Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent il-Ministeru qed jagħmel użu mis-servizzi ta' ħames konsulenti, wieħed fuq bażi full-time u erbgħa fuq bażi part-time.
Il-konsulent ingaġġat fuq bażi full-time jirċievi remunerazzjoni ta' Lm6905 fis-sena. L-erba' konsulenti ngaġġati fuq bażi part-time jirċievu remunerazzjoni annwali ta' Lm5850, Lm4178, Lm4010 u Lm5100.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' konsulenti ngaġġati mal-Ministeru tas-Saħħa huwa disa u tmenin (89) li minnhom erba' (4) huma barranin. Is-salarju tal-konsulenti Maltin huwa Lm7,482 fis-sena (Skala Nru 4) u dak tal-bararnin huwa kif ġej:
2 Lm7,482 fis-sena (bħal tal-Maltin) bla taxxa.
1 Lm35,000 fis-sena bla taxxa. Is-salarju jiġi
rivedut fis-sena 2001.
1 Lm42,000 fis-sena taxxabbli. Dan ser jitla'
għal Lm45,000 fis-sena taxxabbli
mill-01.01.2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalissa fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm tlett konsulenti.
Persuna titħallas Lm8,820 fis-sena, oħra titħallas Lm6,747 fis-sena u l-oħra titħallas mill-Universita ta' Malta u d-Dipartiment koncernat jirrifondi nofs is-salarju lill-Universita.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm 23 konsulent kif jidhru hawn taħt:
Forzi Armati ta' Malta 1
Management Efficiency Unit 22
Is-salarju ta' dawn il-konsulenti jvarja bejn Lm1,884 fis-sena għal konsulent part-time sa Lm26,000 għal konsulent barrani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta` konsulenti ngaġġati mal-Ministeru tiegħi huwa sitta (6) li jitħallsu kif ser jingħad:
(i) erbgħa konsulenti li kull wieħed jitħallas Lm429.49
fix-xahar li ġew ingaġġati għal perjodu limitat li ser
jiskadi fil-31 ta` Diċembru 1999.
(ii) konsulent li jokkupa l-kariga ta` Kap tad-Direttorat
għall-Unjoni Ewropeja li jitħallas Lm15,000 fis-sena li
Lm2,000 minnhom jitħallsu mill-Ministeru lill-individwu
konċernat kemm il-darba dan ma jibqax iservi bħala
membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali
ta` Malta.
(iii) konsulent part-time għal-perjodu limitat li
jitħallas pro rata a bażi ta` 50% ta` Lm4,942 fis-sena,
liema konsulenza tispiċċa fl-aħħar ta` dan ix-xahar.
Nixtieq inżied li jeżisti wkoll kuntratt bejn il-Ministeru u kumpannija privata (Law Firm) biex tipprovdi servizz ta` konsulenza fil-persuna tal-kap tal-Malta-EU Information Centre. Il-Ministeru jħallas lill-kumpannija konċernata s-somma ta` Lm17,500 fis-sena li tinkludi l-VAT kif jidher fil-kopja tal-kuntratt mogħtija lill-Membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (GALEA, LOUIS)
Mal-Ministeru hemm ingaġġati ħames konsulenti, tlieta minnhom part-time. Konsulent ieħor li jagħti servizz part-time lill-Ministeru huwa ingaġġat ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Żewġ konsulenti oħra huma ngaġġati ma' l-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari, wieħed minnhom part-time. Il-ħlas individwali ta' ħamsa mill-konsulenti huwa hekk : Lm7154, Lm17,400, Lm3000, Lm5233, Lm1950. Żewġ konsulenti oħra għadhom qatt ma tħallsu għax il-kuntratt tagħhom għadu qed jiġi negozjat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninfurma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru għandu tlett konsulenti kuntrattati miegħu. Dawn jitħallsu Lm5,849, Lm5,014 u Lm4,192 fis-sena rispettivament.
Peress li l-kuntratt bejn il-Gvern u Eureka Services Ltd impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jinkorpora fih dokumenti approvati mid-dipartimenti konċernati, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parir ta' l-Avukat Ġenerali dwar l-istess kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Matul il-perijodu tat-trattattivi l-Avukat Ġenerali ġie konsultat kontinwament. L-Avukat Ġenerali ma tax pariri bil-miktub iżda niżżel diversi suġġerimenti tiegħu fuq l-abbozz tal-kuntratt, liema suġġerimenti ġew addottati kollha.
