Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq Mdina Road — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru japprova li ssir zebra crossing illuminata fi Triq Mdina Road kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli peress li ż-zebra crossing li hemm tinsab kważi kilometru 'l fuq u ta' tbatija għall-ħafna anzjani?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku spezzjona l-każ u jirriżulta li z-zebra crossing li hemm, fi triq l-Imdina hija fil-limitu ta' walking distance minn k/m Triq iċ-Ċawsli.
Leg 9 PQ #35600 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

EIA — Rapport

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-EIA propost mill-Profs. P. F. Schembri u Joe Borg in konnessjoni mal-permess li ngħata riċentement ġewwa Bengħajsa? Qed ngħaddi l-application no. in konnessjoni ma' dan ir-rapport b'mod separat.

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant. L-Onor. Membru nittama li japrezza li din l-informazzjoni qed tingħata minħabba t-tibdiliet fil-liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u r-Regolamenti tal-EIA`s li daħħal dan il-Gvern, li permezz tagħhom hemm aċċess għal pubbliku għal din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #35387 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar: a) Kemm-il każ ġie deċiż mill- ombudsman minn meta ġiet imwaqqfa l-istituzzjoni sal-lum? b) Minn dawn il-każijiet deċiżi kemm-il rakkmandazzjoni ġiet milqgħuha u implimentata mill-gvern? c) Min kienu l-persuni li kellhom id-deċiżjoni u r-redress suġġerit mill-ombudsman aċċettat u implimentat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li wara li l-Ufficcju tieghi ghadda kopja tal-Mistoqsija lill-“Ombudsman”, dan wiegeb direttament lill-Onor Interpellant fid-19 ta’ Settembru.
Leg 9 PQ #35381 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Skola Primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex xogħol ta’ kostruzzjoni fl-iskola primarja ta’ Ħal Luqa ilu wieqaf aktar minn erba’ ġimgħat? Peress li dan il-waqfien se jfixkel u jipposponi l-użu ta’ l-iskola mill-istudenti, jista’ jgħid x’miżuri ġodda ġew ippjanati? Jikkonferma lil-kuntrttur li kien qed jaħdem fuq l-istess skola ġie trasferit biex jaħdem fuq skola oħra? Jekk iva, jista’ jgħid liema hija l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur li qiegħed jesegwixxi x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa waqaf għax-shut down annwali tiegħu. Wara li reġa' rritorna fuq il-lant kompla bix-xogħlijiet u qiegħed jaħdem skond il-programm miftiehem. Mhux minnu li l-kuntrattur ġie trasferit biex jaħdem fi skola oħra.
Leg 9 PQ #35382 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet f’MCAST li ġew eżawriti u ma jistgħux jilqgħu aktar studenti? X’linji gwida qed jingħataw dawk l-istudenti li l-għażla tagħhom ma ġietx milqugħha u għalhekk jinsabu pjuttost konfużi dwar l-għażla tal-karriera tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-applikazzjonijiet għadhom qed jintlaqgħu, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. Sadanitant nirreferi l-Onor. Kollega għall-Prospektus pubblikat li jistabilixxi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla. Hekk kif il-proċess ikun komplet ir-riżultati jiġu pubblikati.
Leg 9 PQ #35383 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI

