Pulizija — Clamping u towing ta' vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' clamping u towing matul is-sena 2006 skond il-lokalita'? Kemm inġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi billi l-informazzjoni miġbura għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — Citazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mis-sezzjoni tat-traffiku tal-Pulizija, u kemm kien l-ammont li nġabar dejjem matul is-sena 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, it-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija ħarġet 704 ċitazzjoni u 31,452 traffic offence tickets. Infurmat ukoll illi l-multi ma jinġabrux mill-Pulizija.

SVPR/Djar privati — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2006 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani f'San Vincenz de Paule Residence u fi djar privati taħt l-iskema ta' public private partnership maqsuma separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.

Safar ta' pazjenti għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru pazjenti barra pajjiżna għall-kura matul is-sena 2006? Jista' jgħid fejn intbagħtu għall-kura u kemm kienet l-ispiża totali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li siefru għall-kura barra min Malta matul is-sena 2006 kien 265. Il-pazjenti intbagħtu kollha għall-kura fir-Renju Unit ħlief għal waħda li ntbagħtet l-Iżrael. L-ispiża totali kienet Lm50,2612.

Ingaġġ ta' kuntistabbli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li żgħażugħ b'saħħtu li jgħaddi mill-medical test għall-ingaġġ ta' kuntistabbli b'numru ta' "O" levels, jitwaħħal u jiġi mċaħħad milli jiġi ngaġġat għax għandu l-contact lenses? Jekk dan hu l-każ, allura jista' dan ifisser li min m'għandux vista perfetta ma jista' qatt ikun pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vista ta' l-għajnejn għar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija ssir skond ir-Regolamenti dwar il-Pulizija ta' Malta (L.S. 164.01). F'dawn ir-regolamenti hemm stabbilita il-PARAMETRI li fihom il-viżta tkun aċċettabli, u din tinkludi ukoll persuni li jużaw 'contact lenses' li, basta jkunu fil-parametri fuq imsemmija, huma eleġibbli għal reklutaġġ.

Kaċċaturi liċenzjati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi liċenzjati maqsuma skond il-kategorija, jiġifieri fuq l-art, fuq il-baħar u għall-fenek?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' liċenzji għall-kaċċa imġedda sa l-aħħar ta' Marzu 2007 kien kif ġej: Kaċċa mill-art - 11,052 Kaċċa fuq il-baħar - 312 Kaċċa għall-fenek - 1,234

Sptar San Luqa — Kuntratturi tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tat-tindif li ngħataw kuntratt matul is-sena 2006 għal xogħol fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-uniku kuntrattur ta' tindif li ngħata kuntratt b'tender matul is-sena 2006 fl-isptar San Luqa kien: Joseph Degiorgio Degiorgio Buildings Triq l-Għerusija Balzan