25.10.99
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 1998 u 1999 kemm: (a) ingħataw promotions fis-Servizz Ċivili fil-gradi kollha tas-Servizz Ċivili; u (b) kemm kien ir-reklutaġġ fil-gradi kollha fis-Servizz Ċivili?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Ċivili u kemm hu n-numru ta' vacancies f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi (a) matul is-sena 1998 sar reklutaġġ ta' 918-il persuna u promozzjoni ta' 1,010 impjegat; u (b) bejn Jannar u Settembru 1999 daħlu mal-Gvern 821 u ġew promossi 1139.
Ninsab infurmat ukoll illi t-total ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Pubbliku fid- 9 ta' Ottubru 1999 kien ta' 29,087. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li tagħti d-dettalji kif mitluba mill-Onorevoli Membru. Din l-iskeda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati u ħaddiema mpjegati fuq bażi Casual u Part-time.
In-numru ta' postijiet fis-Servizz Pubbliku u għaldaqstant ukoll in-numru ta' vakanzi jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċirkolarijiet kollha mibgħuta lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jew dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi oħra matul l-1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra iċ-ċirkularijiet kollha li ntbaghtu lill-Kunsilli Lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali matul l-1999.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każi ta'skorti mal-priġunieri barra l-ħabs, min hija l-persuna responsabbli li tiddetermina n-numru ta' gwardjani/security/pulizija li jakkumpanja lill-priġunieri?
Kull priġunieri, hi x'inhi n-natura tar-reat li bih jinsab akkużat ikkundanat, jirċievi l-istess trattament?
Min kienet il-persuna li approvat l-iskorta lill-priġunier Azzabi meta kien sejjer għal kura Sptar Boffa, dakinhar tal-ħarba tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hija l-prattika li meta priġunier ikun meħtieġ jittieħed f'kustodja x'imkien barra mill-ħabs, dan jinżamm fil-kustodja ta' uffiċjal wieħed, sakemm ma jkunx hemm ordni jew talba ulterjuri mill-Qrati, l-Uffiċjal Prosekutur jew d-difiża.
11.10.99
Peress li diġa' bdew it-tests tal-VRT, jista'l-Ministru jgħid kemm hemm licenced operators sal-lum? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-indirizzi ta' dawn il-licenced operators? Peress li hemm talbiet varji minn kumpanniji biex jagħmlu t-taħriġ lill-impjegati tagħhom biex jibdew il-ġestjoni ta' xogħol, jista' l-Ministru jagħti schedule ta' meta se jsir dan it-taħriġ matul dan ix-xahar ta' Ottubru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 10040.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Membru li għadhom ma ġewx iffissati ebda dati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 1998 u 1999 kemm: (a) ingħataw promotions fis-Servizz Ċivili fil-gradi kollha tas-Servizz Ċivili; u (b) kemm kien ir-reklutaġġ fil-gradi kollha fis-Servizz Ċivili?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Ċivili u kemm hu n-numru ta' vacancies f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta t-tħaffir biex tiġi rranġata s-sistema tad-drenaġġ ġo Mdina Rd, Qormi se titlesta?
Jaf il-Ministru li minħabba d-dewmien biex jitlesta x-xogħol il-ġirien qed ibatu minn inkonvenjenza kontinwa ta' rwejjaħ u nemus?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tħaffir fuq is-sistema tad-drenaġġ ġo Mdina Road tlesta fil-ħin skond kif kien stipulat fil-kuntratt tax-xogħlijiet imsemmija. Il-proġett mistenni jiġi terminat meta jitlesta l-'lining' tal-mina li qed tiġi mwessa', sa l-aħħar ta' Diċembru li ġej.
Fl-istess ħin il-kuntrattur ġie mogħti struzzjonijiet preċiżi biex jissiġilla l-eskavazzjoni sabiex jelimina kull inkonvenjent għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li l-culverts ta' l-ilma li hemm ġo Ħal Farruġ, Luqa jkunu rranġati issa li beda l-istaġun tax-xita?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mghoddija lill-Kunsilli Lokalli, nissuġġerilu li jindirizza il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru interessat.
Jista' l-Ministru jordna li ssir bus shelter ġo Ħal Farruġ, Luqa minħabba li kemm l-istudenti u kulmin ikun irid juża servizz pubbliku ta' trasport jixxarrab kull meta tagħmel ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex tkun kunsidrata ma' talbiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jikkonsidra wkoll li xarabanks jidħlu f'ċertu ħinijiet ta' l-inqas qrib l-estate proprju u mhux dejjem jgħaddu mill-periferija ta' dan l-estate?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal liema estate qiegħed jirreferi.