Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7051 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7053 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7042 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7045 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ta’ min jgħid li fir-rigward ta’ Transport Malta qed ngħati l-informazzjoni ta’ dak li jiena infurmat li nstab sa issa. Fuq insistenza tiegħi għadhom għaddejin ir-riċerki sabiex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant u f’każ li jinstabu xi varjazzjonijiet dawn jiġu ippubblikati. L-informazzjoni mogħtija mill- GHRC tmur lura għas-sena 2009 minħabba l-fatt li din il-korporazzjoni twaqqfet f’din is-sena.
Leg 12 PQ #7047 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' direct order

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6848 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni tal-Planning Control

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjoni tal-Planning Control biex tiġi alterata l-linja fuq l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk ma kienx hemm, b’liema awtorizzazzjoni tbiddlet il-linja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-linja tal-permess bl-applikazzjoni numru PA 843/13 ma ġietx alterata u għaldaqstant ma kienx hemm applikazzjoni tal-Planning Control. Il-binja li hemm fuq in-naħa tal-grigal tas-sit tal-applikazzjoni riferuta hawn fuq għandha parti rtirata ‘l ġewwa mil-linja.
Leg 12 PQ #6933 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sa Marzu 2013 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6934 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 413 u jagħti lista ta' kull kuntratt li l-uffiċċju tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Din it-tabella ma tinkludix r-risposta ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn jien infurmat li għadha qed tinġabar. L-informazzjoni ta’ l-Awtorità tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6935 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tenders/direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6099 u jgħid x'xogħol ingħata mill-Uffiċċju jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 sa Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-Kumpanija msemmija. Din it-tabella ma tinkludix r-risposta ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn jien infurmat li għadha qed tinġabar. L-informazzjoni ta’ l-Awtorità tingħata f’xi seduta oħra.

