Tista’ l-Ministru tgħid kif marret l-iskema ta’ xogħol volontarju għaż-żgħażagħ, kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ li bbenefikaw mill-iskema fl-2015 u kif ser tiżviluppa l-iskema fl-2016?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ippjanat li fl-ewwel sena din l-iskema tinvolvi 60 żgħażugħ/a sabiex jieħdu din l-esperjenza. In-numru ta’ parteċipanti fil-fatt kien ta’ 72 li ħadmu ma’ 29 għaqda volontarja differenti. Fl-2016 din l-iskem hija ntenzjonata li jkollha l-parteċipazzjoni ta’ ‘l fuq minn 120 żgħażugħ/a. Barra dan, l-iskema ser tagħmel il-pass li jmiss fejn ser toffri l-opportunita liż-żgħażagħ li jagħmlu din l-esperjenza barra minn Malta. L-iskema qed timmira li tassisti 20 żgħażugħ/a sabiex imorru barra minn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm naqas jew żdied in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fi tmiem Diċembru 2014 u llum? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni sabu jew instabilhom xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali, bejn l-aħħar ta’ Diċembru 2014 u l-aħħar ta’ Diċembru 2015, naqas b’2,188
Tajjeb ukoll ikun indikat li matul is-sena 2015, kien hemm 1,234 benefiċjarju li waqfu milli jirċievu l-Għajnuna Soċjali għax sabu impjieg u gawdew mill-miżura tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju (tapering of benefits).
B’kollox matul is-sena 2015 kien hemm 2,349–il persuna li f’xi żmien matul is-sena kienu jieħdu l-Għajnuna Soċjali u qabdu jaħdmu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance, sal-aħħar pagament, u kemm kienet in-nefqa fuq din l-allowance?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ familji u tfal li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal fl-aħħar pagament kif ukoll kemm kienet in-nefqa, huwa kif jidher hawn taħt:
Numru ta' Familji
Numru ta' Tfal
Nefqa (3 xhur)
39,748
59,996
€9,065,566.43
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni sallum li applikaw u ġew intitolati għall-In-Work Benefit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ familji u tfal li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal fl-aħħar pagament kif ukoll kemm kienet in-nefqa, huwa kif jidher hawn taħt:
Numru ta' Familji
Numru ta' Tfal
Nefqa (3 xhur)
39,748
59,996
€9,065,566.43
Awtortà tad-Djar – infiq fuq manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadmu każi ta’ manutenzjoni mill-Awtorità tad-Djar ta’ kull sena mill-2011 sa tmiem l-2015? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għal kull sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ tad-Djar, in-numru ta’ każijiet ta’ tiswijiet f’postijiet residenzjali mikrija mill-Awtorita’ tad-Djar, mill-Gvern u mill-Uffiċju Konġunt, fejn tlestew u ġew imħallsa x-xogħlijiet meħtieġa, huma kif ġej:
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
Numru ta’ każijiet fejn tlestew tiswijiet
378
351
228
667
941
Nefqa
€287,000
€366,000
€466,000
€1,165,000
€1,509,000
Awtorità tad-Djar – għajnuna lil inkwilini b’kirjiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità tad-Djar biex isiru tiswijiet lill-inkwilini li qegħdin f’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, barra min-nefqa ta’ €1,509,000 li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar fis-sena 2015 fuq tiswijiet ġewwa postijiet b’kirjiet tal-istess Awtorita’ jew tal-Gvern, permezz tal-Iskema tal-Irranġar u Titjib, l-Awtorita’ kompliet tipprovdi għotjiet sabiex l-inkwilini setgħu ukoll jagħmlu xogħlijiet oħra ta’ titjib fir-residenzi mikrija lilhom.
