Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan — Parking Management

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kundiżżjonijiet tat-tender għall-management tal-parking f'Pender Place San Ġiljan? Jikkonferma l-Ministru li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma nbidlet wara li dan ingħata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li l-propjeta' ta' Pander Place hija amministrata mill-MIMCOL, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28794 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29611 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interviews — Riżultati

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati uffiċjali tal-interviews li saru din is-sena biex jiġu mimlija l-vakanzi ta' Assistant Directors fis-Servizz Ċivili? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-vakanzi ġew mimlija u minn min?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li mill-eżerċizju li sar din is-sena biex jimtlew vakanzi ta’ Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku, imtlew 29 vakanza. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li ġew magħżula biex jimtlew dawn il-postijiet .

Banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-subbasta ġiet esegwieta fuq inizjattivi tal-banek lokali? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazjoni bank b'bank individwalment, reġistrati lokalment, u għas-snin 1999, 2000, 2001 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Subbasti li ġew esegwiti fuq inizjattiva tal-banek lokali, bank b'bank individwalment mill-1999 sa llum. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun infurmat illi din il-lista tapplika għal banek f'Malta biss peress li ma ġew esegwiti ebda subbasti mill-banek f'Għawdex.
Leg 9 PQ #29650 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29242?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fil-każ ta' l-impjegati part-time, każwali, supply u l-ischool Secretaries, l-ingaġġ isir wara li tkun saret Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet. Dwar l-impjiegi l-oħra li qegħdin b'kuntratt, l-impjieg tagħhom jiġġedded u jiġi approvat kull sena mill-Management and Personnel Office. Hemm każijiet fejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħmel użu għall-siegħat limitati ta' impjegati rtirati li jkunu offrew is-servizz tagħhom f'areas speċjalizzati.
Leg 9 PQ #29298 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29239 f`Seduta 627.
Leg 9 PQ #29299 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt ghall-istess mistoqsija fis-Seduta 628.
Leg 9 PQ #29289 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1999 sa l-2001, id-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nefqu dan li ġej fuq kiri u xiri ta' vetturi. Sena Kiri Xiri Lm Lm Ministeru u Servizzi 1999 12,263.39 5,020.00 Korporattivi 2000 13,878.90 5,920.00 2001 9,047.51 5,502.00 (sa Settembru) Segretarju Parlamentari 1999 2,687,00 ---- 2000 2,803.00 10,994.00 2001 1,305.00 ---- (sa Awissu) Dipartiment taż-Żgħażagħ 1999 4,941.00 ---- u Sport 2000 5,421.00 ---- 2001 4,411.00 ---- (sa Settembru) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 1999 13,241.00 ---- 2000 28,036.00 ---- 2001 28,217.00 ---- Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1999 195.00 ---- 2000 1,573.00 4,900.00 2001 406.00 ---- (sal-11 ta' Ottubru) Dipartiment tal-Libreriji 1999 ---- 5,175.00 u Arkivji 2000 ---- 173.00 2001 ---- ---- Dipartiment tal-Mużewijiet 1999 6,181.00 ---- 2000 6,848.00 5,460.00 2001 5,502.00 ---- Dipartiment tal-Kultura 1999 9,844.47 ---- 2000 12,238.45 ---- 2001 8,254.29 ---- (sa Awissu)
Leg 9 PQ #29290 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29292 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29293 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill­Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil­listi annessi.
Leg 9 PQ #29297 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-impjegati kollha (19), grad bi grad u dipatiment b’dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part-timers, casuals jew b’xi kuntratt ta’ xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd qegħdin fil-lista mehmuża. (Appendix A).
Leg 9 PQ #29246 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga informazzjoni li fuq ċertu flights ta' l-Air Malta l-aktar Malta - Tripoli is-sigurta eżerċitata hija laxka ħafna bil-konsegwenza li luggage tittella' fuq l-ajruplan meta l-propretarju tagħha ma jkunx attwalment tela' fuq l-istess flight?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li kull bagalja li tiġi checked-in trid tgħaddi mis-sistema ta' sigurta' li hemm fl-ajruport. Barra minn hekk l-Air Malta qed tħallas għas-servizzi ta' żewġ pulizija biex jissorveljaw kull bagalja li tiġi għal fuq it-titjiriet Malta-Tripoli u jeskortaw il-bagalji kollha sakemm l-ajruplan jiġi mgħobbi. Dawn il-pulizija jibqgħu ħdejn l-ajruplan sakemm jitlaq. Kull meta jkun hemm xi diskrepanza, l-ajruplan ma jitħalliex jitlaq sakemm din tiġi riżolta.
Leg 9 PQ #28806 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-nefqa kif mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.