Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern: (a) part-time; (b) full-time; (ċ) on contract basis; u (d) on temporary basis mill-1998 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku mill-1 ta’ Jannar 1998 sa l-4 ta’ Diċembru 2000 huwa kif jidher fit-tabelli ‘A’ sa ‘D’ li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn l-assoċjazjoni tal-kunsilli lokali u kumpanija privata, dwar il-bini u manutenzjoni ta' bus shelters? Mal-kuntratt, jistgħu jitqiegħdu wkoll l-annexes li hemm ma' l-istess dokument?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali twaqqfet bhala Korp b`personalita` guridika distinta bis-sahha ta` l-Avviz Legali numru 153 ta` l-1994 kif amendat bl-Avviz Legali numru 195 ta` l-1999.
Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Assocjazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti statistika u dettalji dwar:
(a) il-perċentwali ta' studenti fi skejjel sekondarji li huma ikkunsidrati illiterati;
(b) li għalkemm literati huma ikkunsidrati li ma għandhomx command aċċettabli tal-lingwa Ingliża;
(c) Kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji li qed jieħdu studji fl-I.T. (teorija u prattika)
Kemm hija l-popolazjoni ta' studenti f'kull skola sekondarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemmx statistika dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija.
Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, lista bit-tagħrif mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender ta' tindif fil-Malta International Airport li ġiet approvat dan l-aħħar?
Jista' jgħid jekk l-offerta aċċettata kenitx l-aħjar offerta u fuq liema bażi ġiet mgħażula?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li kien hemm disa' (9) offerti għat-tender ta' tindif fil-Malta International Airport li kienet approvata dan l-aħħar.
Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-kwalifika għal ċerti promozzjonijiet fl-armata qed jinbidlu?
Ma jafx illi dawk il-persuni li qatt ma ngħataw opportunita' li jtejbu l-kwalifiki tagħhom, ma għandhomx jiġu preġudikati speċjalment fid-dawl tas-servizz twil li uħud minn dawk milquta diġa' għamlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għall-promozzjonijiet fl-Armata huma dawk li kienu diġà eżistenti ’l fuq minn ħamsa u għoxrin sena ilu. Id-dmirijiet tal-lum jitolbu dan il-livell minimu. Daqqa ta’ għajn lejn l-istatistika ta’ kwalifikazzjonijiet li għandhom numru kbir ta’ membri ta’ l-Armata huwa prova ta’ l-opportunitajiet wiesgħa li kien hemm għal min kien ippreparat li jistudja u jitħarreġ biex itejjeb il-kwalifiki tiegħu biex jimxi ’l quddiem fil-karriera militari.
Peress illi riċentement il-Kabinett ddeċieda li joħroġ policy nazzjonali dwar il-parking, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-parkers liċenzjati humiex ser jkunu affetwati b'din il-policy?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji tal-“policy” nazzjonali dwar “parking” f’zoni residenzjali u kummerċjali għad iridu jiġu stabbiliti minn “Steering Committee” li għandu jitwaqqaf, u wara dawn jitressqu għall-konsiderazzjoni mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha dwar is-sistema adottata mill-PA fl-assessment li jsir tal-performance tal-case officers u uffiċjali oħra tal-PA?
Jekk hemm xi ċirkulari dwar dan l-assessment jew metodu ta' assessment adottat, jistgħu jitqigħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema adottata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-'performance assessment' tal-uffiċjali tagħha hija deskritta fil-Ftehim Kollettiv li għandha kemm mal-UHM li jirrapreżentaw il-gradi Klerikali u Tekniċi, kif ukoll mal-'Union Professionisti Awtorita` ta` l-Ippjanar' li jirrapreżentaw il-gradi Professjonali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-aspetti relevanti ta` dawn l-agreements fil-kuntest ta` performance assessment.
Jista' l-Ministru jagħti statistika u dettalji dwar:
(a) il-perċentwali ta' studenti fi skejjel sekondarji li huma ikkunsidrati illiterati;
(b) li għalkemm literati huma ikkunsidrati li ma għandhomx command aċċettabli tal-lingwa Ingliża;
(c) Kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji li qed jieħdu studji fl-I.T. (teorija u prattika)
Kemm hija l-popolazjoni ta' studenti f'kull skola sekondarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji segwenti: (1) Kemm kien hemm applikazjonijiet għall-refunds ta' VAT fuq spejjeż relatati ma' tiġijiet (weddings) minn Jannar 1999 sa Novembru 200; (2) Kemm tħallsu f'refunds ta' VAT minn 1.1.1999 sa 30.11.2000; u (3) Minn dawn ir-refunds, kemm kien hemm minnhom individwalment li jaqbżu il-Lm 500 bħala ammont mogħti lura?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 1999 u Novembru 2000 in-numru ta' applikazzjonijiet għal refunds tal-VAT fuq spejjeż relatati mat-tiġijiet kien 1,537. Minn dawn ġew approvati 1,495 li fuqhom tħallset is-somma ta' Lm656,959.13. Kien hemm 635 applikazzjoni li kienu jaqbżu l-Lm500 kull waħda.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq li ġej u ċioe' jekk kienx hemm appelli fuq refunds mogħtija mill-VAT Department bejn 1.1.1999 sa 30.11.2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' appelli dwar talbiet għal refunds lid-Dipartiment tal-VAT bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Novembru 2000 kien 281. Minn dawn kien hemm 130 każ li ġew deċiżi mill-Bord ta' l-Appelli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' l-income li fuqu trid titħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali?
