Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28698 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni illi l-Enemalta Corporation qed iddum ix-xhur biex tripprovdi meters tad-dawl lil dawk l-għandhom bżonn dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li d-dewmien imsemmi huwa kagunat prinċipalment minħabba materjal li ilu ordnat u li ħa aktar milli kien mistenni biex jidħol Malta.
Leg 9 PQ #28731 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Bowser Advert

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ingħatat it-tender għall-bowser advert no. 49/2001. Minn kienu t-tenderers li tefgħu l-offerti u l-ispiża għall kull offerta mitfugħa? Liema waħda ġiet magħżula?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-orħos offerta għaż-żewġ zoni flimkien kienet ta' Joseph Ghigo iżda peress li ma kienx attrezzat biżżejjed bil-makkinarju mitlub fit-tender u ma setgħax ilaħħaq mat-tnejn, il-Gvern aċċettalu l-offerta għad-Distrett ta' Nofs in-Nhar biss bir-rata ta' Lm39.90. It-tieni l-orħos offerta għaż-żewġ zoni flimkien kienet ta' Greenlines. Peress li r-rata waħda li offrew għad-Distrett tat-Tramuntana kienet it-tieni l-orħos, din id-ditta kienet offruta l-kuntratt tat-Tramuntana bil-kundizzjoni li tnaqqas r-rata tagħha, għat-Tramuntana għall-medja tat-totali li huma offrew għaż-żewġ lokalitajiet flimkien li tammonta għar-rata ta' Lm48.75. Il-lista ta' kuntratturi li tefgħu l-offerti tagħhom huma kif imniżżel hawn taħt: Kuntrattur Numru Tramuntana Nofs in-Nhar Nofs in-Nhar tat-Tender u Tramuntana (Rata) (Rata) (Rata) Polisal 1 Lm55.00 Lm75.00 Lm130.00 Sebastian Borg 2 Lm54.00 Lm50.60 Lm104.60 Gen. Ecological Serv. 3 Lm54.00 Lm51.00 Lm105.00 William Bugeja 4 Lm49.50 Lm49.50 Lm 98.00 Espedito Briffa 5 Lm53.00 Lm55.00 Lm105.00 Greenlines Env. Serv. 6 Lm49.75 Lm49.75 Lm 97.50 Joseph Ghigo 7 Lm44.50 Lm39.90 Lm 84.40
Leg 9 PQ #28759 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Combustible Material

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li fi Triq il-Palazz l-Aħmar Qormi, hemm kamra biswit Dar is-Sammaritan li, skond kif jien infurmat, hija mimlija b' materjal jew gases li huma combustible x' inhuma l-prekawzjonijiet li ġew imposti biex din il-kamra ma tkunx ta' periklu għar-residenti u l-iskola li hemm fil-qrib?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28782 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. M'hemmx impjegati li huma meqjusa żejda anzi hemm postijiet vakanti fil-gradi ta' Ambaxxatur, Second Secretary, Policy Officer, Senior Legal Officer, Junior Legal Officer u MIC Support Officer.

