Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7202 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Ipoteki legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-1999: (1) ipoteki legali; (2) noti ta' riferenzi; (3) noti ta' ipoteka; (4) noti ta' insinwa; (5) noti ta' causa mortis; (6) ipoteka rinovata; (7) subbasti; (8) separazzjoni personali; (9) company notices; (10) ammont totali ta' debiti reġistrati; (11) ammont totali ta' bejgħ; (12) ammont totali ta' tpartit; (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa; (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja; u (15) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6289 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Mid-Med Bank

Question

Peress illi l-gvern waqqaf kumitat ad hoc biex jagħti pariri lill-gvern dwar il-proċess ta' privatisation, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-kumitat dwar il-bejgħ tal-Mid-Med plc lill-HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

Dan il-kumitat twaqqaf wara li kienu bdew in-negozjati mal-HSBC u għalhekk ma sata` kellu l-ebda rakkomandazzjoni.
Leg 9 PQ #6224 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Qormi - St. Edward's Street

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-front garden tal-bini f'St. Edward's Street, Qormi jistax jingħata permess li jinbena in parti jew totalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li strutturi fil-front gardens huma kkontrollati minn policy partikolarment dik li hija magħrufa bħala DC 1/88. Normalment ma jingħatax permess biex jinbnew strutturi fil-front gardens. 27.04.99
Leg 9 PQ #6225 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

St Andrews — Bini ta' skola - tenders

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex tenders għall-bini ta' skola f'St Andrews infetħu fil-pubbliku, pero' l-ammont ta' kull tender ma ġiex iddikjarat pubblikament fil-mument tal-ftuh tagħhom imma ġie ppubblikat aktar tard? Jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex il-prassi ta' kif jinfetħu t-tenders fil-pubbliku jew quddiem min ikun interessat?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant li minħabba li ma tax indikazzjoni ċara għal-liema tender qed jirreferi (e.g.) in-numru ta` l-avviż tat-tender) ma nistax inwieġbu fuq il-każ partikolari. Għar-rigward tal-prassi segwita fil-ftuħ ta` l-offerti mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ninfurmah li din ilha tiġi segwita s-snin u qatt ma kien hemm tgergir. Il-proċedura fil-qosor hija hekk: L-offerti jinħarġu mill-kaxxa minn membri tal-Kumitat tal-Kuntratti fil-presenza tal-pubbliku u, wara li l-istess kaxxa titwarrab, jinfetħu l-offerti nfushom. Hawnhekk tiġi maħduma l-iskeda ta` l-offerti mitfugħa u meta din titlesta tiġi eżaminata miċ-Chairman tal-Kumitat biex jiżgura li l-prezzijiet murija fuq l-iskeda huma korretti, cioe li l-iċċekkjar l-iskda titwaħħal fin-Notice Board tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Nenfasizza li dan il-proċess kollu jsir fil-presenza tal-pubbliku jekk dan huwa li ried ifisser l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #6133 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Djar — Persuni singles

