Jista' l-Ministru jiddefinixxi l-politika tal-gvern dwar il-manutenzjoni tal-partijiet komuni fi blokk tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward hi dik stabbilita f'Novembru ta' 1992, jiġifieri li r-responsabbilta' għall-manutenzjoni ġenerali ta' partijiet komuni hija dik tal-Gvern. Dawn ix-xogħolijiet jinkludu tibjid ta' tronob u intrajjet, tikħil tal-faċċati tal-blokki tal-'flats', tibdil jew tiswija ta' katusi tad-drenaġġ, tiswija fis-sistema tad-dawl u tibdil u tiswija ta' aperturi u 'meter cupboards' fil-komun. Xogħolijiet ta' natura żgħira huma r-responsabbilta' tar-residenti. Dawn jinkludu: t-taħlib tal-bjut, bdil ta' bozoz, hġieġ jew serraturi miksura u ż-żamma ta' l-indafa fl-intrajjet u turġien komuni. Sa l-1997 il-Gvern kien responsabbli ukoll għall-bdil tal-kanen komuni ta' l-ilma iżda wara l-'Budget' il-għadda, dan ix-xogħol beda jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma bla ħlas.
9.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk xogħol neċessarju biex jilqa' kontra ilmijiet u l-bini ta' culvert fi Triq il-Karmnu, Alley 4, f'Ħal-Luqa, huwiex se jsir immedjatament qabel ma jidħol l-istaġun tax-xita bil-qawwi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li xi ftit ġimgħat qabel Settembru 1998 kien sar ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa li kellu jibni sistema ta' l-ilma tax-xita bejn l-isqaq imsemmi u l-ġibjun li jeżisti fi Triq Tal-Karmnu.
Il-ftehim kien jinkludi li filwaqt li l-Kunsill jagħmel ix-xogħol, id-Dipartiment kellu jipprovdi l-katusi u l-concrete ghal dan ix-xogħol.
Sal-lum id-Dipartiment ghadu ma ġiex avviċinat mill-Kunsill Lokali sabiex jingħata bidu għax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar tibdil li kien qed jaħdem fuqu gvern preċedenti Laburista dwar tibdil fil-liġi u regolamenti li joħorġu minnha ta' akkwist ta' proprjeta' minn persuni mhux residenti f'Malta 1974, u li dwarha kien tlesta rapport estensiv u komprensiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Membru li l-konklużjonijiet fir-rapport imsemmi jittieħdu in konsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet li se jsiru.
Peress li l-gvern ikkonferma li se jibqa' għaddej bi twaqqif tal-Qorti tal-Familja li kien beda gvern preċedenti Laburista, jista' l-gvern jgħid x'inhuma l-pjanijiet tiegħu jew inkella hux se jattwa r-rapport dwar il-Qorti tal-Familja li kien magħmul mill-kumitat immexxi mill-Imħallef Arrigo?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħalma diġa ntqal fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni
tal-ftuħ tal-Parlament, il-Gvern se jiżgura li l-Qorti
tal-Familja tibda taħdem u dan b'mod effiċjenti.
Nista ngħid li ħafna mill-punti imsemmijin fir-rapport
ta' l-Imħallef Arrigo jinkwadraw sew fil-pjanijiet tal-
Gvern għall-Qorti tal-Familja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' sigurta' applikabbli għal kull min jaħdem fl-ajruporti jew ikollu x'jaqsam max-xogħol li jkun qed jiġi esegwit fl-ajruporti? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikunx jeħtieġ xi pass partikolari? Min huma l-persuni li jikkwalifikaw jew le għall-għoti ta' dan il-pass?
Peress li s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stqarr li se jwaqqaf it-tribunali lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqfu u x'organizzazzjoni għandhom lesta biex dan jibda jseħħ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pjanijiet tal-Gvern Laburista biex jassigura li jinġabru l-multi dovuti fuq kontravenzjonijiet ta' traffiku hux beħsiebu jattwahom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern
hu determinat li d-delega ta` l-infurzar ta` ċerti
liġijiet permezz ta` twaqqif ta` tribunali lokali tidħol
fis-seħħ sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, 1999.
