Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17565 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17318, u peress li skond dikjarazzjoni li tat il-headmistress ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa, li dalwaqt jibda xogħol ta' kostruzzjoni u manutenzjoni estensiva, jista' l-Ministru jagħti konferma li matul is-sena 2000 jew f'data definita fil-qrib, ix-xogħol fuq l-iskola primarja se jinbeda bis-serjeta', biex ma tibqax issir xi ħaġa kull meta tinqala' bħalma ġara fix-xitwa ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17569 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tagħlim — Computer Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel privati u/jew kumpaniji privati li huma liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-lista tal-Commercial Schools li tinżamm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jirriżulta li ċ-ċentri liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies huma: Nr Isem Lokalita` 1 Agius Tuition Centre Qormi 2 Compex Xomputer Training Centre Blata l-Bajda 3 Computer Advisory Services Sliema 4 Computer Domain Mosta 5 Education Support Services Paola/Ħamrun/Sliema 6 Exor Computer Training Centre Naxxar 7 Hi-Tex Computer CCentre Sliema 8 Holistic Technologies Fgura 9 Shireburn Computer Training Centre Ta' Xbiex 10 St Martin's Educational Services Blata l-Bajda
Leg 9 PQ #17570 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

LCCI — Typing

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni third level typing ta' l-eżami ta' LCCI, sar qabel il-first level u second level ta' l-istess eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eżamijiet ta' l-LCCI isiru skond it-"time-table" kif tkun imfassla mill-Bord ta' l-Eżamijiet ta' l-LCCI stess. Għalhekk il-ġranet meta jsiru l-first, second u third level Typing kienu determinati minn dak il-Bord.

Qormi — Triq il-Ħammieri/Triq Valletta

Question

Jista' l-Ministru jordna li fi Triq il-Ħammieri u Valletta Road, Qormi jsiru traffic calming measures peress li dawn it-toroq huma popolati u minnhom jgħaddi ħafna traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokalti ta' Ħal-Qormi qed jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor Interpellant u ser jaraw x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #17144 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Interprint

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 16923 dwar l-Interprint?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li n-negozjati dwar din l-intrapriża għadhom għaddejjin, ma jkunx prudenti li f`dan l-istadju jingħataw dettalji.

Santa Venera — Mobile antennas

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-mobile antenna li twaħħlet fuq "Gemilli Flats", Triq l-Blata Kaħla, Santa Venera, hijiex koperta bil-permessi? Jikkonferma l-Ministru li kemm-il darba l-permess ġie approvat, jekk sarx xi environment and health impact assessment fid-dawl tad-dubji li hawn dwar l-effett negattiv ta' dawn l-antennas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 16195 fuq l-istess suġġett li tkopri twaħħil ta` l-antenna msemmija mill-Onor. Interpellant. Jien infurmat li fejn jitwaħħlu dawn l-antennas jaqa` taħt il-ġuridizzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dwar xi `health hazard` jien infurmat li mill-istudji li saru u għadhom qegħdin isiru, għadu ma ġiex ippruvat xjentifikament illi hemm xi periklu għas-saħħa.
Leg 9 PQ #16923 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Interprint

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' l-Interprint? Jista' l-Gvern jassigura li ħadd mill-ħaddiema li sal-lum għadhom jaħdmu mal-Interprint m'hu se jkollu l-impjieg tiegħu terminat minħabba dan il-bejgħ? Veru li l-Mimcol ħadet deċiżjoni li tagħlaq din l-azjenda sa 12 ta' Ġunju, 2000? Fil-każ li r-risposta hija fil-pożittiv, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-ħaddiema u x'inhuma t-terminal benefits li l-gvern se jħallas biex jagħlaq din l-azjenda? Kemm-il offerta kellha l-Mimcol għax-xiri ta'l-Interprint?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #16354 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gudja — Klabb tal-boċċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klabb tal-boċċi tal-Gudja tal-lum mhux użat u jekk hux se jiġi mgħoddi lil soċjeta' sportivi oħra? Jekk iva, meta se tieħu pussess tiegħu din l-istess soċjeta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-Riżoluzzjoni Parlamentari li tressqet mill-Ministru għall-Intern nhar it-Tnejn 22 ta' Mejju 2000.

Kunsilli Lokali — Mtarfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-segretarju tal-kunsill (ġdid) ta' l-Imtarfa, ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil-kunsill b'detriment għall-operat ta' l-istess kunsill?

Response (GATT, AUSTIN)

Huwa skorrett li tgħid li s-Segretarju tal-Kunsill ġdid ta` l-Imtarfa ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil-Kunsill b`detriment għall-operat ta` l-istess Kunsill. L-Aġent Segretarju Eżekuttiv ġie appuntat b`impjieg part-time sat-30 ta Ġunju 2000 u l-Kunsill, mill-ewwel ġurnata, ġie nfurmat b`dan sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jimpjegaw Segretarju Eżekuttiv. Skond il-Kunsill ta` l-Imtarfa din il-materja bdiet tiġi ttrattata mill-ewwel laqgħa tal-Kunsill.

