Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-housing estate ta' Verdala Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li diġa sar xogħol ta' tisħiħ fl-inħawi msemmija u ma jirriżultax li hemm bżonn ta' aktar tisħiħ.
Biex tkun tista issir investigazzjoni aktar profonda ta' xi post partikolari jkun hemm bżonn ta' l-indirizz ta' fejn qiegħed jiġi allegat li hemm problema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed inpoġġi fuq il-Mejdda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba.
Fl-entitajiet tal-Ministeru tal-Finanzi hemm persuna waħda li ngħatat estensjoni ta’ l-impjieg wara li għalqet il-61 sena. Din il-persuna taħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u għandha 65 sena. L-estensjoni ngħatat sa tmiem il-proċess ta’ migrazzjoni minn San Luqa minħabba l-esperjenza vasta li għandha fuq il-proġett u fis-Saħħa u Sigurtà.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm impjegat wieħed fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' l-Artijiet li wara li għalaq il-61 sena ngħata "extension" sal-31 ta' Diċembru 2007 minħabba esiġenzi tas-servizz.
Barra minn hekk, ir-Reġistratur taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għandu 68 sena. Huwa ma ngħata l-ebda "extension" come tale għaliex kien diġa' jokkupa din il-kariga flimkien ma' dik ta' Reġistratur taċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ. Meta huwa rriżenja miċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ, il-Bord taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni talbu biex jibqa' jżomm il-kariga li diġa' kien qed jaqdi f'dak iċ-Ċentru.
Din il-pożizzjoni għandha tiġi riveduta fl-aħħar ta' Ġunju 2007.
Ta' min jgħid ukoll illi ġiet approvata ukoll talba li saret minn Assistent Kummissarju tal-Pulizija li ngħata "extension" għal wara li jagħlaq il-61 sena.
Edukazzjoni Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extensionu għal liema raġuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :-
- Fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħalissa hemm 27 persuna 'l fuq minn 61 sena li kienu edukaturi impjegati mad-Diviżjoni li qed jagħtu servizz fi programmi ta' tagħlim għall-adulti u servizzi oħra.
- Fl-FTS hemm persuna li għandha 61 sena u l-kuntatt jagħlaq is-sena id-dieħla.
- Fl-MCAST hemm 27 impjegat li għalqu l-61 sena u nżammew minħabba esiġenzi ta' servizz u l-kuntratt tagħhom jiġi terminat fl-aħħar ta' din is-sena.
- Fl-FES hemm 2 persuni waħda l'fuq minn 61 sena.
- Fl-ITS hemm persuna waħda li għalqet il-61 sena u li tinħatar għal żmien ta' sena b'kuntratt.
- Fid-Dipartiment tal-Libreriji hemm 11-il ħaddiem li għalqu il-61 sena f'dawn l-aħħar ħames snin u ħadd minn dawn ma ngħata estensjoni.
- Fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hemm persuna waħda li għandha 'l fuq minn 61 sena.
Informat ukoll li tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta għadu qed jinġabar.
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill- Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 23493.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinżammx.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet sabiex ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant' Anġlu l-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ġnien fuq l-appartamenti ta' Sant Iermu f'Sant Anġlu jibda jitgawda meta l-konsorzju jitrasferixxi dan l-ispazju lura lill-Gvern sabiex ikun jista' jiftħu għall-pubbliku. Dan it-trasferiment huwa marbut mall-kuntratt u l-obbligi tal-konsorzju.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess tal-Baċir Nru. 1? Meta jaħseb li jista' jibda dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa il-proġett tad-Dock No 1 qiegħed fil-fażi ta' negozjati mall-konsorzju ROMEGAS u l-MEPA qed tiproċessa l-permess għall-applikazzjoni ta' l-Outline Development magħmula mill-konsorzju. Il-ħruġ ta' dan il-permess jiddetermina meta jkun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mall-konsorzju biex jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew wara dan il-proċess u wara l-konsorzju jiksbu wkoll il-Full Development Permit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm għalliem ta' l-Ingliż nieqes għall-istudenti tal-Form IV fl-iskola E. S. Inglott Bormla? X'inhi r-raġuni għaliex toursfl-Universita' li kienu jsiru lill-istess studenti twaqqfu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema ta' l-Ingliz tal-Form IV ilha marida l-isptar minn Jannar 2007. L-iskola għamlet arranġamenti sabiex l-istudenti jkollhom lezzjonijiet ta' l-Ingliz. Informat ukoll li din is-sena l-iskola imsemmija ma ġietx mitluba torganizza tours ta' l-Universita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti li huma ġejjin mill-Kottonera f'Novembru u Diċembru li għadda, maqsuma skond il-lokalita' u f'hiex iggradwaw?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet sabiex ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant' Anġlu l-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ġnien li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant mhux wieħed mill-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Dipartiment jew entita’ taħt il-Ministeru tiegħi.
Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex persuna b'diżabilita', li isimha qed jintbagħat separatament, qed ikollu jħallas aktar minn Lm20 fix-xahar tat-trasport ta' Dar il-Kaptan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Respite Care, li topera minn Dar il-Kaptan u li hi Organizazzjoni mhux Governattiva, tipprovdi servizz ta' trasport, mid-dar għal fejn iridu jmorru u lura, lil persuni li, minħabba d'diżabilita' tagħhom ma jistawx jużaw trasport ieħor.
Kull sena l-Gvern iħallas is-somma ta' Lm22,500 lill-Fondazzjoni msemmija bħala sussidju għal dan is-servizz. Ninsab infurmata li biex tkopri l-ispejjez ta' dan is-servizz, li hu wieħed individwalizzat, il-Fondazzjoni titlob kontribuzzjoni minn dawk li jużawh u l-ammont tagħha jiddependi jekk il-klijent ikun jaħdem jew le.
Tista' l-Ministru tivverifika jistax isir xi ħaġa sabiex l-armla bi tfal żgħar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat sabiex ikollha darha rranġata, tibbenefika mill-iskema Care and Repair? Jista' jerġa' jsir stħarriġ fuq l-assi tas-Sinjura, u dan peress li qed jgħixu f'sitwazzjoni fejn għandhom bżonnijiet li ma jistgħux ilaħħqu magħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li terġa' tiġi kkunsidrata t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha reserved parking viċin ir-residenza tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-talbiet għal reserved parking quddiem jew viċin ir-residenza ta' persuna b'diżabilita' huma amministrati mill-Awtorita' dwar it-trasport.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2006 kien qiegħed jinkera garaxx biex tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħi. Il-garaxx jinsab Raħal Ġdid. Il-kera ta’ dan il-garaxx hija Lm150 fis-sena.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozza Uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tagħha? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Dan il-garaxx jinsab f'San Ġwann u titħallas kera ta' Lm289.10 fis-sena.