Post inabitabbli – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kellha post rekwizizzjonat u meta żvojta u ngħata lura, kien fi stat inabitabbli u allura għamlet talba li jiġi rritornat fl-istat oriġinali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi se jigi diskuss fil-Bord tal-Awtorità tad-Djar.
Leg 12 PQ #6759 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Partit Nazzjonalista – proprjetajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il proprjetà pubblika għandu l-Partit Nazzjonalista mikrija lilu jew mogħtija b’xi titolu ieħor bħala ċens perpetwu jew ċens temporanju? Jista’ jagħti lista ta’ dawn il-proprjetajiet, fejn jinsabu u kemm iħallas il-Partit Nazzjonalista fis-sena għal kull proprjetà?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetà pubblika li hija mikrija lill-Partit Nazzjonalista, bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #6777 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – spejjeż ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż imħallsa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bejn l-2008 u sa din is-sena, għar-rigward tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fuq telefon tad-dar, kiri jew xiri ta’ karozza uffiċjali, fuel imħallas fuq din il-karozza, mobile phone, internet tad-dar u ħlas ta' sptar privat għalih, għall-mara u dipendenti oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez imhallsa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bejn l-2008 u sa din is-sena għar-rigward tal-persuna li d-dettalji ngħataw separatament hu kif ġej: telefon tad-dar - €1,977.76 kiri ta’ karozza ufficjali - €35,113.72 fuel imhallas fuq din il-karozza - €5,670.13 mobile phone - €2,285.82 internet tad-dar - €1,344.61 hlas ta' sptar privat ghalih, ghall-mara u dipendenti ohra - €5,588.72 Dan kollu sar mingħajr mal-persuna msemmija kellha kuntratt iffirmat.
Leg 12 PQ #6778 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Konferenza 20+20 — delegazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienet magħmula d-delegazzjoni li attendiet għall-Konferenza 20+20 f’Rio f’Ġunju 2012, li hemm referenza għaliha fl-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali ? Jista’ jgħid f’liema lukanda kienet alloġġjata d-delegazzjoni? Jista’ jgħid hix il-prassi li spejjeż għal-lukandi ta’ delegazzjonijiet bħal din jitħallsu mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, kif jirriżulta li ġara f’dan il-każ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra korrispondenza li għaddiet dwar il-ħlas għal-lukanda għal din il-konferenza bejn l-Awtorità, il-Ministeru tat-Turiżmu u l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru lura fl-2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li d-delegazzjoni li attendiet għall-Konferenza 20+20 f’Rio de Janeiro f’Ġunju 2012 kienet magħmula mill-Onor. Dr. Mario de Marco, is-Sur Peter Portelli, is-Sur Sergei Golovkin u s-Sinjorina Karina Fiorini, Dr. Petra Bianchi, is-Sur Godwin Sant, is-Sur Adam Kuymizakis u s-Sur Frank Lauwers. Infurmat ukoll mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li d-delegazzjoni kienet alloġġjata f’żewġ (2) lukandi, ir-Real Palace Hotel u Everest Rio Hotel. L-Awtorita’ ħallset l-ammont ta’ tnax-il elf, mitejn u sbatax-il Ewro u tmienja u għoxrin centeżmi tal-ewro (€12,217,28) lill-Aġenzija Terramar Turismo Eve Campinas għall-akkomodazzjoni tad-delegazzjoni għan-nom tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza datata Mejju u Awissu 2012 li għaddiet, bejn l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu, il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, dwar il-ħlas għall-akkomodazzjoni tad-delegazzjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi fi żmien li saret din is-safra, il-cost centre fuq safar tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent kien jiġi amministrat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #6779 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà esproprjata mill-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'ammonti għall-espropriazzjoni mill-gvern ta' proprjetà privata sena b'sena, u każ każ bejn is-sena 2000 u 2012 u jelenka fejn qegħdin u d-daqs tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa bejn is-sena 2000 u 2012, lis-sidien bħala kumpens għal art li ġiet esproprijata huwa kif ġej: Sena Ammont Imħallas (LM) 2000 3,169,949 2001 2,754,997 2002 1,044,651 2003 1,252,996 2004 3,295,360 2005 6,199,753 Sena Ammont Imħallas (Euros) 2006 12,695,229 2007 2,329,371 2008 5,841,521 2009 10,677,128 2010 11,513,602 2011 14,248,417 2012 12,079,789 Dawn l-ammonti ma jirriflettux eżatt l-ammonti allokati għal dan il-għan fl-estimi ta’ kull sena peress li l-ammont ivvutat ikun ferm anqas. Dawn l-ammonti jinkludu wkoll ħlasijiet fejn il-flus ġew trasferiti minn Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern . Dan peress li fl-emendi li saru fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), l-entitajiet li jagħmlu talba għal espropriju huma obbligati li jittrasferixxu l-fondi tal-kumpens dovut lis-sidien qabel ma toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist tal-proprjeta’ mitluba fil-Gazzetta tal-Gvern. Dwar il-kumplament tad-domanda, mhux possibbli li jingħataw dawn id-dettalji peress li trid ħafna ħin u rizorsi sabiex tinġabar din l-informazzjoni. Madankollu, jekk l-Onorevoli Membru jrid xi dettalji fuq xi każ partikolari, jgħaddi d-dettalji u tinġabar l-informazzjoni relatata.

Single parents – għajnuna soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm single parents matul is-sena 2013 li kienu intitolati għal għajnuna soċjali? Tista’ tgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Tista’ tgħid kemm minnhom kellhom wild wieħed, tnejn, tlieta u aktar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni single parents li kienu intitolati għal għajnuna socjali matul is-sena 2013 kien ta’ 3,399 persuna. 3,356 persuna kienu nisa filwaqt li 43 persuna kienu rġiel. Single Parents Numru ta’ tfal 2,282 nisa 1 37 irġiel 1 810 nisa 2 3 irġiel 2 202 nisa 3 3 irġiel 3 45 nisa 4 13 nisa 5 3 nisa 6 1 mara 7