Question

Peress li l-FOI stqarret li t-tneħħija tal-levies ma ġietx kompensata b’xi għajnuna lill-industrija li topera ġo pajjiżna, jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tad-dipartiment biex jagħtu appoġġ lil dawk l-industrija milquta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa fatt li matul dawn l-aħħar erba' snin kważi l-attivita' kollha ta' l-IPSE kienet maħsuba biex tipprovdi assistenza lil dawk il-kumpaniji milquta mit-tneħħija tal-levies. Fil-bidu din l-assistenza kienet indirizzata prinċipalment lejn min jimmanifattura prodotti industrijali. Illum l-iskemi kollha imfassla mill-IPSE ġew estiżi ukoll sabiex minnhom jibbenefikaw azjendi fil-qasam agro-industrijali. L-operat ta' l-IPSE jinkludi wkoll djalogu kontinwu mal-korpi kostitwiti li huma rappreżentati direttament fuq il-board ta' l-istess IPSE, b'mod li l-assistenza offruta lill-industrija lokali qed tkompli tiġi irfinuta progressivament. B'hekk din l-assistenza tkun dejjem aktar effettiva sabiex twassal għar-ristrutturar meħtieġ u mixtieq. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li fil-każ ta' l-ipproċessar ta' numru ta' prodotti agro-industrijali, il-produtturi konċernati qed jibbenefikaw minn għajnuna teknika mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd. Huma jikkwalifikaw ukoll għal għajnuna finanzjarja taħt skemi imħabbra mill-istess Ministeru bħala parti minn programm magħruf bħala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture.
Leg 9 PQ #35384 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

NTO

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’kienu għas-sajf u x’inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta’ pubbliċita’ li l-NTO qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej? Jista’ jgħid jekk saritx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x’kien ir-riżultat milħuq? Jista’ jagħti xi informazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku, jekk sar, dwar l-effett tat-tneħħija tat-TOSS? Jista’ jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat-TOSS ġiex adegwatament kompensat b’xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jissostanza dan b’rapporti jew statistika?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li peress li l-ġbir tal-informazzjoni u t-tlestija tal-abbozz tal-mistoqsija ġie fdat lill-uffiċjal li sussegwentement sofra telfa fil-familja tiegħu, t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Housing

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jitqiegħdu lifts fil-housing estates ġo Ħal Qormi, cioe’dawk ta’ Farsina u dawk ta’ Fuq tal-Blat? Jekk iva, meta hemm ippjanat lil dawn jitlestew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar toffri skema għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti tal-Gvern. Din l-iskema tapplika għal blokki fejn hemm residenti li għandhom diżabilita' ta' mobilita'. Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet żewġ applikazzjonijiet taħt din l-iskema minn residenti li joqgħodu fi blokki t'appartamenti ta' Farsina, Qormi. F'każ minnhom qed jiġu evalwati l-offerti għall-installar tal-lift wara li għalqet it-tender. Fil-każ l-ieħor qed tiġi proċessata l-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #35386 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

MIA

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ trasferiment ta’ parti minn azzjonijiet tal-gvern fl-MIA lill-Ajruport ta’ Vjenna? Jekk mhux speċifikat fil-ftehim jista’ jagħti breakdown ta’ kif se jitħallas il-prezz u jikkonferma jekk il-prezz intier ġiex minn sorsi barranin jew lokali? Jekk lokali, kif ġie kostitwit dan il-kapital cioe’ b’loan minn bank kummerċjali jew bi ftehim mal-gvern bħala il-bejjiegħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda 16 ta’Settembru. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija: il-breakdown ta’kif se jitħallas il-prezz huwa specifikat fil-ftehim u il-kapital huwa kostitwit nofsu min sorsi barranin u nofsu min self li il-kumpanija għamlet mal-Bank of Valletta.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-awtorita' qed tgħaddi arbitrarjament xogħol ta' kuntratti ta' individwi benefiċċjarji ta' l-awtorita' lill-nutar magħżul minnha? Mill-awtorita' ġie ikkonsultat il-kunisll notarili qabel ittieħdet din l-inizjattiva mill-awtorita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ħasset il-bżonn li tippovdi hi għall-servizz ta' nutar limitat biss għall-pubblikazzjoni ta' kuntratti ta' bejgħ ta' appartamenti ġodda allokati minnha. Dan il-bżonn inħass biex jonqos id-dewmien fl-allokazzjonijiet u jiġi evitat is-serq u l-vandaliżmu mill-appartamenti li jkunu tlestew. In-nutar ġie magħżul wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u proċess ta' selezzjoni. Il-kuntratti l-oħra ta' enfitewsi, fidi ta' ċnus, bejgħ ta' appartamenti lill-inkwilini, eċċ, għadhom qed jiġu ppubblikati minn nutara magħżula mill-klijient. Ninsab infurmat li l-kunsill notarili ġie kkonsultat dwar dan l-arranġament.
Leg 9 PQ #34770 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-korp tal-pulizija li qegħdin sponsored biex imorru l-universita' u fl-istess ġranet li suppost qegħdin l-universita' jkunu qegħdin jagħmlu l-extra u allura qegħdin jonqsu mill-obbligazzjoni tagħhom dik li jattendu kuljum l-universita'? Min huma dawn in-nies, kemm daħlu ammonti f'extra, xahar b'xahar u x'passi ser jittieħdu f'kull każ relattiv?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34161 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principals

