Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol fuq il-Kulleġġ Santa Margerita hux miexi skond il-pjanijiet, u allura hux minnu li se tilqa' l-ewwel studenti mal-bidu tas-sena skolastika ġdida 2008/9? Tista tgħid jekk mal-ftuħ ta' l-iskola l-ġdida hux se jkun lest kull xogħol programmat? Jekk fin-negattiv, liema hu dak ix-xogħol li mhux se jkun tlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol kif ipprogrammat ser jitlesta mall- ftuħ ta' l-iskola.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Marzu 2008 ġew impjegati 69 persuna fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġejja:
Jannar - 7
Frar - 5
Marzu - 7
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati ġodda matul l-ewwel tlitt xhur ta' din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi kien ta' 7 impjegati f'Jannar, 87 fi Frar u 3 f'Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' konsumaturi li huma eliġibbli għall-vouchers tas-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl? Jista' jgħid min hu ntitolat għal dan is-sussidju?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li preżentement qed jirċievu l-Benefiċċju ta’ l-Enerġija hu ta’ 28,118.
Biex persuna tkun intitolata għal dan il-benefiċċju trid:
1. tkun qed tirċievi xi wieħed minn dawn il-benefiċċji: Għajnuna Soċjali, Għajnuna Soċjali għas-
Single Parents
, Għajnuna Soċjali tal-Qgħad. Għajnuna Soċjali tal-Wens, Pensjoni ta’ l-Eta`, Pensjoni tal-Wens jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad; jew
2. tkun qed tirċievi
Children Allowance
jew
Allowance Supplimentari
jew Pensjoni tad-Diżabilita’ u d-dħul iddikjarat fis-sena preċedenti ma’ jkunx qabeż €7,795.76 (Lm 3,346.72).
Persuna tista’ tkun initolata għall-Benefiċċju ta’ l-Enerġija wkoll għal raġunijiet umanitarji jekk tipprova li membru tal-familja, li jkun permanentement residenti f’Malta, jkun ibati minn kundizzjoni medika li minħabba fiha jkun hemm bżonn ta’ użu eċċessiv ta’ ilma u elettriku. Id-dħul tal-familja f’dan il-każ ma jridx jaqbeż €30,910.8 (Lm13,270) fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew mill-Bord ta' l-Invalidita' matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008? Minn liema lokalita' kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba tar-residenti ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi rranġat is-saqaf li hemm bil-ħsara?
Response (DALLI, JOHN)
Tlabt lil Awtoritajiet konċernati biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba tar-residenti ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi rranġat is-saqaf li hemm bil-ħsara?
Response (DALLI, JOHN)
Tlabt lil Awtoritajiet konċernati biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet tal-Gvern f'Jannar, Frar u Marzu 2008? Jista' jgħid f'liema lokalita' kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irrid ingħid li l-policy tagħna se tgħati aktar emfazi biex jiżdiedu l-postijiet tal-kiri billi nħossu li b'hekk inkunu qegħdin naqdu aħjar il-ħtigijiet ta' dawk li għandhom l-aktar bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008? Jista' jgħid ta' liema tip kienet, fejn inqabdet u kemm tressqu persuni akkużati b'pussess u/jew traffikar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena minn diversi lokalitajiet f’Malta huwa kif ġej:
Jannar
Frar
Marzu
TOTAL
Cocaine
3.05gr
6kg005.5gr
1kg002.7gr
7kg011.25gr
Heroin
1.25gr
3kg128.3gr
5.55gr
3kg 135.1gr
Cannabis resin
6kg667.4gr
1.5gr
6.6gr
6kg 675.5gr
Ecstacy
47 tabs
Nil
4 tabs
51 tabs
Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 44 persuna fuq akkużi relatati mad-droga.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibilita' li r-residenzi fi Triq il-Progress, Kalkara jkollhom is-sistema tad-drenaġġ tagħhom servuta mill-main u mhux bil-fossa? Jekk hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol, jista' jagħti ndikazzjoni meta dan jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Progress ma tistax tiġi estiża qabel ma tiġi ffurmat t-triq kollha.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jintbagħat uffiċjal mill-ADT biex jagħti rapport tal-kundizzjoni tat-triq u jara x'hemm bżonn li jsir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li huma single parentsu qed jieħdu l-benefiċċju? Minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jirċievu l-benefiċċju għas-single parents taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali hu ta’ 2,250.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tar-residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin maqsuma skond dawk issentenzjati u dawk li għadhom qed jistennew is-sentenza? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita’ huma? Kemm hemm minnhom li qed jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Peress li t-toroq prinċipali ta’ Bormla qed jintużaw biex minnhom jgħaddu vetturi kbar għax-xogħlijiet li saru fil-Birgu u issa fi Smart City, b’konsegwenza li qed issirilhom ħafna ħsara, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn it-toroq jitranġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant hu mitlub biex jindika t-toroq li qed jirreferi għalihom sabiex ikun determinat taħt liema responsabbilita jaqgħu.
Tista' l-Ministru tara meta ser jibda jinħareġ il-benefiċċju soċjali lill-persuna li isimaha qed jintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' tingħata attenzjoni xierqa l-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, biex forsi tingħata akkomodazzjoni? Din bħalissa hija residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, hija omm ta' tifla ta' sena u ser tkun skontat s-sentenza tagħha f'Marzu li ġej.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tibgħat rapprezentanta tagħha t-Taqsima tal-
Customer Care
ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.