Kemm hu l-massimu ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li persuna tista' tħallas kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali l-artikoli tal-liġi li jirregolaw klassi u ammont tal-kontribuzzjonijiet huma, b'effett mill-1998, responsabilita' tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid l-impjegati tal-gvern li għandhom fringe benefits bħal użu tal-karozza uffiċjali humiex sejrin iħallsu taxxa fuqhom?
Jista' jikkonferma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern jew tas-segretarjat privat tal-Ministri li huma eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet ċirkolari mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi MF 10/2000 dwar it-taxxa li trid titħallas mill-uffiċjali pubbliċi fuq fringe benefits.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ż-żieda fin-National Insurance Contribution ta' kull skala minn wieħed sa l-għoxrin skala taċ-ċivil li ser tkun b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena 2001?
Jikkonferma li ma hemm ebda żieda fil-ħlas tan-National Insurance Contribution għal-iskali għoljin taċ-Ċivil?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontribuzjoni tan-National Insurance hi maħduma bħala 10% tal-paga bażi. L-għola kontribuzjoni li titħallas hi ta' Lm654.16.
B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru fid-19.10.1999 għal mistoqsija parlamentari nru. 10635 fejn il-Ministru qal 'Sadanittant kienu nbdew taħdidiet mill-Gvern preċedenti ma l-Eureka Services Ltd. Dawn it-taħdidiet komplew u kienu fi stadju avvanzat sa lejlet l-elezzjoni', jista' l-Ministru jgħid:
Min irrappreżenta lill-Gvern f'dawn it-taħdidiet fil-perjodu ndikat?
Kemm saru laqgħat mal-gvern preċedenti u ta' dawn it-taħdidiet inżammu minuti? X'kien l-eżitu tagħhom? Kien hemm xi taħdidiet mill-gvern preċedenti ma' xi kumpanija oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minuti tal-laqgħat indikati mill-Onorevoli Interpellant ma nstabux minkejja li ġew imfittxija fil-files tal-Ministeru konċernat ta` dak iż-żmien. Għalhekk mhiniex f`pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għalkemm reġa` ġie konfermat lili li dawn il-laqgħat attwalment kienu saru.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-payment vouchers qegħdin jiġu rritornati lid-dipartmenti minn fejn oriġinaw wara li jiġu pproċessati mid-Dipartiment tat-Teżor? F'każ fl-affermattiv: (a) min ta din l-ordni; (b) x'passi qegħdin jittieħdu biex ma jkunx hemm xi over payment; u (ċ) id-direttur tal-verifika approva dawn il-miżuri?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li l-'payment vouchers' qeghdin jigu rritornati minn fejn originaw wara li jigu pprocessati mit-Tezor. Din il-procedura dahlet fis-sehh mil-bidu ta' din is-sena permezz ta' cirkolari mahruga mill-Accountant General.
Hija r-responabbilta' tal-'Accounting Officer' ikkoncernat li jassigura li ma' jkunx hemm 'overpayments'. Madankollu, hemm kontrolli fis-sistema komputerizzata tal-Gvern li wkoll izzomm 'log' tat-transizzjonijiet kollha tad-dipartimenti.
'Audit checks' isiru mill-'personnel' tad-Direttur tal-Verifika fid-dipartimenti stess jew permezz tal-access li ghandhom ghas-sistema tal-'Accounts' tal-Gvern.
Ma' kien hemm ebda oggezzjoni min-naha tad-Direttur tal-Verifika fir-rigward ta' din il-procedura gdida.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-impjegati li hemm żejda mad-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali?
Jista' jgħid xi grad huma u f'liema dipartiment jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li waqt li n-numru ta’ mpjegati fis-settur privat żdied minn 81,017 f’Diċembru 1996 għal 89,362 f’Awissu 2000, in-numru ta’ mpjegati fis-settur pubbliku, jiġifieri f’Dipartimenti tal-Gvern u Korpi Parastatali, naqas minn 50,632 f’Diċembru 1996 għal 47,868 f’Awissu 2000.
L-informazzjoni mitluba ma teżistiex peress li x-xogħol jinbidel u ma jeżistix “complement” fiss li miegħu tista’ tkejjel għandekx impjegati żejda jew nieqsa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern: (a) part-time; (b) full-time; (ċ) on contract basis; u (d) on temporary basis mill-1998 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mpjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jingħataw xi forma ta' allowance? Kemm hija din l-allowance? Meta bdiet tingħata din l-allowance; għal liema raġuni qiegħda tingħata u min awtorizza li tingħata din l-allowance?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar allowances li jitħallsu lill-impjegati fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minbarra dawk l-allowances li huma indikati fit-tabella, hemm forma oħra ta` allowances li jitħallsu lill-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari u dawn il-ħlasijiet huma skond kif stipulat fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-allowances li jitħallsu lill-impjegati ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, nirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21094.