Legislature:
Category:
Reset
Active:

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li dawk l-entitajiet li kienu diġa' jeżistu qabel l-1998 jiġifieri l-Pixxina Nazzjonali, it-Teatru Manoel, l-Orkestra Nazzjonali kif ukoll Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, id-dħul tagħhom qatt ma kien jidħol fil-fond konsolidat. L-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt dan il-Ministeru ġew kostitwiti wara dik id-data. Il-parti l-kbira tagħhom wara l-1998.

Kuntratti inter vivos — Provisional capital gains tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura bħala provisional capital gains tax fuq kuntratti inter vivos xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella mehmuża.

Kuntratti inter vivos — Taxxa tal-boll

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura bħala taxxa tal-boll fuq kuntratti inter vivos xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li l-Gvern ġabar mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq kuntratti inter vivos ta’ proprjeta’ immobbli xahar b’xahar matul is-snin 2001, 2002 u 2003 kien kif jidher fit-tabella mehmuża.

Servizzi ta' riċerki pprovduti lill-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura għal riċerki uffiċjali ta' trasferimenti u passivita' xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003? Kemm kien il-ħlas li l-gvern ħallas lill-kuntrattur għas-servizzi ta' riċerki li dan ipprovda lill-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta` flus għal riċerki uffiċċjali ta` trasferimenti u passivita` u l-ħlas li sar lill-kuntrattur għas-servizzi ta` riċerki provduti għas-snin 2001, 2002 u 2003 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Land Registry — Ġbir ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura mid-dipartiment tal-land registry xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta` flus miġbura mid-Dipartiment tar-Reġistru ta` l-Artijiet xahar b`xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mhux applikabbli fil-każ tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- 1. Id-dħul ta' WasteServ Malta Ltd. matul is-sena 2003 kien jammonta għal Lm217,452.92ċ (VAT inkluż). Dħul għal servizzi oħra ta' l-immaniġġjar ta' skart, li huma koperti mill-fondi miġbura mit-taqsima tax-Xogħlijiet, kien jammonta għal Lm508,726.58ċ (VAT inkluż). WasteServ Malta Ltd. hija obbligata li tgħaddi d-dħul kollu fil-fond konsolidat tal-Gvern u huma nklużi fl-estimi ġenerali. 2. L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi bdiet tiġbor il-ħlasijiet tal-liċenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tagħha mill-1 ta' Ottubru 2002. Dawn jinkludu liċenzji għal swimming pools, wiremen, pompi tal-petrol, distributuri tal-gas, barrieri, bejgħ tal-pitrolju u ħażniet taż-żejt. Id-dħul minn dawn il-liċenzji mill-1 ta' Ottubru 2002 sat-30 ta' Settembru 2003 kien Lm203,240 u mill-1 ta' Ottubru 2003 sat-30 ta' Diċembru 2003 kien Lm29,493. Dan id-dħul jiġi mgħoddi lill-fond konsolidat. 3. L-ammont li nġabar mill-Building Industry Consultative Council fis-sena 2003 kien ta' Lm5,111.66ċ. Dan kien kollu dħul mill-korsijiet. Id-dħul imur f'revolving fund kif sar dejjem.
Leg 10 PQ #4054 Sitting 98 2004-02-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Tista' il-Ministru tagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Tista' f'kull każ tagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda dhul matul is-sena 2003 mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubblici li jaqghu taht ir-responsabbilita' tal-Ministeru tieghi.
Leg 10 PQ #4055 Sitting 98 2004-02-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-awtoritajiet, reġolaturi u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa ma kien hemm l-ebda dħul li daħal direttament fil-fond konsolidat fir-Revenue tal-Gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (BORG, JOE)

Ma hemm ebda awtoritajiet regolaturi jew entitajiet pubbliċi oħra li tirreferi għalihom il-Mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi.
Leg 10 PQ #4046 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienuj jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma hemm l-ebda awtorità, regolatur jew entità pubblika taħt d-dekasteru tiegħi li għaliha tapplika din il-Mistoqsija.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienuj jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u Tweġiba ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa l-2003, l-ebda waħda mit-tali entitajiet ma kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 10 PQ #4049 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uniku dħul bħal dak imsemmi mill-Onor. Membru minn xi ente li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi kien fl-ammont ta' Lm 7,661.39 favur id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji. L-arranġament hu b'effett mis-sena 2000.
Leg 10 PQ #4050 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' dondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienuj jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu m'għandha l-ebda dħul li f'xi żmien qabel l-1998 kienx jidħol direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern. Biex nikkjarifika, l-Awtorita' tat-Turiżmu tiġbor il-liċenzji li qabel kienu jinħarġu mill-HCEB u mill-Pulizija, u l-istess flus li jinġabru tgħaddihom lill-fond konsolidat.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għal kull waħda minn dawn l-entitajiet.
Leg 10 PQ #3517 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' l-Imtarfa — Studenti li jbatu mid-dyslexia

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex tfal li jbatu mid-dyslexia fl-iskola ta' l-Imtarfa m'għandhomx għajnuna kontinwa u regolari fl-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal li jbatu mid-dyslexia jingħataw l-ewwel appoġġ mill-għalliema tagħhom iggwidati mit-Taqsima ta' Specific Learning Difficulties skond il-bżonn meħtieg. L-iskola ta' l-Imtarfa kienet waħda mill-iskejjel inkluż fi proġett li kien jitlob li għalliema mill-Ispecific Learning Difficulties Unit iżuru lill-iskola aktar spiss. Infatti minn Ottubru l'hawn f'din l-iskola saru ħames żjarat.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Vetturi mhux liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tieħu ħsieb li tneħħi vetturi mhux liċenzjati u li jkunu jokkupaw spazju ta' parking għal xhur sħaħ u dan f'Imdina Road, Qormi quddiem il-housing estate ta' Pascarella?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ma ġiet innotata ebda vettura li mhix liċenzjata.