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni singles li jakkwistaw jew jibnu darhom bħala dar ta' residenza unika, m'humiex intitolati li jieħdu lura l-VAT li jkunu ħallsu fuq materjal u mano d'opera?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta` l-istess skema, l-iskema li tipprovdi għall-ħlas lura tal-VAT fuq l-akkwist ta` l-ewwel dar ta` abitazzjoni taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud hija maħsuba għall-koppji miżżewġa u koppji għarajjes, u ġenituri waħedhom li għandhom it-tfal jgħixu magħhom, inklużi dawk legalment separati jew romol. Għalkemm il-liġi tal-VAT ma teskludiex li din l-iskema tiġi estiża jew li jitwaqqfu skemi oħrajn simili, il-prijorita f`dan l-istadju ingħatat lit-twaqqif ta` żewġ skemi oħra li jipprovdu għall-ħlas lura tal-VAT fuq spejjeż imħallsa għall-tiġijiet u fuq spejjeż imħallsa għall-funerali.
Leg 9 PQ #6134 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Peress li minħabba ċ-ċirkostanzi li żviluppaw fil-Korp tal-Pulizija, il-Korp jidher li tilef ħafna mir-rispett li jixraq lill-korp dixxiplinat għaż-żamma ta' l-ordni, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern biex jerġa' jistabilixxi l-fiduċja tal-poplu fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ma naqbilx ma' l-Onor. Interpellant li minħabba ċ-ċirkostanzi riċenti l-Korp tilef ħafna mir-rispett li jixraqlu. Kif għidt f'okkażżjoni riċenti, dawn iċ-ċirkostanzi jindifnu ħdejn il-ħafna tajjeb li hemm fil-Korp tal-Pulizija. Is-suċċessi li kellu dawn l-aħħar ġimgħat il-Korp fil-ġlieda kontra l-kriminalita' huma xhieda ta' dan. Il-ġrajjiet riċenti ser jixprunawna biex inkomplu nirrifurmaw il-Korp biex joħorġu aktar il-kwalitajiet tajba li hemm fih. 26.04.99
Leg 9 PQ #6135 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri akkużati b'xi reat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-Pulizija li jinsabu akkużati b'xi reat u kemm minnhom instabu ħatja ta' l-istess reat bejn l-1988 sa l-1998? Meta kienu ngaġġati fil-korp l-istess pulizija hekk akkużati jew misjuba ħatja? Qatt kellhom akkużi ta' rregolaritajiet fil-qadi ta' dmirijiethom kemm ilhom jaħdmu fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.04.99
Leg 9 PQ #6136 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Farruġ — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li kienet saret lill-Kunsill ta' Ħal Luqa u lir-residenti ta' Ħal Farruġ, Luqa li l-lokalita' ta' Ħal Farruġ jitnaddaf u jingħata l-attenzjoni li jixraqlu biex jiġi rranġat kemm jista' jkun malajr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #6222 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Mid-Med - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx xi rapport dwar il-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank plc? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq l-Onorevoli Interpellant jispjega x`tip ta` rapport qiegħed jifhem.
Leg 9 PQ #6223 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank plc

Question

Fid-dawl tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank plc, jista' l-Ministru jgħid: a) kif dan il-bejgħ se jgħin il-qagħda finanzjarja tal-gvern fl-immedjat u fit-tul? Ir-rikavat mill-bejgħ se jmur għall-ispiża kurrenti u jittiekel f'sena jew se jmur għall-proġetti li jirrendu? b) Dan il-bejgħ kif se jaffettwa lill-konsumaturi, id-debituri tal-bank u lill-ħaddiema u x'se jkun l-impatt soċjali? c) X'se jkun l-effett ekonomiku in ġenerali fuq il-pajjiż bħala riżultat tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank?

Response (DALLI, JOHN)

a. Il-bejgħ ta` assi pubbliċi jikkostitwixxi biss element ta` finanzjament għall-parti mill-iżbilanċ bejn id-dħul ul-ħruġ tal-Gvern. Jgħin lil dan l-iżbilanċ billi innaqqas il-ħtieġa ta` self fit-tul akbar u allurajtaffi parti mill-piż annwali tal-isservizzjar tad-dejn pubbliku billi dan jifforma parti mill-ispiża rikurrenti tal-Gvern. Id-dħul mill-bejgħ ta` assi pubbliċi jiġi kreditat lill-Public Account u allura jgħin il-cash flow tal-Gvern u jinaqqas il-ħtieġa ta` self li fuqu, s`inendi, jkun irid jitħallas l-imgħax. b. Għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha id-deficit rikurrenti, jiġifieri l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ rikurrenti, hu misteni jilħaq l-Lm43.2 miljuni. Ma` dan l-iżbilanċ rikurrenti hemm żieda ta` Lm91.4 miljun f`nefqa kapitali B`hekk id-deficit fl-Estimi globali hu stmat li se jilħaq Lm134.6 miljun. Ir-rikavat mill-bejgħ tal-isħma tal-Mid-Med Bank hu mistenni jiffinanzja parti minn dan id-deficit. c. L-effett ta` dan il-ftehim se jkunu: i. sigurta lid-depożituri; ii. servizz aħjar lill-klijenti; iii. opportunitajiet għall-ħaddiema. B`avvanz ġenerali fl-ekonomija l-impatt soċjali m`għandex ikun għajn wieħed pożittiv. d. L-effett ekonomiku fit-tul tal-bejgħ tal-assi tal-Gvern fil-Mid-Med Bank lill-HSBC se joħroġ mill-preżenza f`pajjiżna ta` din l-istituzzjoni bankjarja b`reputazzjoni mondjali f`dan il-qasam li tkun l-ewwel pass tant meħtieġ biex jattira lejn l-ekonomija tagħna investiment barrani sew permezz tal-istess bank kif ukoll ta` investituri oħra f`oqsma oħra.
Leg 9 PQ #6049 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1547?

