Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21841 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — AIP

Question

Peress li d-Dipartiment tat-Taxxi (ta' Merchant Street, Valletta) qed jitlob n-numru tat-taxxa ta' xerrejja barranin (apparti AIP) jista' l-Ministru jagħmel arranġamenti amministrattivi biex ma' l-applikazjoni tal-AIP fl-istess dipartiment, jkun l-istess dipartiment li jagħti n-numru ta' taxxa għall-istess applikant?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li meta xerrejja barranin ma jkunux registrabbli ghall-fini tat-Taxxa fuq l-Income ghax ma jkollhomx "chargeable income" taxxabbli f'Malta in-numru tal-passaport u l-indirizz ta' barra tal-istess individwi jkun bizzejjed; meta xerrej barrani jkun registrat in-numru ghandu jinghata u wara ssir il-verifika immedjatament minhabba l-konnettivita' elettronika bejn il-ferghat tad-dipartiment imma meta x-xerrej barrani ikun registrabbli imma mhux registrat, dan l-individwu ghandu l-obbligu li jikseb in-numru ta' registrazzjoni. F'dan il-kaz is-suggeriment ta' l-Onorevoli membru qed jigi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #21711 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura adottata biex mal-bejgħ jew trasferiment ta' spiżerija minn sid (owner) għall-ieħor, il-permess ta' l-istess spiżerija jdur fuq s-sid l-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21711, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa teżisti friża amministrattiva għal trasferimenti ta' permessi ta' spiżeriji minn persuna għall-oħra. Għaldaqstant, persuna liċenzjata f'isem kumpanija tista' titrasferixxi l-liċenzja jekk ma jibqax ikollha x'taqsam ma' l-istess kumpanija bil-kundizzjoni li d-detentur il-ġdid jiġi liċenzjat f'isem l-istess kumpanija. Ikun hemm ukoll każi fejn id-detentur tal-liċenzja jew jagħlaq l-eta' tal-pensjoni jew imut. F'każi bħal dawn, jiġi kkunsidrat it-trasferiment għall-eredi. Jekk l-eredi ma jkunx jista' jkollu liċenzja ta' spiżerija (bħal fil-każ tat-tobba), allura l-każ jiġi eżaminat fuq il-mertu tiegħu wara konsultazzjoni legali.
Leg 9 PQ #20969 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ngaġġati ħaddiema mal-Gvern bejn l-1998 sal-lum u f'liema kategoriji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku minn Jannar 2000 sa Ottubru 2000 hu 515 kif jidher f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor Interpellant tajtha fit-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 18025.

Luqa — Żurrieq Road - Traffic Island

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-traffic island li hemm f'Żurrieq Road, Luqa, ġiet maqlugħha, u dan wara li l-kunsill lokali kien nefaq flus biex għamel din l-istess traffic island?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment hu nfurmat li l-Kunsill Lokali qed iwettaq proġett biex isiru water culverts u traffic channelizations ġodda fil-lokal.
Leg 9 PQ #20553 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tisrif ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni li jkunu jsarfu flus barranin mingħajr liċenzji jew permess bejn 1999 sa Ottubru 2000? Kemm minnhom ġew mtella' l-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 23 persuna li ġew investigati mill-Pulizija dwar tisrif ta` flus barranin mingħajr permessi meħtieġa. Ninsab infurmat ukoll illi ttieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 13 minnhom.
Leg 9 PQ #20258 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta' l-appell tal-Planning Authority li t-terminu tagħhom wasal biex jiskadi? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi ġew eżawriti u qegħdin jistennew id-deċiżjoni finali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta` l-appell ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hu ta` 1,252. Minn dawn, hemm 68 li ġew aġġornati sine die u 257 każi li ġew eżawriti u se jkunu deċiżi qabel l-iskadenza tat-termini tal-bordijiet. Għalhekk sa l-aħħar ta` Novembru hu antiċipat li ser ikun hemm 927 każ pendenti. In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti li għandu quddiemu kull Bord t`Appell ivarja.
Leg 9 PQ #20259 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Provisional Capital Gains Tax

Question

Peress li b'effett immedjat biex jitħallas il-Boll u l-Provisional Capital Gains Tax id-dipartiment qiegħed jitlob in-numru ta' l-Income Tax tal-kumpaniji, jista' l-Ministru joħroġ lista tan-numri ta' l-istess kumpaniji fuq Compact Disk jew f'forma ta' ktejjeb kemm jista' jkun malajr biex jitħaffef il-ħlas neċessarju?