Strip and Search

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-strip and search saru mill-pulizija matul 2001? X' inhuma l-kriterji adattati fi proċeduri ta' strip and search?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #28259 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Pjan tal-Gvern — Diversi Lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern għat-tisbiħ f'diversi lokalitajiet għall-matul l-2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-pjanijiet tal-Gvern għat-tisbiħ f'diversi lokalitajiet għal matul l-2001 (Ottubru - Diċembru) huma: 1. Tkomplija tal-promenade fi Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan. 2. Tkomplija fuq xogħol ta' bankini, naħa tar-residenti, fi Triq it-Torri, Sliema. 3. Xogħol fuq promenade ġdida fil-Bajja ta' San Tumas, Marsascala. 4. Xogħol ta' pavimentar fi ġnien pubbliku fi Triq Diċembru Tlettax, Marsa. 5. Xogħol fuq tisbiħ u rranġar tal-ġnien pubbliku King George V, Floriana. 6. Xogħol ta' pavimentar fil-pjazza ta' l-Imġarr, Malta. 7. Tħawwil ta' siġar f'zoni rikreattivi bħal Ta' Qali u Wied Għomor. 8. Tħawwil ta' siġar ma' ġenb it-toroq, bħal f'Wied Kalċi u High Ridge. 9. Tindif u qtugħ ta' ħaxix f'diversi toroq fil-kampanja. 10. Bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarrfa. 11. Jitkompla xogħol fuq l-iżvilupp tal-Parks Nazzjonali f'Ta' Qali u fil-Kottonera. 12. Tindif u riabilitazzjoni ta' widien bħal Wied il-Kbir. 13. Żvilupp tal-promenade f'San Ġiljan. 14. Xogħol ta' tisbiħ f'Buġibba viċin il-pont, taħt Villa Preziosi. - Dan jinkludi bini ta' ħajt biex iżomm il-materjal, liema ħajt imbagħad jitgħatta waqt li ż-żona kollha tiġi msebbħa għal użu rikreattiv.
Leg 9 PQ #28261 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 28097?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru u grad ta’ dawk li ġew impjegati fis-Servizz Pubbliku u d-Dipartimenti li fihom bdew jaħdmu, mill-1999 sal-20 ta’ Settembru 2001, jidhru fuq it-Tabelli A sa C li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’dan il-perjodu n-numru totali ta’ ħaddiema li ġew impjegati, li jinkludi l- "ex-AWTS" u "l-ex-Impressed Drivers", kien 2986. Fl-istess żmien spiċċaw mill-impjieg 2876.
Leg 9 PQ #28264 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Interess tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħaddiema f'kull kategorija f'dawk l-azjendi u korporazzjonijiet li fihom l-Gvern għandu interess, matul l-1998, l-1999, l-2000 u l-2001 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif kelli okkażjoni ngħid meta weġibt il-mistoqsija numru 28095 waqt is-Seduta numru 602, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal diversi tweġibiet li tajt għal numru konsiderevoli ta' mistoqsijiet dwar l-istess materja li jinkludu d-dettalji li qed jintalbu f'din il-mistoqsija. Ghaldaqstant ma narax skop għaliex informazzjoni hekk dettaljata għandha terġa' tinġabar.
Leg 9 PQ #28293 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet u Entitajiet tal-Gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28093 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' sussidju rċevew il-korporazzjonijiet u entitajiet fejn il-Gvern għandu interess u dan mill-below the line account matul l-1999, l-2000, l-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 28093 waqt is-Seduta numru 602.
Leg 9 PQ #28093 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċevew sussidju l-entitajiet pubbliċi, korporazzjonijiet jew kumpaniji fejn il-Gvern għandha interess, matul l-1999, 2000 u 2001, sena b'sena u entita' b'entita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Estimi Ġenerali tas-snin indikati fil-mistoqsija fejn għandu jsib l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28095 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda matul l-1999, 2000 u 2001 fil-ażjendi pubbliċi u/jew korporazzjonijiet, jew kumpaniji fejn l-Gvern huwa azzjonist maġġoritarju, u f'liema kategorija dawn ġew ingaġġati f'kull grada?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal diversi tweġibiet li tajt għal numru konsiderevoli ta' mistoqsijiet dwar din il-materja li jinkludu d-dettalji li qed jintalbu f'din il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #28097 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mal-Gvern , dipartiment b'dipartiment, nies ġodda matul l-1999, 2000 - 2001, u f'liema kategorija ġew ingaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28098 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Tisbiħ ta' l-Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti u x'tipi ta' ftehim għandu mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex għall-finijiet ta' tisbiħ ta' l-ambjent fil-lokalitajiet rispettivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru m'għandu l-ebda tip ta' kuntratt mal-Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex għall-finijiet ta' tisbiħ ta' l-ambjent fil-lokalitajiet rispettivi. Li jeżistu huma xi Voti Kapitali li minnhom isiru proġetti ta' tisbiħ f'diversi lokalitajiet f'Malta.
Leg 9 PQ #27840 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Passes

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispouses ta' persuni li għandhom nieshom (familjari) jgħixu Għawdex għadhomx intitolati għal pass fuq il-vapuri ta' Għawdex (Tal-Gozo Channel)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-iskop tal-pass li toffri l-Kumpanija Gozo Channel hu li jgħin lill­ulied ta' l­Għawdxin li jgħixu Malta sabiex isibuha aktar faċli li jżuru l­ġenituri tagħhom f'Għawdex. Il­persuni ntitolati għall­pass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom il­ġenituri, nanniet u/jew aħwa li twieldu u jgħixu f'Għawdex. L­ispouses u l­ulied tal­persuni li għandhom nieshom jgħixu Għawdex huma ntitolati għall­pass meta l­familjari Għawdxin huma l­ġenituri jew in­nanniet tal­persuna li tgħix Malta. Wieħed jista' jifhem, li l­użu ta' dan il­pass minn spouses ta' dawk li huma biss reġistrati bħala residenti (ID Card) Għawdxin, imur kontra l­iskop ta' dan il­pass. Dan għaliex normalment l­ispouses jgħixu fl­istess dar f'Malta u allura l­użu tal­pass ma japplikax.