Kunsilli Lokali — Sindki

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-problemi ta' sindki li m'għandhomx impjieg fiss, u għall-iskop ta' l-NI, qegħdin ikunu kkonsidrati bħala self-employed? Ma jkunx f'waqtu illi l-onorarji tas-sindki ma twassalx għal dan il-piż fuq numru ta' sindki u għalhekk ma jiġux ikkonsidrati bħala self-employed?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-problemi ta` sindki li m`għandhomx impjieg fiss u peress li qed jirċievu allowance bħala Sindki qed jiġu kkunsidrati bħala self-employedqed tiġi ttrattata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tas-Sigurta Socjali u dan skond il-provvedimenti attwali ta`l-Att dwar is-Sigurta Socjali.
Leg 9 PQ #13982 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati mal-gvern u ma' l-entitajiet pubbliċi mill-1988 sa l-1999? Jista' jindika l-ingaġġ relattiv f'kull korporazzjoni f'kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant f'dak li jirrigwardja mpjegati tal-Gvern tinsab f'tabella A, u mpjegati ma entatijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'tabella B. Jekk l-Onorevoli Nterpellant irid xi nformazzjoni dwar korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15584 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt żmien ilu dwar ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku kollha mill-1988 sa l-1996, u fejn ġew ingaġġati, cioe' bejn gvern, dirett u parastatal bodies?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13982.
Leg 9 PQ #15583 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Farruġ — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta xogħol ta' manutenzjoni esterna li hemm bżonn isir f'Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal-Luqa, effettivament se jiġi esegwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #15584 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt żmien ilu dwar ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku kollha mill-1988 sa l-1996, u fejn ġew ingaġġati, cioe' bejn gvern, dirett u parastatal bodies?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Wardens

Question

Jista' l-Ministru jagħti dawn id-dettalji dwar l-għoti ta' kuntratti għal wardens mill-kunsilli lokali jew il-kumitat konġunt u ċioe': (i) liema kienu l-kunsilli li ħarġu tenders għal warden kemm individwalment jew kollettivament tramite kumitat konġunt; (ii) data ta' meta ngħataw dawn il-kuntratti, kuntratt b'kuntatt; u (iii) lil-liema kumpannija, entita' jew persuna fiżika, jekk kien hemm, ingħataw dawn il-kuntratti?

Response (GATT, AUSTIN)

Sejhat u ghoti ta` kuntratti ghas-servizz tal-Gwardjani Lokali saru mill-Kumitati Kongunti ta` dawn il-Kunsilli Lokali: i) Pembroke, Sliema, Swieqi, San Giljan u San Gwann. ii) Gharghur, Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Bahar. iii) Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina, Rabat (Malta) u Santa Venera. iv) Gzira, Hamrun, Msida, Pieta` u Ta`Xbiex. v) Ghaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Lucija, Tarxien u Zejtun. Rigward it-tieni u t-tielet punti tad-domandi, bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skon il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom Ghaldaqstant nissuggerrixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #15019 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Luqa/Qormi - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvatx permessi għall-bini ta' warehouses jew bini ieħor f'biċċa art kollha siġar tal-ħarrub fi Triq il-Biedja ġo Ħal-Farrug, Luqa/Qormi, faċċata tal-housing estate? Jikkonferma l-Ministru li s-siġra tal-ħarrub hija siġra protetta taħt il-policy viġenti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni għal bini ta` mħażen fuq is-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. L-applikazzjoni waslet għand l-Awtorita` fl-1 ta` Marzu 2000, (PA 1081/00) u s`issa għadha ma ġietx deċiża. Is-sit tinsab barra ż-żona ta` l-iżvilupp. Id-Direttorat ta` l-Ippjanar qiegħed jistenna risposta għall-konsultazzjoni li għamel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, id-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent u l-Ministeru ta` l-Agrikoltura. Rigward is-siġra tal-ħarrub ninsab infurmat li din mhix siġra protetta taħt il-policies tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar peress li l-policies ta` l-Awtorita` ma jipproteġux speċi ta` siġar partikolari, għalkemm il-Pjan ta` Struttura għandu provvedimenti favur siġar endemiċi u arkeofiti (bħall-ħarrub). Għalhekk, il-prattika ta` l-Awtorita` taħseb biex, fejn hu possibli, siġar bħal dawn jitħarsu kif ukoll jiġu miżruha siġar ġodda ta` dan it-tip.

Kunsilli Lokali — Qormi

Question

Peress li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi uża fondi pubbliċi biex alloka kuntratt ta' computing, u peress li jidher li l-ebda tender pubblika ma saret mill-istess kunsill, jista' l-Ministru jinvestiga biex jara jekk il-proċeduri finanzjarji u l-proċeduri normali ġewx esegwiti u jekk le, dan il-proċess jitwaqqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Qormi ikkunsidra tlett talbiet minghand ghalliema tal-computers u ghażel l-aktar waħda vantaġġuza, bl-irħas rati ghar-residenti. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill ma użax fondi pubbliċi biex jorganizza korsijiet ta` computing.
Leg 9 PQ #14136 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13982?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni irid isir eżerċizzju li jieħu numru kbir ta'sigħat biex jitlesta. Biex jiġi stabbilit kull ngaġġ ġdid bejn is-snin 1988 u 1996 jridu jiġu nvestigati l-files ta' kull min inħatar biex jiġi stabbilit jekk kienx diġa mpjegat mal-Gvern jew le. Informazzjoni dwar impjegati mal-Gvern mill-1997 'l hawn tittieħed mis-sistema kompjuteriżżata magħrufa bħala HRIMS (Human Resources Information Management System) li kien introduċa l-Gvern tiegħi.
Leg 9 PQ #13982 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati mal-gvern u ma' l-entitajiet pubbliċi mill-1988 sa l-1999? Jista' jindika l-ingaġġ relattiv f'kull korporazzjoni f'kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.