Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) persuna waħda għalqet il-61 sena fl-1 ta' Marzu 2007 u ingħatat estensjoni ta' 6 xhur biex ma’ jkunx imfixkel il-ħruġ ta’ permessi sakemm issir il-handover.
Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm tlett impjegati li għalqu l-61 sena. Dawn għandhom 70 sena, 63 sena u 62 sena.
Dawn il-persuni li kienu diġa impjegati ma' l-Awtorita' qabel ma għalqu l-eta' ta' l-irtirar. Tnejn minnhom qegħdin fuq bażi part-time.
Huma nżammu fl-impieg għaliex l-esperjenza tagħhom hi valida ghall-Awtorita'
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghal Għawdex m'għandu l-ebda awtorita', etc li taqa' taħtu.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Salarji u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Taħt id-dekasteru tiegħi, il-Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali, li tinkludi l-Aġenziji Appoġġ, Sedqa u Sapport, hi l-unika entita’ mmexxija minn Chief Executive Officer.
Is-salarju u l-benefiċċji ta’ min jokkupa din il-kariga huma:
Fis-sena:
Salarju ta’ Lm14,000;
Performance Bonus
sa massimu ta’ 15% tas-salarju;
Car allowance
ta’ Lm1,680;
Ħlas lura ta’ spejjeż sa massimu ta’ Lm1,000;
Premium
fuq
Medical
u
personal accident insurance
sa massimu ta’ Lm150;
Użu ta’ mobile phone sa Lm350.
Fix-xahar:
Spejjez għal fuel sa massimu ta’ 150 litru fix-xahar.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Salarji u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
SVPR/Djar privati — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24537 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjan u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2006 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani f'San Vincenz de Paule Residence u fi djar privati taħt l-iskema ta' public private partnership maqsuma separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, matul l-2006, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet miġbura mir-residenti f’San Vinċenz de Paule kien ta’ Lm1,753,840.84 u ta’ dawk fi djar privati għall-anzjani taħt l-iskema ta’ public private partnership kien Lm496,281.91.
Affarijiet Barranin — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-entita li taqa taħt ir-responsabilita' tiegħi ma hemm ħadd li għalaq il-61 sena.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li huma tnejn l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħi illi għandhom ħaddiema li għalqu l-61 sena.
L-Awtorita' Marittima għanha żewġ ħaddiema li għandhom 63 sena kull wieħed. Wieħed minnhom qiegħed fuq definite yearly contract u l-ieħor fuq extended employment contract. Dawn iż-żewġ ħaddiema nżammu skond l-eżiġenzi ta' l-Awtorita' u minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
L-Awtorita' tal-Kommunikazzjonijiet għandha Speċjalist Tekniku ta' 66 sena li ngħata estensjoni sa l-31 ta' Marzu tal-2008 minħabba l-kapaċitajiet speċjaliżżati tiegħu.. Imbagħad hemm ċ-Chairman li huwa wkoll id-Direttur Ġenerali ta' l-Awtorita' li għandu 68 sena u li l-kuntratt tiegħu jintemm fil-31 t' Ottubru 2007.
L-Awtorita' Maltija dwar l-istandards m'għandha l-ebda ħaddiem li għalaq il-61 sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-salarju u l-benefiċċji taċ-Chief Executive Officer ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi huma kif jidhru hawn taħt:
· Salarju ta’ Lm14,507 fis-sena
· Allowance ta’ Lm2,800 fis-sena
· Karozza fully expensed
· Telephone
· Mobile telephone
· 0-15% Performance Bonus fuq is-salarju
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Salarji u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Salajri u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22536.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-salraji u benefiċċji oħra taċ-Chief Executive Officers ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat Turiżmu u Kultura huma kif ġej:
Awtorita' tat-Turiżmu - Vakanti
Heritage Malta
salarju li jammonta għall-Lm18,221 fis-sena
related expenses
Lm5,000
15% performance bonus
użu ta' karozza
telefon ċellulari
Assigurazzjoni medika għalih u għall-familja tiegħu
Life insurance policy
Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkunsidrata t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha reserved parking viċin ir-residenza tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mir-rapport tat-tabib ta' l-applikant kif ukoll mir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, il-problema ta' mobilita ta' l-applikant mhux severa hafna.
Iżda l-applikant jista' jappella din id-deċizjoni għand ir-Review Panel, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita, St Joseph High Street, Santa Venera.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm deheb depożitat bħala rahan fil-Monte di Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-30 t’April 2007 kien hemm 8,285 polza tad-deheb iddepożitati l-Monte di Pietà b’kapital ta’ Lm353,892 misluf fuqhom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u benefiċċji oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda persuna fid-Dekasteru tiegħi li għandha tali ħatra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema li għalqu l-61 sena li hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej:
Persuna waħda fis-segretarjat privat tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura li għandha 65 sena. Din il-persuna ġiet ingaġġata minn barra s-Servizz Pubbliku skond ir-regoli tal-Guidelines for Engagement of Staff for Ministers' Secretariats. Il-kuntratt ta' din il-persuna jiġġedded kull sena.
Uffiċjal wieħed fl-Awtorita' tat-Turiżmu li għandu 70 sena. Dan l-uffiċjal kien Chairman tal-Hotels & Catering Establishments Board meta dan il-bord ġie xolt fl-2001. Ix-xogħol ta' dan l-uffiċjal jikkonsisti fl-initial drafting tal-leġislazzjoni ta' l-Industrija tat-Turiżmu kif ukoll josserva u jsegwi l-operat tal-liċenzi ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu u r-raġuni li dan l-uffiċjal inżamm kienet minħabba l-eperjenza vasta tiegħu f'dan il-qasam u jitqies bħala espert.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall Kultura u l-Arti li għandu 63 sena ingħata sitt xhur extension sakemm jiġi maħtur u mħarreġ Direttur Eżekuttiv ġdid.
Impjegat wieħed fit-Teatru Manoel li għandu 62 sena u li ngħata extension sakemm jinstab xi ħadd minfloku u jkun għadda ż-żmien ta' prova għall-imjegat il-ġdid.
Żewġ impjegati f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dawn għandhom 62 u 61 sena li ngħataw extensions sal-30 ta' Settembru 2007 u sal-31 ta' Diċembru 2007 rispettivament sakemm jinstabu r-replacements tagħhom.