Warden

Question

Jista' l-Ministru ipoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-offerti kollha li ġew mitfugħa mill-entitajiet kummerċjali jew ko-operattivi għas-servizz ta' warden lill-kull grupp/kumitat ta' konsulenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u bis-setgħa li jagħmlu kuntratti u jidħlu għal transazzjonijiet li jwasslu għall-eżerċizzji u għall-qadi tal-funzjonijiet tagħhom. Fil-fatt s-sejħa għall-offerti ħarġet minn kull Kumitat Konġunt ta' Kunsilli Lokali u ġiet aġġudikata mill-istess Kumitat. Id-dettalji ta' kull offerta għas-servizz tal-gwardjani lokali huma dokumenti pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd u jistgħu jinkisbu minn kull Kumitat Konġunt. Madankollu qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' entitajiet li għamlu offerta ma kull Kumitat Konġunt tal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #26468 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Mellieħa — Torri l-Abjad

Question

B'referenza għall-twaqqiegħ ta' kmamar fil-limiti ta' Torri l-Abjad, Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid 1) X'inhuma il-kriterji li fuqhom qegħdin jwaqqgħu dawn il-kmamar? 2) Jista' l-Ministru jagħti rapport dettaljat ta' kull kamra li ser titwaqqa u ta' min mhux ser titwaqqa biex jkun jista' jsir skrutinju ta' dak li qed isir ħalli ma jkunx hawn allegazzjonijiet li kejl differenti qed jiġi applikant? 3) Min huwa l-uffiċjal responsabli għad-deċisjonijiet li qed jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Il-kmamar li qegħdin jitwaqqgħu huma dawk li skond ritratti mill-ajru li qegħdin fil-pussess tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kienux jeżistu qabel is-sena 1992. F`każijiet fejn qabel l-1992 kienet tidher struttura u issa dik l-istruttura tkabbret, sakemm-il darba l-okkupant tiddikjara li dik l-istruttura għadha unit wieħed, l-istruttura kollha nżammet. Fejn iżda jiġi ndikat li hemm platform jew canopies tal-konkos li jistgħu jagħtu lok għal żieda ta` strutturi ma` dawk li hemm, dawn qegħdin jitwaqqgħu wkoll, anki jekk dawn kienu jeżistu qabel l-1992. Rapport dettaljat għadu qed jithejja u eventwalment jista` jiġi eżaminat mill-Onor. Membru. Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-Uffiċjal li huwa legalment responsabbli għad-deċiżjonijiet huwa l-Kummissarju ta` l-Artijiet. Dan qiegħed jikkonsulta ma` l-Enforcement Unit ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #25942 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettlaji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-2000; (1) ipoteki legali; (2) noti ta' riferenzi; (3) noti ta ipoteka; (4) noti ta' insinwa; (5) noti ta' causa mortis; (6) ipoteka rinovata; (7) subbasti; (8) separazzjoni personali; (9) company notices; (10) ammonti totali ta' debiti reġistrati; (11) ammont totali ta' bejgħ; (12) ammont totali ta' tpartit; (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa; (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja; u (15) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja r-Reġistru Pubbliku f`Malta, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna r-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #25772 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Al Zabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-ħarba ta' Al Zabi? F'hiex waslu l-investigazjonijiet tal-Pulizija? Jista' jgħid hux minnu li dan jinsab ġo l-Italja?

Response (BORG, TONIO)

M'ghandi xejn x'inzid mat-twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9873.

Qormi — Triq San Gwakkin

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ u tingħata it-tender ta' twessiegħ ta' Triq San Gwakkin, Qormi? Din it-triq ilha żmien twil mħarbta u dejqa u hija skomdu għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jipprepara l-istejjem tax-xogħol li jeħtieġ isir, sabiex ikun f'pożizzjoni li jiddiskuti mal-Kunsill dwar il-prijorita ta' dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #25125 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali għolja taċ-ċivil li qegħdin jagħmlu xogħol ta' acting director? F'liema dipartimenti qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol? X'inhu il-ħlas jew renumerazzjoni li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid wkoll kemm hemm diretturi, aġenti diretturi u diretturi ġenerali fiċ-ċivil li jieħu xi forma ta' allowance? Ta' xiex tingħata din l-allowance u x'inhu l-ammont tagħha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fis-16 ta’ April 2001 kien hemm ħames (5) uffiċjali jagħmlu xogħol ta’ Aġent Direttur. Dawn l-uffiċjali kienu f’dawn il-postijiet:- Reġistru ta’ l-Artijiet Uffiċċju Konġunt Reġistru Pubbliku Servizzi Kummerċjali Avjazzjoni Ċivili L-uffiċjali li jingħataw ħatra ta’ Aġent Direttur jitħallsu skond paragrafu 2.5.4. ta’ l-“Estacode”. Id-Direttur u Diretturi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku li qegħdin fuq “performance agreement” huma ntitolati għall-“Expense Allowance” li tagħmel tajjeb għal spejjeż li dawn l-uffiċjali jkollhom minħabba l-kariga tagħhom. Aġent Direttur ma jitħallasx “expense allowance”. L-ammont ta’ l-“Expense Allowance” huma: Diretturi Ġenerali fi skala 3 Lm600 fis-sena Diretturi fi skala 4 Lm450 fis-sena Diretturi fi skala 5 Lm300 fis-sena