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta il-principals li sal-lum qegħdin fi scale 9, se jkunu promossi għal scale 8, peress li din il-promozzjoni kellha ssir b'effett mill-1 ta' Jannar 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-“progressions” li joħorġu mill-Addendum li ġie ffirmat fit-22 ta’ Awissu, 2001 li jsaħħaħ il-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, Assimilazzjoni u Ristrutturar tal-Gradi fis-Servizz Ġenerali tal-1993. L-implimentazzjoni tal-provvedimenti ta’ dan l-Addendum jinvolvi assimilazzjonijiet, promozzjonijiet u ‘progessions’ ta’ aktar minn tlett elef uffiċjal pubbliku u jrid iż-żmien biex jiġi konkluż. Jiena nfurmat li diġa` ttieħdu numru ta’ passi biex dan l-Addendum jiġi implimentat. Fil-każ ta’ “Principals” li minn Skala 9 jridu jitilgħu għal Skala 8 dan isir wara li l-“Management and Personnel Office” jaċċerta ruħu li l-uffiċjali kkonċernati jkunu qdew id-doveri tagħhom b’mod sodisfaċenti bil-mod kif provdut fl-imsemmi Addendum.

Nefqa Kapitali

Question

Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li Gvern Nazzjonalista nefaq aktar minn Lm400 miljun matul l-aħħar erba' snin f'nefqa kapitali, jista' jagħti breakdown sena b'sena tan-nefqa imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'konferenza politika fl-Uffiċju Nazzjonalista taż-Żurrieq jiena ġejt ikkwotat li għidt li f'dawn l-erba' snin (1999-2002) il-Gvern se jkun għamel investiment ta' aktar minn Lm400 miljun fi proġetti ta' natura kapitali. Din iċ-ċifra tirriżulta mill-Estimi għas-snin 1999-2002 li huma pubbliċi.

Qormi — Mdina Road

Question

Peress illi Mdina road Qormi taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, jista' l-gvern jkompli din it-triq billi jagħmel pelican lights quddiem il-bini tal-gvern ta' Pascarella, u quddiem is-Shopwise peress li n-nuqqas tagħhom qed jifred il-lokalita' ta' Ħal Qormi u joħloq periklu kontinwu? Jista' jagħmel crash barriers bejn Mdina road u Ġuże Duca street, Qormi, int u tiela' lejn Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-parti residenzjali bejn Mdina Road u Triq Guze Duca f'Hal Qormi diġa' hemm 3 zebra crossings li jinsabu f'distanza qasira minn xulxin biex il-pubbliku jkun moqdi sew u għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn li tiġi nstallata Pelican Crossing. Rigward it-tieni Pelican indikata mill-Onor. Interpellant din kienet ppjanata li ssir meta jinbeda x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li tasal sat-triq tar-Rabat. Għalhekk tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq illi billi t-tieni fażi għada ma nbdietx jittieħdu l-passi biex din il-Pelican Light tiġi nstallata.
Leg 9 PQ #33482 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Common Database

