Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Courses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32457 u cioe, b'referenza għall-farming out ta' diversi korsijiet fosthom korsijiet fit-taħriġ tal-komputer, li qed tagħmel l-ETC, min huma dawk il-kumpaniji privati li ġew ikkuntrattati mill-korporazzjoni? Kemm minnhom huma liċenzjati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u l-fees li l-ETC qed tħallas għad-diversi korsijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

ETC — Courses

Question

B'referenza għall-farming out ta' diversi korsijiet fosthom korsijiet fit-taħriġ tal-komputer, li qed tagħmel l-ETC, min huma dawk il-kumpaniji privati li ġew ikkuntrattati mill-korporazzjoni? Kemm minnhom huma liċenzjati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u l-fees li l-ETC qed tħallas għad-diversi korsijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Għawdex — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew boarded out fil-gżira ta' Għawdex matul is-snin 1999, 2000, 2001? Jista' l-Ministru jagħti l-eta' medja tal-persuni li ġew boarded out matul l-istess 3 snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jżomm statistika tan-numru globali tal-persuni f'Malta u Għawdex flimkien, li jingħataw Pensjoni għall-Invalidita' għall-ewwel darba. Din l-istatistika ma tinkludix l-eta' tal-pensjonanti. Il-Pensjoni għall-Invalidita' titħallas, fost kundizzjonijiet oħra, lil dawk ċertifikati minn bord mediku tad-Dipartiment li huma nkapaċi għal xogħol xieraq għal mill-anqas tlett snin. In-numru globali ta' pensjonijiet ġodda għall-Invalidita' f'Malta u Għawdex matul is-snin indikati kien kif ġej: 1999 - 936 2000 - 829 2001 - 1024
Leg 9 PQ #31863 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ispecialization Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex n-nies li qegħdin il-prosecutions unit tal-Pulizija m'humiex qed jieħdu l-Ispecialization Allowance? Jista' jgħid jekk jaqbilx li dawn in-nies gradwati fil-liġi stazzjonati f'din it-taqsima speċjalizzata tal-Korp għandhomx jieħdu l-Ispecialization Allowance jew le? Jista' jgħid mit-twaqqif ta' dan il-unit speċjallizat sal-lum x'kien ix-xogħol ewlieni ta' din l-iskwadra u x'qiegħed isir konkretament minn naħa tal-Korp biex dawn il-membri ma jħallux il-Korp biex isibu xogħol aktar diċenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31723.
Leg 9 PQ #32009 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Disco

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-istabiliment ġo Marsascala għandhom permess tal-Pulizija jew persuni oħra biex jiggestixxu disco? Jista' jagħti wkoll l-ismijiet tas-sidien u fejn qegħdin l-istabbilimenti li għandhom dan il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant hemm post wieħed li għandu liċenzja tan-negozju maħruġa mill-Pulizija bħala diskoteka.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma it-test tal-VRT validu għal sentejn? Jista' jispjega kif min għamel il-VRT Test fi Frar 2001 qed jiġi kostrett li fi Frar 2002 jagħmel test tal-VRT mill-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Frekwenza tat-test hi regolata b'notifiki uffiċjali. Jekk hemm xi każ partikolari li l-Onor. Interpellant jixtieq jara nvestigat nitolbu jgħaddili d-dettalji tal-vettura biex inkun nista' nivverifika l-każ.
Leg 9 PQ #31693 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vakanzi Post

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fil-post ta' Director General, Director u Assistant Director fis-Servizz Ċivili minn Novembru 2001 sallum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li mill-1 ta’ Novembru 2001 sa llum, b’kollox, mill-Uffiċċju tiegħi, ħarġu ħames (5) sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ vakanzi fil-pożizzjonijiet ta’ “Director General”, “Director” u “Assistant Director” fis-Servizz Pubbliku. Dawn jinkludu ħames pożizzjonijiet ta’ “Director Genral”, erba’ pożizzjonijiet ta’ “Director” u erbgħa u tletin pożizzjoni ta' “Assistant Director”. Irrid inżid li mis-7 ta’ Diċembru 2001, sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ pożizzjonijiet ta’ “Assistant Directors” bdew jinħarġu direttament mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeri u jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, għandu jagħmel domanda lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #31735 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-2001 (1) ipoteki legali (2) note ta' riferenzi (3) noti ta' ipoteka (4) note ta' insinwa (5) noti ta' causa mortis (6) ipoteka rinovata (7) subbasti (8) separazzjoni personali (9) company notices (10) ammonti totali ta' debiti reġistrati (11) ammont totali ta' bejgħ (12) ammont totali ta' tpartit (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja u (15) ammont totali ta' trasferimenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 2001, għal dak li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Malta hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali — Balance Sheet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31083 u cioe jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet: Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq

Response (GATT, AUSTIN)

Se impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'seduta oħra

Kunsill Lokali — Balance Sheet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30988 u cioe jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet: Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Balance Sheet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet: Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #30669 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Increment — Miżuri Dixxiplinari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30007?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30014 f’Seduta 653, fit-30 ta’ Novembru, 2001.
Leg 9 PQ #30344 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Italja — Protokolli

Question

No question text.