Response (DALLI, JOHN)

Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-gvern fuq assessments magħruġa sall-11 ta` Novembru 1998 hu ta` Lm166 miljun. Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi. Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u normalment jonqsu sew meta l-oġġezzjonijiet jiġu likwidati. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jistma, anke fuq eżerċizzju ta` sampling li sar fuq dawn l-objections, li t-taxxa mitluba skond l-assessments li nħarġu tista tiġi mnaqqsa f`ħafna każijiet b`sittin fil-mija (60%) ta` l-ex officio assessment oriġinali. Għaldaqstant hu stmat li l-arretrati li jmiss jinġabru jammontaw għal Lm50 miljun.
Leg 9 PQ #5909 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Kemm impjegati ġew trasferiti jew mibgħuta on loan fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Xi grad huma fis-servizz ċivili? X'inhu x-xogħol tagħhom f'dan id-dipartiment u x'benefiċċji u/jew allowance ingħataw dawn l-impjegati? Min huma l-impjegati fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li għandhom għall-użu tagħhom karozza tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 1 ta' Jannar 1999 ma ġewx trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Uffiċjal wieħed (Pharmacy Tech) beda jaħdem mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għalkemm għadu ma sarx transfer uffiċjali. Dan l-uffiċjal qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda t- trasferiment ta' art tal-gvern. Uffiċjal ieħor (Senior Principal) temporanjament qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda d-delega ta' l-infurzar tal-liġijiet. Dan l- uffiċjal mhux ser jiġi trasferit għad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali. Sallum dawn iż-żewg uffiċjali ma ngħataw ebda allowance. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija s-segwenti uffiċjali għandhom għal użu tagħhom karozza tal-gvern: Victor J Rizzo Director Maurice H Caruana Advisor Alfred Theuma Senior Principal (Introduction of Law Enforcement Scheme) Stefan Scotto Junior A&CE (Field Services Branch) Saviour Micallef Pharmacy Technician (Local Devolution)
Leg 9 PQ #5910 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili fil-gradi ta': Director General, Directors in Scale 4, Directors in Scale 5, Officers in Scale 5, Officers in Scale 4, Assistant Directors, Senior Principals, Principals in Scale 7, Principals in Scale 8, Principals in Scale 9, Principals in Scale 10, Assistant Principals, Executive Officers u Clerks?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99
Leg 9 PQ #5309 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola primarja - Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex tiġi rranġata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa? Jifhem il-Ministru li x-xogħol huwa urġenti u hemm bżonn isir mill-aktar fis?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ssottomettiet applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tiġi riabilitata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa liema applikazzjoni għadha qiegħda tiġi evalwata mill-istess Awtorita'. Dan il-proġett ikun jista' jinbeda skond l-allokazzjoni finanzjarja li sejjer ikollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll abbażi tal-prijoritajiet ta' l-istess Diviżjoni.
Leg 9 PQ #4975 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Ħal Luqa - Crash barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier mal-gandott li hemm mal-ġenb ta' Triq Ħal Luqa, Qormi qrib l-Għammieri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Luqa — Bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bus shelter f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-post fejn hemm il-`bus stage` msemmi mill-Onor. Interpellant ma jistax isir `bus shelter`. Infurmat ukoll li diffiċli jinstab post alternattiv għal dan il-`bus stage`.

Ħal Luqa — Ta' Dokkina - Servizz ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation se tagħti servizzi permanenti ta' l-ilma lir-residenti ta' Dokkina, Ħal Luqa peress li dawn ilhom xhur sħaħ b'servizz temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm installat main ġdid fl-inħawi ta' Dokkina f'Ħal-Luqa. Il-main temporanju kien sar sakemm jitqiegħed il-main il-ġdid biex il-provvista ta' l-ilma ma tkunx interrotta. Issa l-Korporazzjoni ser tibda tibdel is-servizzi ta' l-ilma mill-main il-ġdid sal-meters ta' l-ilma fid-djar tar-residenti.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra. 2.2.99
Leg 9 PQ #4042 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3078, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma il-kriterji li fuqha għaqda/soċjeta' tingħata għajnuna u assistenza finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna u assistenza finanzjarja lil għaqdiet sportivi tingħata għall-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet Internazzjonali kemm f'Malta u barra, kif ukoll għall-bini u manutenzjoni ta' faċilitajiet. Talbiet għal għajnuniet mhux sostanzjali ta' natura oħra jistgħu jkunu kkunsidrati.