Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4043 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru ta' l-Arbitraġġ — Bord ta' Gvernaturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-Bord ta' Gvernaturi taċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ? Jekk iva, x'kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil u minn huma l-membri ġodda? Meta hemm il-ħsieb li l-Liġi dwar iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ tidħol in vigore? Kien hemm xi tibdil dwar is-sede taċ-ċentru li kienet diġa' ġiet identifikata f'South Street, Valletta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-Bord ta` Gvernaturi taċ-Ċentru ta` l-Arbitraġġ. Huwa ppjanat li ċ-Ċentru jiġi inawgurat għal nofs din is- sena u hu maħsub li l-kumplament tal-liġi tidhol fis-seħħ sa dak iż-żmien. Ma kien hemm l-ebda tibdil dwar is-sede taċ-Ċentru.
Leg 9 PQ #4044 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi tal-Condomini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb meta se tidħol in vigore il-Liġi dwar il-Condomini?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onor Interpellant hu mitlub biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Onor Ministru ta' l-Intern.

Pensjonijiet — Pension funds

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dħul u ħruġ fil-pension fund għal matul dawn l-aħħar ħames snin? Sar xi studju mid-dipartiment dwar kemm se tiżdied ir-rata ta' dħul (revenue) u ħruġ (payments) mill-istess fond għal ħames snin li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi. 1.2.99
Leg 9 PQ #3785 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — B'Kara

Question

Peress li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ħa l-inizjattiva illi jipprovdi korsijiet edukattivi ssussidjati minnu, jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' min huma l-għalliema li qed imexxu dan il-kors? Kemm attwalment se jitħallsu dawn l-għalliema? Kemm huwa l-ammont sussidju min-naħa tal-kunsill għal kull kors?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-inizjattiva li ħa dan l-aħħar il- Kunsill Lokali ta` Birkirkara biex isiru korsijiet edukattivi kienet tikkonsisti f'arranġament speċjali mad- ditta Learn Key Trading biex dawn jipprovdu dan is-servizz bi skont speċjali ta` ħamsin fil-mija (50%) għal kull min japplika għal dawn il-korsijiet permezz tal-Kunsill. Għadaqstant, l-imsemmi sussidju ma kienx jikkonsisti fl- ebda forma ta` kontenut finanzjarju minn naħa tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #3485 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bye laws

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Bye laws kollha approvati mill-gvern u esegwiti mill-kunsilli lokali minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Minn Settembru 1998 sa llum ġew pubblikati żewġ Bye-Laws kif ġej: 1. K.L.B.L 53/3/98 - Bye-Laws ta` l-1998 dwar Reklami fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali San Ġwann); 2. K.L.B.L. 8/4/98 - Bye Laws ta` l-1998 dwar Użu ta` Faċilitajiet (Kunsill Lokali Żabbar). Sta għall-Kunsill Lokali konċernat li jesegwixxi il-Bye Laws proposti mill-Kunsill stess. Ma narax il-bżonn li npoġġi dawn il-Bye-Laws fuq il-mejda ta` din il-Kamra peress li dawn ġew ippubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta` Settembru 1998.
Leg 9 PQ #1630 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Consultancy services

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1208?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Water Services Corporation — ISO9000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Water Services Corporation biex akkwistat ISO9000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Luqa — Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw servizz permanenti ta' l-ilma u dawl il-household fi Triq id-Dokkiena, Ħal-Luqa, peress li issa l-main prinċipali ġie mgħoddi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-toroq segwenti f'Ħal Qormi se jingħataw resurfacing tat-tarmac: Triq id-Dragun, Triq Korea u Triq Pinto'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħol ta` resurfacing huwa responsabilita` tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #2865 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali

Question

Peress li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għamel studju dwar il-costing attwali ta' servizzi u responsabbiltajiet kollha devoluti lill-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jpoġġi dan l-istudju u analisi fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-istudju dwar il-costing attwali tal-kuntratti f'idejn il- Kunsilli Lokali li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru tlesta iżda l-eżerċizzju għad irid jiġi evalwat internament. Kopja tiegħu tkun tista` titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra darba l-istudju jitlesta mill-fażijiet kollha tiegħu.
Leg 9 PQ #2445 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Reġistrazzjoni ta' televisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati televisions tal-kulur mad-Dipartiment tad-Dwana matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u l-qisien tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-reġistrazzjoni tat-television isir mill-PBS, għalhekk nissuġġerixxilu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2446 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Reġistrazzjoni tat-televisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati televisions tal-kulur mal-Public Broadcasting Services matul is-snin 1995,1996,1997 u 1998 u l-qisien tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-reġistrazzjoni ta' televisions tal-kulur kienet hekk: 1995 19,654 1996 22,161 1997 14,709 1998 (Jan-Nov) 12,231 Il-Public Broadcasting Services ma jkolliex l-informazzjoni mitluba dwar il-qisien tagħhom.

Petrol/sigaretti — Dħul miż-żieda tal-prezz

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1906?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie kkonsmat pitrolju f'ammont ta' litri fis-snin 1996, 1997, 1998 sat-30 ta' Novembru?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- 1996 23,845,880 litri 1997 19,843,690 litri 1998 3,772,100 litri (sat-30 ta' Novembru)
Leg 9 PQ #2112 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Carmel Street - Culvert

Question

Peress li l-Ministru kellu laqgħa mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħmel il-culvert ġo Carmel Street, Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 691 (Seduta Numru 8).

Qormi — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jindika meta hemm il-ħsieb li ssir Triq New Street off Triq il-Ħelsien, Qormi (qrib "Tal-Ħlas" pharmacy)? Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-open spaces li hemm qrib u bejn il-Housing Estate fuq Tal-Blat, Qormi u qrib il-Palazz l-Aħmar Street, Qormi/Santa Venera, jiġifieri fil-Housing Estate, li jiġi wara l-fabbrika tal-Canada Dry?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma kollha asfaltati u x-xogħol ta` titjieb fihom isir mill-Kunsill.

Ħal Farruġ — Irranġar ta' landscaping

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-Housing Department ikompli jirranġa l-landscaping qrib il-flats ġodda li tqassmu matul 1997/98 ġo Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu ippjanat proġett komprensiv ta' 'landscaping' fl-'area' indikata mill-Onor. Interpellant. Dal-proġett li ġie mfassal flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jeħtieġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fil-fatt l-applikazzjoni saret aktar kmieni din is-sena u nistennew li l-permess ma jdumx ma joħroġ u għalhekk ix-xogħol imsemmi ikun jista' jibda. 4.12.98

Petrol/sigaretti — Dħul miż-żieda fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkola l-gvern li se tkun iż-żieda fid-dħul (revenue tal-gvern) miż-żieda fil-prezz tal-petrol u tas-sigaretti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1907 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Peress li mill-estimi ta' dħul mill-VAT għall-1999 hu stmat Lm85 miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan id-dħul se jkun attribwit għall-VAT fuq servizzi u kemm se tkun bħala VAT fuq prodotti importati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-istimi li saru juru li l-Vat li se tinġabar fi-1999 se tkun ta` Lm80 miljun. Minn dawn madwar 62 miljun għandom jiġu mill-prodotti mportati waqt li madwar Lm9.5 miljun għandhom jiġu mis-servizzi, inkluż it-Turiżmu. Lm5 miljun oħra huma stmati li għandhom jinġabru mill-aħħar dikjarazzjonijiet tas-CET.