Response (BORG, JOE)

Malta gawdiet minn erba' protokolli finanzjarji f'għoxrin sena ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Italja, fil-perjodu ta' bejn l-1980 u s-sena 2000. L-Ewwel Protokoll Finanzjarju kien ta' LM 33 miljun tul medda ta' ħames snin bejn l-1979 u l-1983. Dawn kienu jikkonsistu fi LM 28 miljun bħala għotja u LM 5 miljuni bħala self. It-Tieni Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1987 u l-1990. Dan kien jammonta għal LM 47.5 miljuni tul medda ta' erba' snin u dawn kienu maqsuma f'LM 37.5 miljuni bħala għotja u LM 10 miljuni bħala self. It-Tielet protokoll Finanzjarju kien jamonta għal LM 66 miljun li ngħataw tul medda ta' ħames snin bejn l-1990 u l-1994. Dawn kienu jikkonsistu fi LM 53 miljun bħala għotja biex jiġu ffinanzjati diversi proġetti u LM 13-il miljun bħala self. Barra minn hekk, l-Italja tat ukoll tliet patrol boats u żewġ helikopters biex jgħinu lil Malta tikkumbatti t-traffikar tad-droga. Ir-Raba' Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1995 u s-sena 2000. Dan il-ftehim kien ipprovda Lm 60 miljun bħala għotja fuq perjodu ta' sitt snin għal għajnuna fi proġetti u tagħmir. Peress li l-Protokolli jiġu amministrati mill-Ministeru tal-Finanzi, nirreferi l-Onorevoli Interpellant lill-Ministru konċernat, għal aktar dettalji ulterjuri.
Leg 9 PQ #30234 Sitting 660 2001-12-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Parking Management

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari nru 30011?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kundizzjonijiet għat-tmexxija tal-parkeġġ temporanju tal-karozzi, magħruf bħala "Pender Place" huma l-istess bħal dawk li hemm elenkati fid-dokument tas-sejħa għall-offerti li kienet ħarġet il-MIMCOL fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena. Dawn il-kundizzjonijiet ma inbidlux wara li s-sejħa għall-offerti kienet ġiet assenjata.
Leg 9 PQ #30151 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Italja — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm igwadanjat Malta mid-diversi protokolli li Malta kellha mal-Italja mill-1980 sal 2000 sena b'sena? L-informazjoni tinkludi kemm detalji ta' resorsi finanzjarji (flus) kif ukoll trasferiment bejn Malta ta' resorsi oħra?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30011 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Parking Management

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kundiżżjonijiet tat-tender għall-management tal-parking f'Pender Place San Ġiljan? Jikkonferma l-Ministru li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma nbidlet wara li dan ingħata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30014 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Increment — Miżuri Dixxiplinari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb PQ 30007?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi bejn il-1991 u Jannar 2000 kienu japplikaw ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977 li kienu jipprovdu li l-Kap tad-Dipartiment seta’ jara hu, l-każijiet inqas gravi, u fost il-pieni li seta’ jagħti kien hemm iż-żamm jew sospensjoni ta’ “increment” wieħed. Fit-Tabella A annessa ma’ din it-tweġiba hemm id-dettalji mitluba. Ta’ min jiċċara wkoll li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kellha d-diskrezzjoni li tiddeċiedi hi x’piena tagħti fil-każijiet l-oħra gravi jew li jinvolvu proċeduri kriminali. Fit-Tabelli B u Ċ annessi ma’ din it-tweġiba hemm id-dettalji ta’ dawn il-każijiet fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddeċidiet li tagħti piena ta’ tiżmim ta’ “increment”. Mill-ewwel ta’ Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina li ma jipprovdux li jista’ jinżamm “increment” bħala miżura dixxiplinarja. Il-Kap ta’ Dipartiment xorta baqagħlu d-dritt li jżomm “increment” f’każijiet fejn is-servizz mhuwiex sodifaċenti.
Leg 9 PQ #30007 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Increment — Miżuri Dixxiplinari

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm ħaddiema fis-settur Pubbliku Governattiv (Civil) li bħala miżura dixxiplinari nżammilhom l-increment bejn l-1991 u l-2001. Kemm kienu bħala numru, f'liema grad u f'liema dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħal Luqa — Inspection

Question

Jista' l-Ministru, peress li qed ikun hemm interferenza kontinwa fir-reception televiżiv, jordna li ssir inspection f'Ħal Luqa fl-akwati ta' Triq Mikelangelo Sapiano, u Tarxien road?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili fl-akwati ta' triq Mikelangelo Sapiano u Triq Tarxien, ġewwa Ħal Luqa, ma rriżultaw l-ebda sinjali ta' interferenza fuq l-istazzjonijiet televiżivi fil-band VHF u UHF. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika aktar fuq liema stazzjonijiet tat-televiżjoni hemm l-interferenza, xi kwalita' ta' nterferenza qed tiġi osservata u f'liema ħinijiet tal-ġurnata.