Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf iċ-Childcare Centre ta' Bulebel? Minn min hu mmexxi dan iċ-ċentru? Kif ingħatat it-tmexxija ta' dan iċ-ċentru, u kemm applikaw biex jamministraw dan iċ-ċentru? X'inhu l-ħlas u kondizzjonijiet biex jitmexxa dan iċ-ċentru? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-Twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24436 li jien tajt f'Seduta Numru 508.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' l-iskola G. Despott, Bormla? Jista' jgħid meta se jitlestew xi fażijiet mill-istess bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kostruzzjoni ta' l-iskola sekondarja subien fil-Kulleġġ Santa Margherita jinsab fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' dawk li qed jirċievu benefiċċju għal children's allowance, tal-wens u pensjoni tad-diżabilita'? Tista' tgħid kemm kien l-ammont għal kull każ (fejn hu possibbli) xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li fil-homes għall-anzjani li huma private public partnership, ikun hemm ħafna residenti li jkollhom televiżjoni privat fil-kamra tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawn iridu jħallsu l-liċenzja kollha kemm huma, meta fir-residenza titħallas liċenzja sa massimu ta' tnejn? Jista' jara li ssir xi ħaġa biex din l-anomalija titneħħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħafna anzjani fi kwalunkwe istituzzjoni jippreferu li jkollhom is-set tat-televiżjoni reġistrat fuqhom, forsi għaliex iridu l-użu esklussiv tiegħu, speċjalment dawk li jkunu fil-kamra privata tagħhom.
Altrimenti dawn l-anzjani jistgħu jagħmlu użu mis-settijiet ta' l-istituzzjoni fejn is-set ikun reġistrat fuq l-istituzzjoni u għalhekk jintużaw fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata.
M’hawn l-ebda residenza, la privata, la private public partnership u lanqas pubblika fejn titħallas liċenzja sa massimu ta’ żewg settijiet. Ir-rati huma l-istess għall-kwalunkwe residenza jiġġifieri Lm15 għall-wieħed, Lm 24 min tnejn sa erbgħa, u wara Lm24 għall kull erbgħa jew parti min erbgħa settijiet oħra.
Peress li fil-homes għall-anzjani li huma private public partnership, ikun hemm ħafna residenti li jkollhom televiżjoni privat fil-kamra tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawn iridu jħallsu l-liċenzja kollha kemm huma, meta fir-residenza titħallas liċenzja sa massimu ta' tnejn? Jista' jara li ssir xi ħaġa biex din l-anomalija titneħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peres li l-ewwel dar taħt l-iskema P.P.P. hija dik tal-Mellieħa. Jista' l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema homes qed jirreferi?
Peress li fl-iskeda tat-trasport pubbliku suppost li kull ċertu ħin tgħaddi karozza minn tal-Hawli, Birgu, jista' l-Ministru jgħid x'suppost huma dawn il-ħinijiet? Jista' jara li dawn il-ħinijiet jinżammu għall-benefiċċju tar-residenti ta' din l-akkwata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-iskeda tar-Rotta 1 li titlaq mill-venda tal-Birgu u taqdi lir-residenti tal-Ħawli għandha il-ħinijiet segwenti:-
06.00 am
06.30 am
07.00 am
07.30 am
08.00 am
08.30 am
09.00 am
09.30 am
10.00 am
Wara l-10.00 ta' fil-għodu, l-karozzi jitilqu mill-Belt Valletta u jgħaddu via tal-Ħawli. L-ħinijiet huma:-
10.15 am
11.15 am
12.15 am
13.15 am
14.15 am
15.15 am
16.15 am
17.15 am
18.15 am
19.15 am
20.15 am
21.15 am
22.15 am
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li fis-snin 1968/69/70 ħadu kors ta' sentejn li wassalhom biex saru enrolled nurses, jekk dawk is-sentejn fejn huma kienu pupil nurses, jgħoddux għall-pensjoni u allura tħallsitilhomx il-bolla dak iż-żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, u cioe' jekk għadx hemm il-ħsieb li taħtu jsir car park? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li filwaqt li m’hemm l-ebda pjanijiet minn naha ta’ l-FTS għal dan ix-xogħol, m'hinix informat dwar il-proġett imsemmi mill-Onor. Membru. Naf li hemm rapprezentazzjonijiet bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ente konċernata dwar il-proposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Universita' ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Zabbar maqsuma skond il-kors u f'liema sena qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li r-rizultati ta' l-ezamijiet supplimentari tal-MATSEC għadhom kif ġew uppublikati, l-Universita' għadha qed tipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet u għalhekk in-numru ta' studenti mistenni jinbidel. L-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata bi preċizjoni lejn l-aħħar ta' Ottubru.
Jista' l-Ministru jara li jsir iċċekkjar u reviżjoni tal-kont ta' l-ilma li l-account number tiegħu qed jintbagħat separatament u dan peress li l-ammont li rċeviet u qed tirċievi din il-familja huwa esaġerat u għoli ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-Grand Harbour Regeneration Corporation? Min huma l-membri tagħha? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kumpanija Grand Harbour Regeneration Corporation twaqqfet fl-10 t'Awwissu 2007.
Il-membri tal-Bord huma: Mark Portelli, Marc Bonello, Ivan Falzon, Alec Mizzi, Emanuel Delia, Carmelo Formosa, Franco Azzopardi, Joseph Caruana.
It-Terms of Reference tal-Kumpanija huma li tmexxi l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fir-rigward ta' l-20 proġett propost mill-Gvern u biex wara li l-proċess ta' konsultazzjoni jkun lest, jimplimentaw il-proġetti taħt id-direzzjoni tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sensji li ngħataw mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, maqsuma xahar, xahar u minn liema settur kienu ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ nies li bdew jahdmu din is-sena (2007) xahar, b’xahar kien hekk:
Jannar – 5,440, Frar – 3,546, Marzu – 3,808, April – 4,592, Mejju – 4,688, Ġunju – 5,655, Lulju – 6,232, Awissu – 3,274.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gradwati (fhiex huma gradwati) li kienu qed jirreġistraw mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, maqsuma xahar, xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward l-impjegati nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom f'Malta matul is-sena 2006? Minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu jimpjegaw nies? Kemm kienet ilha topera f'pajjiżna kull waħda minnhom? Jista' jgħid liema huma dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24954. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant illi l-operat ta' dawn il-fabbriki kien ivarja bejn l-1973 u s-sena 2006.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.