Question

Jista' l-Ministru jagħti aċċess tal-common database lil membri parlamentari peress li dan ikun ta' għajnuna kbira lil membri parlamentari fil-qadi ta' dmirhom lejn il-kostitwenti u ċ-ċittadini?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment se jiġi kunsidrat u evalwat.
Leg 9 PQ #33489 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Radar — Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-radar ta' Ħad-Dingli ġratilhomx xi ħsara u jekk iva, din qegħda tiġi irranġata?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Kunsilli Lokali — E-mail

Question

Jista' l-Ministru jispjega jkollux l-ilmenti mill-kunsilli lokali li jintbagħtu lill-korporazzjonijiet bl-e-mail jitħasru u jiġux konfermati? Dan pero fil-każ ta' Enemalta. Dan huwa difett fis-sistema tal-e-mail jew f'dan il-każ l-Enemalta li għandha l-computer tagħha programmat b'dan il-mod li jħassru ittri mibgħuta eletronikament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-Customer Care tal-Kunsilli Lokali, ghalkemm komplessa, hija mfassla b'tali mod li lmenti mibghuta elettronikament ma jistghux jigu mhassra minn ebda user u jinzamm audit trail ghal kull ilment kemm jekk jieqaf pendenti fl-Enemalta, kif ukoll jekk jibqa' pendenti fil-Kunsill Lokali peress li jkun skada l-ewwel deadline li jkun nizzel il-Kunsill Lokali. Ninsab infurmat li sas-16 ta' Mejju, minn 3,051 ilment lill-Enemalta ghad hemm 625 pendenti. Jista' jkun l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghal dawn it-tip ta' lmenti mill-Kunsill Lokali. Dwar is-sistema tal-computers li ghandha l-Enemalta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #33277 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li tiftaħ il-call for application għall-ispetturi? Veru li din is-sejħa kienet se tiftah f'Mejju 2001 u s'issa għadha ma fetħitx? Kien hemm xi nuqqas min-naħa ta' l-istrategy and planning? Veru li madwar xahar ilu l-PSC approivat biex toħroġ din is-sejħa u mbagħad żammewhom min-naħa tal-korp? Id-deċiżjoni ta' min kienet? Tista' tikkonferma jekk reġgħux kitbu lill-PSC? X'kienet ir-reazzjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid meta se tiftaħ din is-sejħa u meta beħsiebu jibda l-kors? Fejn se jinżamm, l-Universita` jew l-akkademja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej il-proċess sabiex issir is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija. Dan il-proċess kien inbeda matul is-sena l-oħra u l-applikazzjonijiet kienu ser joħorġu għal Marzu ta` din is-sena. Pero` kif naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, dan ma kienx iż-żmien opportun, meta wieħed jikkonsidra li l-eżamijiet, kemm dawk ta` l-Universita` kif ukoll dawk tal-livell ordinarju jsiru f`Mejju/Ġunju. Kien għalhekk biss li din is-sejħa għall-applikazzjonijiet ma kienetx ġiet ippubblikata. Infurmat ukoll illi, f`April 2002, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kienet ipproponiet emendi, liema emendi kienu ġew milqugħa mill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġiet infurmata b`dan għall-approvazzjoni tagħha. Biex jikkwalifikaw għal Spetturi tal-Pulizija, l-applikanti iridu jtemmu b`suċċess kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta, li parti minnu jista` jsir l-Akkademja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #32909 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jassigura illi l-istudenti tal-iskola primarja B Fgura year 4 jkollhom teacher b'mod regolari peress li bħalissa jinsabu mingħajr teacher regolari u dan qed jaffetwa ħażin ħafna l-progress akkademiku tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-klassi tal-Year 4, fl-iskola tal-Fgura B irtirat mix-xogħol u għalhekk instab għalliem skond il-proċeduri adottati f'każi bħal dawn f'dan iż-żmien tas-sena.