Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1776 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies impjegati mal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern nies b'kuntratt (jew kellhom il-kuntratt imġedded) matul din is-sena? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-1 ta’ Jannar, 2003 sat-30 ta’ Settembru, 2003 kien hemm 259 persuna minn barra s-Servizz Pubbliku li ngħataw kuntratt ta’ servizz definit mal-Gvern jew li kellhom il-kuntratt imġedded. Fost dawn hemm numru ta’ “Nurses”, “Senior Registrars”, u “School Secretaries”. Erbgħa minn dawk li kellhom il-kuntratt imġedded għandhom remunerazzjoni globali aktar minn ta’ Ministru. Tlieta minn dawn huma konsulenti barranin u l-ieħor huwa Malti. Dawn in-numri ma jinkludux nies ingaġġati mas-Segretarjati Privati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari.

MTII — Lista ta' kumpanniji

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-kumpanniji kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li fihom il-gvern għandu interess? Jista' jgħid x'persentaġġ ta' shareholding għandu l-gvern f'dawn il-kumpanniji?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, liema nformazzjoni tirreferi għall-pozizzjoni kif kienet f'Settembru 2002 u kif tidher fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2003. Minn dak in-nhar 'l hawn is-shareholding tal-Gvern fl-MIA niżel għal 40%. List aġġornata tkun ippublikata fl-Estimi Finanzjarji għas-sena li ġejja.

Malta Drydocks — Self mill-banek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Shipbuilding — Self mill-banek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Shipbuilding għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — Self mill-banek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Channel għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gozo Ferries — Self mill-banek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Port Ħieles — Self mill-banek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Freeport għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kumpanniji parastatali — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew avanzati flus matul din is-sena mill-Gvern lil kumpaniji parastatali u entitajiet oħra li l-Gvern għandu kontroll fuqhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella mehmuża.
Leg 10 PQ #1777 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta sejrin jiġu mpjegati mas-servizz ċivili dawk li għaddew minn eżamijiet kompetittivi f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li tul dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm żewġ eżerċizzji ta’ reklutaġġ li fihom kienu jikkomprendu eżami kompetittiv (bil-miktub) u li ġew konklużi. Wieħed mill-eżamijiet kien għal Messaġġiera tal-Qorti. Il-ħatra tal-kandidati ġiet approvata. Il-każ l-ieħor, huwa dak ta’ l-Iskrivani. Ir-reklutaġġ isir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 10 PQ #1778 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maltapost — Ħaddiema - Servizz Ċivili

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' postmen li għażlu li jerġgħu lura minn mal-Maltapost għas-Servizz Ċivili? Meta sejrin jiġu trasferiti għas-Servizz Ċivili? Huwa minnu li se tonqsilhom il-paga?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru ta’ impjegati tal-Maltapost li għażlu li jiġu jaħdmu fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ mija wieħed u tletin (131). Minn dawn in-numru ta’ “postpersons” huwa ta’ 21. It-trasferiment sejjer isir fi żmien qasir u ħadd m’hu ser titnaqqaslu l-paga.

Dockyard — Malta Ship Building - Pagi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lil impjegati tiegħu biex ma jipproċessawx ħlasijiet għal pagi tad-Dockyard u l-Malta Ship Building? F'każ li fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi żbaljata. Qabel ma l-Ministeru jgħaddi aktar flus lit-Tarzna, talab accounts mit-Tarzna biex jara sewwa s-sitwazzjoni finanzjarja. Fil-fatt instab li t-Tarzna rċeviet flus biex tkopri l-ħtiġijiet tagħha sa l-aħħar tas-sena. Tajjeb li wieħed isemmi li l-fondi li l-istat lest jipprovdi għat-tarznari m’humiex bla limitu, l-Onorevoli interpellant jifhem li dawn il-fondi jiġu mit-taxxi li jħallas il-poplu u għalhekk lkoll irridu niżguraw li jintużaw b’mod effiċċjenti u fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Leg 10 PQ #1780 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati maċ-Ċivil

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-impjegati fis-servizz ċivili bħala Clerks, Executive officers, Administrative Assistants, Principals, Senior Principals, Assistant Directors, Directors u Directors General illum u kemm kienu fis-sena 2002 u fis-sena 2001? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakanzi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-grad ta’ “Administrative Assistant” illum inbidel f’dak ta’ “Assistant Principal”. In-numru ta’ vakanzi f’kull grad fis-Servizz Pubbliku jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-Servizz u d-disponibilita` ta’ fondi.
Leg 10 PQ #1781 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Civili — Vakanzi

Question

B'referenza għal sejħiet għal ingaġġ mal-Gvern li saru dan l-aħħar jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakazi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 775 tat-30 ta’ Ġunju 2003 f’seduta numru 16.

