Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Prim Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-tieni karozza tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet Peugeot 406 li kienet inxtrat fis-27 ta’ Novembru 1996 għas-somma ta’ €18,950.
L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €8,013.
L-ispiża fuq it-tiswijiet biss kienet ta' €6,993.
L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €1,020.
L-ispiża fuq fuel għat-tieni karozza tal-Prim Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €7,300 u fl-istess perjodu ngħataw 5,844 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza.
Kien hemm ukoll spiża ta' €53 fi fuel għall-karozzi li nkrew minflok it-tieni karozza tal-Prim Ministru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tieni karozza tal-Ministeru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u Settembru 2009 kient Alfa Romeo b'reġistrazzjoni GAQ657 li kienet inxtrat fl-1999 għas-somma ta' Published€20,514.79. Bejn Ottubru 2009 u Novembru 2012 kienet Opel Corsa b'reġistrazzjoni LCN014 li kienet inxtrat fl-2007 għas-somma ta' €9,655.26. Ma kienx hemm it-tieni karozza tal-Ministru bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013.
L-ispiża totali fuq tiswijiet ta' dawn il-karozzi bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €13,792.90 (GAQ657) u €744.14 (LCN).
L-ispiża fuq tiswijiet biss kienet ta' €3,268.19 (GAQ657) u €744.14 (LCN).
L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €10,524.71.
L-ispiża fuq fuel għat-tieni karozza tal-Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta':
€3,367.06 u fl-istess perjodu ngħataw 2,837 litri ta' fuel lil GAQ657.
€3,402.17 u fl-istess perjodu ngħataw 1,750 litri ta' fuel lil LCN014.
Kien hemm ukoll spiża ta' €5,098.48 fi fuel għall-karozzi li nkrew minflok it-tieni karozza tal-Ministru.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministru preċedenti ma kenitx tuża t-tieni karozza, iżda peress li kienet tuża l-karozza privata tagħha bħala t-tieni karozza, kienet tibbenefika minn allowance ta’ €7,000 fis-sena.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għaliħ nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-parti l-kbira l-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għal perjodu msemmi bejn l-2008 sa Marzu 2013 ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-records tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, it-tieni karozza li kien juża l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet mikrija. Il-mudell kien Toyota Prius Hybrid. Din il-vettura kienet tinkera bir-rata ta’ €15.00 kuljum, b’kuntratt għal ħames (5) snin. Peress li l-karozza kienet mikrija, l-ispejjeż ta’ tiswijiet u ta’ karozza oħra (jekk ikun hemm bżonn) kienu koperti mill-kuntratt. Ta min isemmi li din il-karozza ntużat bħala t-tieni karozza tal-Ministru sat-18 ta’ Frar, 2011. Wara din id-data, il-karozza bdiet tintuża għal xogħol ieħor fil-Ministeru. Il-Ministru ta’ dak iż-żmien kien għażel li mit-8 ta’ Novembru 2010 jibda jibbenifika minn allowance ta’ €7000 ewro fis-sena minflok l-użu tat-tieni karozza. Dan ifisser li bejn it-8 ta’ Novembru 2010 u t-8 ta’ Marzu 2013, inħarġu kemm is- €7000 ewro fis-sena bħala allowance kif ukoll ir-renta ta’ €15 kuljum tal-kiri tal-karozza, peres li l-kirja kienet marbuta b’ kuntratt għal 5 snin.
Matul il-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, intuża 3181.39 litru ta’ fuel bi spiża ta’ €4,361.13.
Jista' l-Ministru jara jekk Triq San Franġisk f'Ħal Qormi tkunx ikkunsidrata one-way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet petizzjoni minn għaxar residenti sabiex Triq San Franġisk issir f’direzzjoni waħda għat-traffiku. L-Awtorita’ qed tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi rigward din it-talba. Fil-frattemp, l-Awtorita’ analizzat ukoll din it-talba u jirriżulta li jekk din it-triq issir f’direzzjoni waħda tat-traffiku ser ikun hemm problema ta’ ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-qalba tar-raħal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod available għall-anzjani fid-Djar tal-Gvern? Kemm minnhom huma għall-każijiet akuti u kemm minnhom huma għall-residenza ta’ anzjani normali? Kemm huwa t-total ta’ sodod li hemm fid-Djar tal-Anzjani li huma mmexxija u ġestiti mill-privat? Kemm hemm anzjani li qegħdin fuq waiting list biex jidħlu f’xi Dar tal-Anzjani? X’inhu l-prezz medju (average price) li jħallas il-Gvern kemm għall-sodod intiżi għall-każijiet akuti kif ukoll għall-sodod li huma intiżi għall-każijiet normali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta’ sodod li għandu l-Gvern huwa ta' 2,781. Dawn jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ dipendenza għolja, medja u baxxa. L-2,781 sodda huma mqassma kif ġej:
· 950 sodda fid-djar tal-Anzjani tal-Gvern
· 695 fid-Djar tal-Anzjani li huma mmexxija u ġestiti mill-privat.
· 1,136 sodda f’ San Vincenż de Paule.
Il-lista ta’ stennija sad-data ta’ meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hija ta’ 1,546 pazjent.
