Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-proġetti sottomessi mill-kunsilli lokali li talbu għall-devoluzzjoni ta' proprjeta' pubblika a favur tagħhom biex jamministrawha?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #9843 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Peress li l-Air Malta ilha żmien twil tikkuntratta technicians u maintenance operators minn barrra għal xogħol ta'manutenzjoni fuq ajruplani,jista'l-Ministru jgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tingaġġa dan il-personnel fuq bażi permanenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sabiex tkun tista' tlaħħaq mad-domanda li dejjem qed tiżdied għall-'maintenance engineering' ta' l-ajruplani, inklużi dawk ta' kumpaniji barranin, l-Air Malta qed tieħu ħsieb li trawwem numru ta' technicians, li għandhom il-kwalifiki meħtieġa, biex isiru inġiniera. Sadanittant, dipendentiment fuq il-volum u ċirkostanzi oħra, l-aktar triq prattika, jekk mhux l-unika, għall-Kumpanija hija li tingaġġa, fuq bażi strettament temporanja, is-servizzi ta' inġiniera barranin meta jinqala' l-bżonn.
Leg 9 PQ #9855 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Settur Finanzjarju — Kontribut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut tas-settur finanzjarju (financial services) lejn: (a) GDP; (b) kreazzjoni ta' mpjiegi ġodda; (c) dħul (revenue) għall-Gvern bejn l-1995 u l-1999 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward il-partijiet (a) u (b) tal-Mistoqsija. Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #9856 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Qormi Road - żvilupp ta' art

Question

Peress li kien il-ħsieb tad-Dipartiment ta' l-Ambjent li flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jiżviluppa biċċa art żdingata quddiem il-ġibjun, Qormi Road, Luqa, jista'l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jiġi konkluż dan l-iżvilupp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'inix infurmat fuq l-iżvilupp kif indikat mill-Onorevoli Interpellant u nitolbu għalhekk jagħtini informazzjoni aktar dettaljata.
Leg 9 PQ #9857 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Luqa - Skola Primarja

Question

Peress li l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa għandha bżonn ta' xogħlijiet estensivi strutturali, jista' l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol se jinbeda u meta huwa l-ħsieb li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Għas-snin li jkopru l-perjodu 2000, 2001 u 2002, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni inkludiet il-proġett tat-tkabbir u r-riabilitazzjoni ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa. Wieħed ikun f'pożizzjoni li jgħid meta sejjer jinbeda u jintemm ix-xogħol wara li ssir l-allokazzjoni ta' fondi lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-materja qed tiġi segwita wkoll f'diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa.
Leg 9 PQ #9858 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Housing Estate - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-gvern li tingħata manutenzjoni tajba lill-Housing Estate fuq Tal-Blat, limiti ta' Ħal Qormi u Santa Venera? Minħabba l-istat ħażin, ix-xogħol li jrid isir huwa kompitu tal-Gvern Ċentrali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9859 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrijalisti — Tneħħija ta' levies

Question

Peress li jidher biċ-ċar li l-industrijalisti li jimmanifatturaw għas-suq lokali ma ġewx konsultati dwar skeda ta' tneħħija ta' levies, jista' l-Ministru jgħid: (a) x'konsultazzjonijiet saru ma' l-industrijalisti; (b) x'inhuma l-pjanijiet diskussi ma' l-industrijalisti konċernati biex jilqgħu għat-tibdil li bilfors iridu jgħaddu minnu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kontra dak li ridt jimplika l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu il-proposti għat-tneħħija tal-levies kienu ċċirkulati lill-Korpi Kostitwiti li jirrapreżentaw l-industrijalisti f'Malta (jiġifieri il-Federazzjoni tal-Industrija, il-Kamra tal-Kummerċ u il-GRTU) qabel ma dawn l-istess proposti ġew iffinalizzati minn naħa tal-Gvern. F'din il-fażi saru numru ta' laqgħat bejn il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u dawn il-Korpi Kostitwiti, kif ukoll ma numru ta' industrijalisti ndividwalment. B'riżultat ta' dawn il-laqgħat, fil-fatt saru xi tibdil f'l-iskeda għat-tneħħija tal-levies, qabel ma din ġiet iffinalizzata u ppubblikata permezz ta' avviż legali li deher fil-gazzetta tal-gvern tas-16 ta' Lulju 1999. Fuq kollox dawn kienu diskussjonijiet dwar it-tneħħija tal-levies li komplew fuq diskussjonijiet oħra, dwar l-istess usġġett, li kienu saru fi żmien tal-amministrazzjoni preċedenti. Għandu raġun l-Onorevoli Interpellant meta jitkellem dwar tibdil li l-industrijalisti bilfors iridu jgħaddu minnu. Malta żgħira wisq biex taħrab mir-rejalta ta' dinja fejn is-suq qed issir dejjem wieħed globali u miftuħ għall-kompetizzjoni. F'l-aħħar mill-aħar, iridu jkunu l-istess industrijalisti li jridu jgħamlu l-almu tagħhom sabiex jilqgħu għal din l-isfida. Il-Gvern qed jagħmel ħiltu sabiex jgħin lil dawn l-intrapriżi; dan prinċipalment permezz tal-IPSE. Din l-aġenzija qiegħda taħdem kemm fuq programmi maħsuba sabiex jilħqu intrapriżi individwali kif ukoll fuq inizjattivi immirati għal setturi industrijali speċifiċi, meħuda globalment (eżempju is-settur ral-għamara).
Leg 9 PQ #9311 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom plc — Bejgħ ta' l-ishma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9222?

Response (BONNICI, JOSEF)

Meta investitur jixtri ishma f'kumpanija irid iqis bir-reqqa diversi fatturi. Dawn jinkludu dettalji dwar l-operat ta' l-istess kumpanija, iżda wkoll tagħrif ġenerali dwar is-settur li fih il-kumpanija topera u dwar xejriet fl-ekonomija li jistgħu ikollhom impatt fuq dak is-settur. Il-monopolju lill-Maltacom tgawdi f'ċerti oqsma tat-telekommunikazzjoni huwa aspett sinjifikattiv tas-sitwazzjoni attwali tal-Maltacom, iżda jibqa biss kunsiderazzjoni waħda, fost diversi fatturi oħra, li investituri prospettivi riedu jqisu qabel jiddeċiedu jekk jixtrux ishma fil-Mlatacom. It-tagħrif mogħti lill-investituri prospettivi, fl-hekk imsejjaħ IPO document, kien jinkludi dettalji speċifiċi dwar il-monopolju tal-Maltacom iżda l-istess document kien jaċċenna b'mod ċar wkoll għall-fatt li setgħu iseħħu żviluppi li setgħu iwasslu sabiex dan il-monopolju jiġi mitmum qabel l-2010.
Leg 9 PQ #9220 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Taxxi proposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' kif se jkun affetwat ir-reġim fiskali kurrenti bl-introduzzjoni ta' l-armonizzazzjoni ta' taxxi proposti u li se jiġu mplimentati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant dan huwa suġġett kumpless li qiegħed jivolvi kontinwament. Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li aħna qegħdin nżommu ruħna aġġornati bit-tibdil li qiegħed jiġi diskuss.
Leg 9 PQ #9222 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom plc — Bejgħ ta' l-ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju li l-Maltacom plc għandha dwar komunikazzjoni, kien strumentali fost konsiderazzjonijiet oħra, għas-suċċess tal-bejgħ ta' l-ishma tax-shares tal-Maltacom plc fl-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9165 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex tkun ikkontrollata u solvuta l-problema tal-Miżbla tal-Magħtab li llum qed tikber bħal qarnita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-problema tal-Miżbla tal-Magħtab trid tiġi riżolta fil-qafas ta' strateġija għall-immaniġġjar sostenibbli ta' l-iskart f'pajjiżna. Għal dan il-għan qed jitfassal pjan komprensiv li mistenni li jiġi finalizzat sa l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #9166 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Offerti

Question

Hija prassi aċċettabbli għall-finanzi li meta t-termini ta' tender ta' servizzi jkun ġie eżawrit din l-istess tender tiġi estiża b'direct order minn perijodu għall-perijodu? Liema huma r-regolamenti li jirregolaw din il-prattika jekk hemm?