Malta Drydocks — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk in-nuqqas ta' 900 ħaddiem għamlux effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Malta Drydocks? L-ispiża ordinarja ta' Drydocks impruwvjat? Jekk iva, b'liema mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li t-tnaqqis ta' 722 ħaddiem mit-Tarzna matul l-2002 naqqset l-ammont ta' flus li tħallsu f'pagi, t-telf tat-Tarzna ma naqasx għax jinħtieġ ukoll illi jitbiddlu l-prattiċi tax-xogħol antikwitati li jeżistu u jsir ftehim kollettiv ġdid li jirrifletti s-sitwazzjoni moderna ta' tarzna f'suq kummerċjali kompettittiv.

Malta Drydocks — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-ispiża tal-pagi fis-snin 2001 u 2002 u kemm hi n-nefqa għall-overtime fil-Malta Drydocks?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ispiża tal-pagi tal-Malta Drydocks kienet kif ġej: Sena 2001 - LM22,311,796 Sena 2002 - LM18,868,276 Dan l-ammont jinkludi l-overtime u night shift kif muri hawn taħt: Sena 2001 - LM4,698,678 Sena 2002 - LM3,942,430

Malta Drydocks

Question

Peress illi l-Gvern kellu pjan għad-Drydocks maqsum fuq tliet fażijiet li huma restructuring, devlopment u redundancies u peress li dawn il-miżuri kollha ttieħdu simultanjament, jista' il-Ministru jgħid fid-dettall xi progress sar f'kull fażi fil-proċess fuq indikat f'istruttura tat-Tarznari?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pjan ta' ristrutturar tat-Tarzni mhux kif indikat mill-Onor. Interpellant iżda hu maqsum fil-fazijiet segwenti: 1. Tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema 2. Xogħol alternattiv għal ħaddiema zejda 3. Tibdil fil-prattiċi tax-xogħol biex titjib il-produttivita' Fl-2002 sar tnaqqis ta' 722 ħaddiem miż-żewġ tarzni permez ta' skemi ta' irtirar kmieni. Għadfadal madwar 900 ħaddiem li jridu jonqsu mill-complement tat-tarzni. Għadu ma giex iffirmat ftehim kollettiv ġdid li jinkludi riformi kbar fil-prattiċi tax-xogħol li mingħajrhom il-miżuri l-oħra ma jkollhomx l-effett mixtieq. Il-Gvern ta deadlines ċari biex jintemm in-negozjar ta' dan il-ftehim biex ikunu evitati mizuri oħra biex ikun kontrollat it-telf tat-tarzni.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dekasteru m'għandu ebda dipartiment tal-Gvern.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ karozzi wżati mid-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent huma ta’ tnejn u ħamsin (52). Minn dawn erbgħa u għoxrin (24) huma Government-owned waqt li tmienja u għoxrin (28) huma mikrija. Fil każ tal-karozzi mikrija il-prezz huwa hekk: · Sebgħa u għoxrin (27) bit-Lm3.66 kuljum (inkluż il-V.A.T.) · Waħda (1) bil-Lm5.50 kuljum (inkluż il-V.A.T.) Il-karozzi huma wżati kif jidher hawn taħt: Diviż joni/Dipartiment Numru ta’ Karozzi Government-owned Numru ta’ Karozzi Mikrija Policy & Planning 1 0 Office of Review 1 0 Corporate Services Department 3 0 Taqsima tas- Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali - Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 11 16 Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali – Plant Health Department 1 4 Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja 2 8 Taqsima għall-Konservazzjoni u Kontrol tas-Sajd 5 0 Total 24 28