Il-prezz medju li jħallas il-Gvern ghall-każijiet b’dipendenza baxxa, medja jew għolja huwa kif ġej:
Dipendenza Baxxa € 32.00
Dipendenza Medja € 35.00
Dipendenza Għolja € 48.90
Peress li l-użu ta’ drones qed jinfirex, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex l-abbuż mid-drones ikun projbit u l-użu tagħhom ikun ikkontrollat u l-privacy tal-individwu tkun protetta b’mod konkret?
Response (BONNICI, OWEN)
L-użu tad-drones, speċjalment minn persuni privati, jqanqal bosta kwistjonijiet kemm mil-lat ta’ sikurezza u ta’ użu ta’ spazju tal-ajru kif ukoll mil-lat ta’ protezzjoni tal-privatezza.
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport hija impenjata fl-abbozzar ta’ Avviż Legali fuq is-suġġett illi dwaru saret u għandha terġa' ssir konsultazzjoni pubblika.
Kif diġà ngħad aktar ‘l fuq dan huwa wkoll suġġett li jqajjem tħassib anke mil-lat ta’ rispett tad-drittijiet fondamentali u partikolarment mil-lat tar-rispett għad-dritt tal-privatezza u għalhekk il-Ministeru tiegħi se jagħti l-kontribut tiegħu minn dan l-aspett.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mal-Gvern jew entitajiet li fihom il-Gvern għandu interess bejn is-sena 2010 u 2013, sena b'sena u f'liema kariga ġew ingaġġati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks tatx xogħol legali (outsources) lil persuni, partnership, jew entità oħra legali bejn l-1 ta' Jannar 2014 sal-lum? Jekk iva, lil liema persuni u/jew entitajiet ingħataw kull sena? Kemm tħallset totalment matul dan il-perjodu kull entità/persuna eċċ li ngħatat ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna barranija, kemm jekk hija mill-Unjoni Ewropea u kemm jekk le, u li ġiet tgħix hawn Malta u ġabet magħha oġġetti ta’ wirt kulturali għall-użu personali tagħha, tkunx obbligata tħallas xi taxxa jew tagħmel kontribuzzjoni oħra meta tiġi li tittrasferixxi dawn l-oġġetti personali u ta’ wirt kulturali barra mill-pajjiż? Jekk iva, kemm ikun il-ħlas? Biex tesporta dawn l-oġġetti għandna bżonn clearance minn Heritage Malta jew entità governattiva oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li oġġetti ta’ valur kulturali ma jistgħux joħorġu mit-territorju nazzjonali Malti mingħajr il-kunsens tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali, kif stabbilit mill-liġi Maltija u mid-Direttivi Ewropej fuq din il-materja.
Il-kunsens tas-Sovrintendent biex oġġett joħroġ minn Malta, jingħata wara li ssir eżaminazzjoni tal-istess oġġetti kulturali biex ikun determinat iż-żmien u l-valur kulturali ta’ dawn l-oġġetti.
Din l-eżaminazzjoni ssir bi ħlas ta’ dritt ad valorem ta’ ħamsa fil-mija tal-valur tal-istess oġġetti kulturali.
Talli oġġetti li joħorġu mill-pajjiż lejn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropeja, huma wkoll suġġetti għall-ħlas tat-taxxa tad-Dazju.
Ninforma wkoll l-Onorevoli Interpellant li preżentement il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qed ifassal numru ta’ emendi tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, liema emendi ser jinkludu wkoll regolamenti ġodda dwar importazzjoni temporanja.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38293 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38051, jista' l-Ministru jgħid kien intefqu (break down)l-ispejjeż fuq il-marketing kull sena mill-2012 sal-lum?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38295, 38052 u 37827 u jgħid kemm kien l-ammont ta' fond li l-gvern daħħal mill-proċessi terzi ta' privatizzazzjoni bejn l-1998 u l-2012 sena b'sena? Kemm kien l-ammont ta' revenue ġġenerat a favur il-gvern minn bejgħ ta' proprjetà pubblika u minn amnestiji fiskali sena b'sena bejn l-2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38296, 38054, 37813 u 37562 u jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma kkontribwew lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38297, 38055, 37814 u 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38298 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38053, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-160 fabbrika li ddeċiedu li jespandu jew jiftħu f'Malta u kemm hu l-investiment f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38327 u cioè: Peress li l-każ ta' żgumbrament ta' post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, irriżulta issa li ċerti sottomisjonjiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar min-naħa ta' terzi kienu infondati u anke foloz u peress li hemm appell a bażi ta' artikolu 77 ta' DPA jkun aħjar li l-proċess ta' żgumbrament jiġi sospiż sakemm jinqata' dan l-appell, jista' l-Ministru jordna li dan il-proċess jigi sospiż biex ikun evitat sakemm jiġi deċiż l-appell u jkun verifikati l-provi u fatti ġodda sollevati li jista' jirriversa deċiżjoni meħuda u għalhekk jirriżulta bla dubju każ ta' abuzz u danni għall-gvern u għal kull min ħa deżisjoni żbaljata?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta.