Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rimunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu c-Chief Executive Officer tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid fhiex kien jikkonsisti l-istess pakkett tas-CEO preċedenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta għall-PQ 25670 dwar l-ewwel parti tad-domanda. Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hi LM 29,800.

Malta Enterprise — Foreign Direct Investment

Question

Peress li ilna nisimgħu fuq investimenti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-Foreign Direct Investment li rnexxilha ġġib il-Malta Enterprise matul is-sena 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

L-investiment barrani mhuwiex biss dak li ġġib il-Malta Enterprise, imma l-investiment kollu li jġib il-gvern inkluż per eżempju, l-investiment ta ' Smart City, l-investimenti fis-settur finanzjarju u f'dak tal-Gaming. Minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena, Il-Malta Enterprise biss approvat 3 proġetti ġodda ta oriġini barranija li sat-tielet sena t'operat mistennija jinvestu Lm 10,591,542 (Euro 24,671,656) u jħaddmu 96 ħaddiem. Malta Enterprise approvat ukoll 5 proġetti ta' espansjoni ta' oriġini barranija li mistennija jinvestu Lm 5,151,320 (Euro 11,999,348) u jħaddmu 449 sat-tielet sena t'operat.

Course għal Enrolled Nurse — Ħlas ta' bolla

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul il-perjodu ta' studju waqt il-course għal enrolled nursetitħallasx bolla (mill-gvern) u allura jekk jiġu kkalkulati għal fini ta' pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali ta’ persuna f’impjieg assigurabbli hi magħmula minn tlitt partijiet, waħda mill-persuna mpjegata, waħda mill-prinċipal u waħda mill-fond konsolidat. Jekk matul il-perijodu tal-course indikat mill-Onor. Interpellant l-istudenti jirċievu paga jew salarju, tkun dovuta li titħallas il-kontribuzzjoni kif imsemmi qabel. Jekk ma jirċievu ebda remunerazzjoni jew din tkun taħt xi forma ta’ allowance, ma jkunx hemm l-obbligu għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni u dan jista’ jeffettwa l-kalkolu tar-rata tal-pensjoni.

Course għal Enrolled Nurse — Ħlas ta' bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu ta' studju waqt il-course għal enrolled nurse titħallasx bolla (mill-gvern) u allura jekk jiġu kkalkulati għal fini ta' pensjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kors ta' Enrolled Nurse m'għadux isir.

Malta Enterprise — Proġetti

Question

Fis-sena 2006, il-Malta Enterprise approvat 89 proġetti ġodda jew expansions, jista' l-Ministru jaqsamhom f'ġodda u expansions skond f'liema qasam industrijali kienu? Jista' jgħid għal kull qasam industrijali x'inhu l-forecast capital investment, maqsum ukoll fi new u expansion projects?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MDC, IPSE, METCO

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-ex MDC, IPSE u METCO li fis-sena 2006 ġew assorbiti bħala impjegati tal-gvern? Jista' jgħid xi grad kellhom u fejn hu l-impjieg ġdid tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2006, l-4 impjegati li kienu għadhom mhumiex assorbiti bħala impjegati tal-Gvern għaddew ghand l-IPSL u ma nafu xejn izjed dwarhom.

Malta Enterprise — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24114.

Malta Industrial Parks — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Verdala — Bormla - Bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' l-iskola Verdala Bormla u jekk hux mexjin skond il-programm inizjali? Meta jaħseb li din l-iskola tibda tilqa' fiha l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni beda u x-xogħol għaddej kif pjanat. L-iskola pjanata li tilqa' fiha l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.

Local Business Development Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' personnel u xi grad għandhom, li huma responsabbli minn dan il-unit? Jista' jgħid ukoll x'inhu t-terms of reference ta' dan il-unit u liema huma dawk il-kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabilita' diretta ta' dan il-unit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqaf uffiċjalment fid-19 ta’ Jannar 2007. Dan il-Unit huwa magħmul minn tnejn min-nies, wieħed fil-pożizzjoni ta’ Head u oħra fil-pożizzjoni ta’ Executive. It-terms of reference ta' dan il-Unit huwa li jieħdu ħsieb u jagħtu servizz ta’ Client Relationship Management lill-iktar 37 kumpannija importanti tal-manifattura li joperaw minn pajjizna.

Eviction orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm eviction orders kontra kumpanniji? F'liema qasam industrijali qegħdin u f'liema settur joperaw? Jista' jgħid hekk humiex foreign owned jew lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks Limited għandha 12-il eviction order fis-seħħ kontra Kumpaniji li joperaw minn fabbriki amministrati minnha mferrxin ma' l-oqsma industrijali kollha. L-attivita' ta' dawn il-Kumpaniji hija diversa. L-eviction orders pendenti huma tas-sidien Maltin.

Malta Enterprise — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskemi tal-Malta Enterprise għal Għawdex a) Aid Grant Scheme b) Employment Aid Grant Scheme? Meta ġew varati u x'kien l-interess fihom mill-intrapriżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kopja ta’ l-iskemi imsemmija jinstabu fil-Public Domain sewwa sew fuq il-website tal-Malta Enterprise. Dawn ġew varati bid-data effettiva ta’ l-ewwel ta’ Jannar ta’ 2007. Ghall-iskema ta’ l-investiment kien hemm interess mill-enterprisi li huma eleġibli taht il-BPA. Wieħed irid jinnota illi dawn l-iskemi huma inċentivi għall-impieg ta’ ħamsa jew izjed. La darba interpriżi jilħqu dan l-iskop, jkunu jisgħu japplikaw. L-ewwel applikazzjonijiet jistgħu jiġu imresqa fl-ewwel ta’ Lulju.

Cottage Industry Rules

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Cottage Industry Rules hekk kif kienu emendati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-emendi proposti għadhom qed ikunu diskussi. Meta dawn ikunu lesti jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern u jitqiegħdu fuq il-Mejda bħal kull Avviz Legali ieħor.

Surġenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-aħħar kors tas-surġenti kemm għaddew u kemm weħlu? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawk li weħlu li applikaw għal aktar minn darba? Kemm-il darba applikaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-aħħar kors tas-surġenti fil-Korp tal-Pulizija, għaddew 94 kuntistabbli filwaqt li 25 weħlu. Minn dawn li weħlu, tmintax applikaw l-ewwel darba, tnejn it-tieni darba u erba' t-tielet darba u wieħed is-sitt darba.

OPM — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chief officerstal-Malta Enterprise? X'salarji u benefiċċji oħra għandhom? Meta nħatru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm tlett Chief Officers fil-Malta Enterprise b'dawn is-salarji u benefiċċji Lm21,018: Lm19,111 u Lm20,324. Dawn inħatru fl-1 ta' Jannar 2004, fl-24 ta' Mejju 2005 u fit- 22 t'Ottubru 2004.

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni meqjusa bħala chief officermal-Malta Enterprise f'Jannar 2004? X'kien is-salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid jekk kienx hemm minnhom li kienu rriżenjaw minn dan l-impjieg? Jista' jgħid jekk kienx hemm każi ta' xi chief officer jew chief officersli rriżenjaw u baqgħu jitħallsu tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm tlett persuni meqjusa bħala chief officers mal-Malta Enterprise f'Jannar 2004 b'dawn is-salarju u benefiċċji Lm17,810; Lm18,500 u Lm17,416. Tnejn minnhom kienu rrizenjaw u ma baqgħux jitħallsu wara l-kuntratt. Mhux etika li nsemmi l-ismijiet.