Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nefaq is-somma ta’ Lm 3,834.19 fuq xiri ta’ gazzetti matul l-2006. F’dan il-Ministeru, hija l-prassi li minbarra l-Ministru, l-uffiċċjali msemmja hawn taħt jirċievu kopja tal-gazzetti: § Kap fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru; § A/Segretarju Privat tal-Ministru; § Segretarju Permanenti; § Diretturi Ġenerali; § Diretturi; § Assistant Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif; § Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni.

Żvilupp Urban u Toroq — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija lilu għall-mistoqsija parlamentari numru 23569.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtha? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bulebel — Qasam Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tax-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel? Jista' jgħid jekk l-ispiża nvoluta f'dan ix-xogħol hix koperta minn xi programm ta' fondi ta' l-EU? Jista' jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux miexi skond il-pjanijiet, u jekk hux se jitlesta fil-ħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel huwa kopert minn programm ta' fondi ta' l-U.E. Ix-xogħol miexi skond il-pjanijiet u mistenni li jitlesta fil-ħin. Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant illi jekk jixtieq ikun jaf id-dettalji kollha tax-xogħolijiet jista jirreferi għat-Tender document li kien ippublikat fl-1 ta' Settembru 2005 mid-dipartiment tal-kuntratti.

Tarzna — Vapur Marco Polo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dam ix-xogħol fit-Tarzna fuq il-vapur Marco Polo? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ħalliex profitti lit-Tarzna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-vapur “Marco Polo” dam fil-faċilitajiet tal-Malta Shipyards għal 20 ġurnata. Il-vapur telaq mit-tarzna ġurnata qabel iz-zmien skedat għal din it-tiswija. Nikkonferma li din it-tiswija ħalliet profitt.

OPM — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-nies li huma ntitolati għal użu tal-Gazzetti ta’ kuljum huma dawk fil-gradi ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarji Permanenti, Direttur Ġenerali, Diretturi u uffiċjali oħra li minħabba l-bżonn u n-natura tax-xogħol tagħhom jirrekjedu li jagħmlu użu mill-gazzetti. In-nefqa għall-gazzetti għas-sena 2006 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet ta’ Lm11,965.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari Nru. 24499.

Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24500, f’Seduta 514 fis-17 ta’ April, 2007.
Leg 10 PQ #25161 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtha? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 24501.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 24496.
Leg 10 PQ #25157 Sitting 532 2007-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija numru 23558.
Leg 10 PQ #25158 Sitting 532 2007-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.