Fis-sena 2015, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 120–il applikazzjoni mingħand inkwilini tal-Gvern taħt din l-iskema ta’ Irranġar u Titjib, fejn 17 minnhom kienu rtirati jew invalidi. S’issa ġew approvati 73–il applikazzjoni u hemm 30 oħra fil-proċess. Filwaqt li fl-2015 ġew approvati €237,903 f’għotjiet għal xogħlijiet taħt din l-iskema, in-nefqa tal-Awtorita’ tad-Djar f’għotjiet li ġew irrimborżati lill-inkwilini fl-istess sena 2015, dejjem taħt din l-iskema, laħqet is-somma ta’ €210,348.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru lifts mill-Awtorità tad-Djar mill-2011 sa tmiem l-2015, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għal kull sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ tad-Djar, in-numru ta’ lifts ġodda li ġew installati mill-Awtorita’ tad-Djar fil-komun ta’ blokki residenzjali li ġew mibnija mill-Awtorita’ tad-Djar jew mill-Gvern, flimkien mal-ispiża fuq dawn l-istess lifts, huwa kif gej:
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
Lifts installati ġodda
11
5
1
-
18
Spiża
€407,506
€155,414
€47,711
-
€577,458
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — ilmenti
Question
Tista’ l-Ministru tindika kemm daħlu ilmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2015 u kemm minnhom ġew investigati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015, l-OHSA rceviet 401 ilment, li minnhom 5 għadhom pendenti (għal raġunijiet mhux taħt il-kontroll tal-OHSA). Il-figuri mogħtija ma jinkludux ilmenti jew rapporti ta’ problemi indikati fuq il-meżżi tal-media, u li l-OHSA ssir konxja tagħhom - dawn il-każijiet kienu investigati kollha.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013, il-Ministru għat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien kien jieħu allowance ta’ €7000 fis-sena flok jagħmel użu mit-tieni karozza.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu, fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, l-2005, l-2006, l-2007, l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-2012?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fl-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każi ta’ abbużi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-2013, fl-2014 u sa tmiem Novembru 2015? Jista’ fl-istess waqt jgħid kemm kien in-numru ta’ każi f’kull sena li nstab li kien hemm abbuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba, li toħroġ mill-operat tad-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, hija kif tidher fit-tabella t’ hawn taħt:
SenaNumru ta’ każijiet investigatiNumru ta’ każijiet fejn instab abbuż
20131040379
2014721291
2015 (sa Novembru) 875315
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità, xahar b’xahar, fl-2015 u kemm minnhom ingħataw din il-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità, xahar b’xahar matul is-sena 2015, kif ukoll kemm eventwalment ingħataw l-istess tip ta’ pensjoni, kien kif muri fit-tabelli t’hawn taħt:
Applikazzjonijiet għall-Pensjoni tal-Invalidità
Sena 2015
NMIP
IP
Total
Jannar
37
16
53
Frar
34
17
51
Marzu
25
19
44
April
34
17
51
Mejju
21
30
51
Gunju
22
13
35
Lulju
15
28
43
Awwissu
22
25
47
Settembru
9
30
39
Ottubru
4
33
37
Novembru
0
33
33
Dicembru
0
27
27
Total
223
288
511
Ingħataw Pensjoni tal-Invalidità
Sena 2015
NMIP
IP
Total
Jannar
19
1
20
Frar
13
0
13
Marzu
22
1
23
April
14
2
16
Mejju
29
4
33
Gunju
14
1
15
Lulju
23
0
23
Awwissu
31
0
31
Settembru
19
3
22
Ottubru
16
2
18
Novembru
13
1
14
Dicembru
3
0
3
Total
216
15
231
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-280 każ differenza bejn kemm daħlu applikazzjonijiet u kemm ingħataw pensjoni, kien hemm 106 –il applikazzjoni li kienu rifjutati, 41 –il applikazzjoni li għadhom fi stadju li jridu jkunu awtorizzati u hemm 133-il applikazzjoni li għadhom pendenti biex jibdew il-proċess ta’ assessjar mediku u/jew kontributorju, biex finalment tingħata deċiżjoni.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet li jidħlu f’xahar partikolari, jitħallsu fix-xhur ta’ wara minħabba l-istennija biex jarawhom it-tobba tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — użu tat-tieni karozza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Tista’ tgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Tista’ tgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamlet użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern nazzjonalista ma kellux ministeru tal-libertajiet ċivili, affarijiet tal-konsumatur u djalogu soċjali.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet Peugeot 307 XRS li kienet inxtrat f’Mejju 2006 għas-somma ta’ €12,485.
L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta għal €5,229,82
L-ispiża fuq it-tiswijiet biss kienet ta' €2,343.82
L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat għal €2,886
L-ispiza fuq fuel għat-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €5,304.34 u fl-istess perjodu ingħataw 4225 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza.
Kien hemm ukoll spiża ta' €149.63 fi fuel ghall-karozzi li inkrew minflok it-tieni karozza tal-Ministru.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-8 ta’ Marzu 2013 ġiet mixtrija t-tieni karozza tal-għamla Volkswagen Passat. Ma nstabu l-ebda dettalji rigward ix-xiri tal-karozza, la pagamenti u lanqas dati. Matul l-istess perjodu saru diversi tiswijiet fuq din il-vettura, li l-ammont tagħhom jitla’ għal € 1, 049.60, iżda matul dan il-perjodu ma saru l-ebda kirjiet għal vetturi oħra. Ninfurmah ukoll li l-ispiża għad-diesel bejn Jannar 2008 u t-23 ta’ Awwissu 2008, il-perjodu li sar użu minn din it-tieni karozza, jammonta għal € 646.73, dawn kienu mqassmin kif ġej:
Jannar - €190.30
Frar - € 100.00
Marzu – Nil
April - € 55.00
Mejju - € 35.00
Ġunju - €120.67
Lulju - € 75.73
Awwissu - € 70.03
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-7 ta' Marzu 2013 kienet Honda CRV Estate li kienet inxtrat fl-2008 ghas-somma ta’ € 25,401.
L-ispiza totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-7 ta' Marzu 2013 kienet tammonta ghal € 8,293.
L-ispiza fuq fuel ghat-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ € 6,578 u fl-istess perjodu inghataw 5,205.44 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza.
Il-karozza msemmija inxtrat mill-Ministru Fenech lejlet l-elezzjoni (7 ta’ Marzu 2013) għas-somma ta’ € 1,908.
(Korrezzjoni: ara dokument PL 6343 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Erbgħa, 13 ta' Jannar 2016 f'Seduta 344.)
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu ta’ bejn id-9 ta’ Frar 2010 u 8 ta’ Marzu 2013, il-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien kien jieħu allowance ta’ €7000 fis-sena flok jagħmel użu mit-tieni karozza.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.