Response (DALLI, JOHN)

La darba l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel il-Mistoqsija b`mod generiku jkolli nwieġeb fuq l-istess bażi. Jista` jkun hemm każi fejn kuntratt ta` servizz li jiskadi t-terminu tiegħu jiġi estiż għal perjodu qasir (bi ftit xhur) minħabba li jinqalgħu problemi fl-għoti tal-kuntratt il-ġdid u li jikkawżaw dewmien fl-aġudikazzjoni ta` l-offerti. Estensjoni bħal din m`għandiex tiġi meqjusa bħala `Direct Order` fil-veru sens tagħha. Hija l-prassi tad-Dipartiment tal-Kuntratti li estensjonijiet bħal dawn jiġu approvati għat-terminu definit. Ma nistax ngħid li hemm xi regolamenti speċifiċi li jirregolaw din il-prattika għalkemm ikun hemm każi fejn l-istess kundizzjonijiet tal-kuntratt jippermettu estensjonijiet tal-perjodu kuntrattwali jew bħala option tal-Gvern jew bi ftehim reċiproku bejn il-kuntrattur u l-Gvern. Fuq kollox, nirrepeti, kull każ irid jiġi eżaminat u deċiż fuq il-mertu tiegħu.

Vjolenza fil-familja — Każijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' vjolenza fil-familja kienu rrapportati mill-1990 sa l-1999 (sal-lum)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' każijiet ta' vjolenza fil-familja li ġew irrappurtati mill-1992 sa' Ġunju 1999 kien ta' 3,133. Ma hemmx records għas-snin 1990-1991. 23.7.99
Leg 9 PQ #9168 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Investiment barrani — Breakdown

Question

Meta wieħed jeskludi l-bejgħ tal-Mid-Med plc lill-HSBC, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-investment barrani f'pajjiżna bejn Diċembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-investiment gross barrani f'Malta mill-31 ta' Diċembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 kif pubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika fil-pubblikazzjoni ta' kull tlitt xhur huwa kif ġej: 1999* 1998* CR DR CR DR 1021 631 1365 18482 * figuri proviżorji
Leg 9 PQ #9169 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Ħal Farrug - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li kien għamel f'Diċembru 1998 li jsir xogħol ta' tindif u rranġar f'Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #8355 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm inġabret taxxa tal-VAT xahar b'xahar matul l-1999; kemm kien id-dħul (revenue) mit-taxxa tad-dazju, customs u sisa matul l-1999; u 3) kemm huwa r-revenue f'income tax xahar b'xahar matul l-1999? Kemm kien id-dħul (income tax) matul l-1996, 1997 u 1998 xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7862 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Joint office — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikklassifika t-trasferimenti, mhux biss ta' proprjeta' imma wkoll ta' drittijiet, li saru mill-Joint Office matul l-1995, l-1996, l-1997, u l-1998 u sal-31 ta' Mejju, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għamel trasferimenti ta' proprjeta` u drittijiet kif jidher hawn taħt : Sena Bejgħ ta' Fidi ta' ċens Fidi ta' ċens Fidi ta' ċens proprjeta` perpetwu perpetwu mhux temporanju rivedibbli rivedibbli 1995 xejn xejn xejn 17 1996 1 xejn xejn 12 1997 280 5 204 21 1998 63 34 55 4 1999 13 57 xejn 9 (sal-31 ta Mejju) TOTAL 357 96 259 63
Leg 9 PQ #7280 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliki — Ipoteki legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7202?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7202 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 31.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #5910 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili fil-gradi ta': Director General, Directors in Scale 4, Directors in Scale 5, Officers in Scale 5, Officers in Scale 4, Assistant Directors, Senior Principals, Principals in Scale 7, Principals in Scale 8, Principals in Scale 9, Principals in Scale 10, Assistant Principals, Executive Officers u Clerks?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.