Għaldaqstant, diġa bdew jitħejjew il-pjanijiet kollha
meħtieġa dwar
(a) l-organizzazzjoni ta` dawn it-tribunali, u
(b) l-assikurazzjoni li l-multi dovuti jinġabru
biex din id-deċiżjoni titwettaq fil-fatt u b'mod
effettiv.
Fid-dawl tas-sejba tas-siringi fiċ-Ċentru ta' Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minnhom biex jassigura li l-post ikun nadif u safe għat-tfal li jiffrekwentawh?
Peress li l-post huwa dejjem mgħasses, il-Ministru għamel xi investigazzjoni biex jara kif abbuż mid-droga jidher li qed isir f'post magħluq u sorveljat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul mill-VAT, matul l-1995 u l-1996 kien ried jiġi rrifondut lura bħal refunds?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammonti ta` rifużjonijiet li tħallsu lura mid-dħul tal-VAT matul il-1995 u l-1996 kienu kif ġej:
1995: Lm14,880,284
1996: Lm31,623,909
Dawn ir-rifużjonijiet kienu jinkludu ammonti ta` rifużjonijiet ta` dazju fuq ħażniet u taħt l-Iskema ta` Ħlas ta` Taxxa Lura fuq Bini ta` l-Ewwel Dar kif ġej:
Dazju fuq Ħażniet Ħlas Lura ta` Taxxa fuq Bini
ta` l-Ewwel Dar
1995 Lm 5,340,975 NIL
1996 Lm10,094,690 Lm323,843
Total Lm15,435,665 Lm323,843
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol diġa' approvat ta' tibdil ta' mains ta' l-ilma f'Ħal-Luqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tikkonferma li fażi mill-proġett tal-bdil tal-mejn tal-ilma f`Ħal-Luqa tlesta. Bħalissa qegħdin jitwaħħlu l-`earth electrodes` fir-residenzi bi preparament biex jiġi konkluz dan il-proġett.
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' talbiet għal separazzjonijiet li ġew introdotti fil-Qorti Sekond Awla u Prim Awla matul l-1997 - 1998 sal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li t-totali ta` talbiet għal
separazzjonijiet li saru fis-sekond Awla matul l-1997 u
l-1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 914 u 800
rispettivament.
Rigward kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li
jikkonċernaw separazzjonijiet, it-totali għas-snin 1997 u
1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 125 u 68
rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati insinwi, bejgħ u trasferimenti ta' proprjeta' u causa mortis (esklużi testmenti) matul l-1998, xahar b'xahar sat-30 ta' Ottubru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta' Insinwi Reġistrati fir-Reġistru Pubbliku matul is-sena 1998, xahar b'xahar, hu kif ġej : -
Jannar 1004
Frar 1344
Marzu 1586
April 1446
Mejju 1420
Ġunju 1534
Lulju 1524
Awissu 1247
Settembru 1299
Ottubru (sat-28) 1400
Dawn in-numri jinkludu wkoll it-testmenti. Ninsab infurmat li matul is-sena ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' insinwi eskluż it-testmenti xahar b'xahar.
02.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ġbir ta' multi u ħlas ta' tariffi separatament fil-Qrati ta' Malta/Għawdex matul l-1997 - 1998, xahar b'xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni
mitluba.
Iċ-ċifri miġbura mill-Qorti ta` Għawdex qed jingħataw
separatament iżda huma inklużi wkoll ma dawk ta` Malta.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' revenue u expenditure (kurrent u kapitali) matul l-1997 - 1998, xahar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-figuri dettaljati kif qed jiġu mitluba huma regolarment ippubblikati mit-Teżor fil-Gazzetta tal-Gvern bħala `Returns` Komparattivi ta` Dħul u Nfiq.
Fil-fatt, l-aħħar figuri dettaljati ppubblikati huma dawk għax-xahar ta` Settembru 1998 li jidhru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta` Ottubru 1998.