Response (DALLI, JOHN)

Billi bħal issa qiegħed isir xogħol biex kemm jista’ jkun malajr, l-uffiċċju tas-Suċċessjoni jkollu aċċess dirett “on line” ghar-Reġistru ta’ dawk il-kumpaniji rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa, ma tinħassx il-ħtieġa li jiġu ppublikati dawn in-numri. Fil-każ fejn in-nutar meta jippreżenta il-karti ma jkunx jaf dan in-numru, l-uffiċċjal tas-Suċċessjoni ser ikun jista’ joħroġ dan in-numru mis-sistema dak il-ħin stess.
Leg 9 PQ #20260 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arretrati ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20045?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħlijiet kollha li saru minn diversi kuntratturi. Ninsab infurmat li l-ammonti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħallset lid-diversi kuntratturi għax-xogħlijiet li saru matul l-1999 u l-2000, u li huma certifikati minn perit u/jew inġinier, skond il-każ, kuma kif ġej 1999 Lm1,102,580 2000 Lm 715,590 Tajjeb jingħad li fil-kotba tal-Korporazzjoni ammonti bħal dawn ikunu reġistrati meta jsir ic-certifikat u għalekk ma jkunux ikkunsidrati bħala arretrati. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika l-perjodu.
Leg 9 PQ #20045 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC. — Arretrati ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000? Ix-xogħlijiet imħallsa huma ċertifikati mill-perit? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet imħallsa mill-WSC illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Ftehim mal-W.S.C.

Question

Jista l-Minstru jgħid kemm-il ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-Water Services Corporation intlaħqu sal-lum? Liema huma? (jistgħu jitpoġġew kopji tal-ftehim milħuqa fuq il-mejda tal-kamra). Kemm il-claim saret mill-Kunsilli li qed joperaw dan il-ftehim lill- Water Services Corporation u kemm jammontaw fi flus dawn il-claims.

Response (GATT, AUSTIN)

S'issa saru (11) il-ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Water Services Corporation. Il-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara , Mellieha u Zurrieq iffirmaw il-ftehim fit-8 ta' Mejju 2000 fil-waqt li l-Kunsilli ta' Zabbar, Zejtun, Attard, Kirkop, Luqa, Mqabba, Safi u Santa Lucija iffirmaw fit-28 ta' Settembru 2000. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim li kull Kunsill iffirma mal-Water Service Corporation. Dwar l-ahhar parti tar-risposta, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19857 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000? Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19859 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Kuntratturi — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000? Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19861 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Contracts Division — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li tħallsu matul l-1999 u 2000 għal xogħol ta' kostruzzjoni, toroq, eċċ li sar wara tenders mogħtija mill-Contract Division tal-Finanzi matul l-istess perijodu? Kemm jammontaw dawn il-kuntratti? X'inhuma l-arretrati li għad baqgħalhom jieħdu l-kuntratturi?

Response (DALLI, JOHN)

Billi l-pagamenti jiġu approvati mid-Dipartimenti jew Korpi Parastatali li għalihom ikun sar jew ser isir ix-xogħol, nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa indikat li se jiġu l-pedestrian lights fi Triq l-Imdina, Qormi? Jista' l-Ministru jindika b'mod preċiż fejn se jitqiegħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li huwa ppjanat li jsiru Peliċan Lights fi Triq l-Imdina, Qormi kif ġej: a) Viċin ir-roundabout li tagħti għal Ħal Luqa u Triq Manwel Dimech. b) Quddiem it-Triq tal-Ħandaq li tagħti għal l-iskola. c) Viċin it-triq li tagħti għal Housing Estate ta` Farsina.
Leg 9 PQ #18869 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Beauty parlours/centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji għandhom bżonn il-beauty parlours jew centres? Jekk il-liċenzja tagħhom tinkludix wkoll permess li jamministraw kuri mediċi relatati mal-ġilda li jirrikjedi pariri ta' nies kwalifikati fil-mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li bħal kull negozju ieħor il-beauty parlours jew centres għandhom bżonn liċenzja tal-Pulizija. Ħadd ma jista' jipprattika xi professjoni jew xogħol li huwa rregolat mil-'Statutory Boards' tad-Dipartiment tas-Saħħa, jekk ma jkunx irreġistrat mal-Board rispettiv.
Leg 9 PQ #17827 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17706 dwar l-iskola primarja ta' Ħal Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa. Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata. Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.

Housing Authority — Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju nkluż il-fringe benefits taċ-chairperson tal-Housing Authority u taċ-chairperson ta' l-SWDP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ic-Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar tircievi s-somma ta' Lm7,000 bhala remunerazzjoni. Bhal kull membru iehor tal-Bord hija intitolata ghall-"hospitality allowance" sa massimu ta' Lm150 fis-sena u "child care allowance" sa massimu ta' Lm80 fix-xahar. Ghandha l-uzu bla hlas ta' karozza ufficcjali, tal-"mobile phone" u tat-telefon tad-dar. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar ic-Chief Executive Officer tal-SWDP nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li jien tajt ghall-Mistoqsija Numru 13032.
Leg 9 PQ #17706 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17565 dwar l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa. Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata. Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.
Leg 9 PQ #17706 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17565 dwar l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17707 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Stray dogs

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li numru ta' klieb (stray) li jiġġerrew fil-lokalita' ta' Marsxlokk, Żejtun u Birżebbuġia kif ukoll il-Qawra jinġabru mit-toroq peress li ġejt mgħarraf li f'dawn il-lokalitajiet kien hemm inċidenti ta' persuni li kienu aggrediti minn dawn il-klieb speċjalment filgħodu kmieni u tard filgħaxija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm il-Pulizija ma kelliex rapporti ta` persuni aggrediti minn klieb li jkunu jiġġerrew barra, ser jittieħdu passi sabiex jekk hemm xi klieb bħal dawn jiġu miġbura mill-S.P.C.A.