Peress illi l-gvern naqqas ir-rata tal-VAT għal 5% fuq yachts, eċċ., bejn Novembru u Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati yachts taħt din l-iskema?
Peress li l-gvern stqarr li din il-miżura tgħin in-negozju tar-reġistrazzjoni ta' jottijiet, jista' jgħid kemm żdied id-dħul tal-gvern b'din il-miżura?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' jottijiet reġistrati sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistenna sa l-aħħar ta' Marzu meta tagħlaq l-iskema. F'kull każ ma naħsibx li nista' nagħti dettalji fuq min qed iħallas it-taxxa.
Peress li l-gvern qiegħed fil-proċess li japprova mill-Parlament Central Registry Act, jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk huwiex qed jippjana xi tibdil amministrattiv fid-dipartiment konċernat biex ikun jista' jimplimenta din l-istess liġi; 2) jaqbilx illi d-dipartiment tal-Land Registry huwa wieħed mill-aktar dipartimenti effiċjenti u effettiv li huwa għandu; u 3) jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jgħaddi xogħol (jew parti mix-xogħol) li jaqa' taħt dan id-dipartiment lil xi soċjeta' privata?
Response (BORG, TONIO)
Wara li diġa’ ttieħdu xi passi fil-passat sabiex tiġi ffaċilitata l-amalgamazzjoni, eżempju f’dak li hu amministrazzjoni finanzjarja, preżentament qed isir
Operations Review
mill-
Management Efficiency Unit
bil-għan prinċipali li jiġu identifikati r-riżorsi meħtieġa sabiex isseħħ l-amalgamazzjoni sħiħa tar-Reġistri. Il-Gvern huwa kommess li jipprovdi l-qafas amministrattiv neċessarju sabiex l-implimentazzjoni ta’ din il-liġi tant importanti tkun tista’ sseħħ bl-aħjar mod possibbli, fl-aħjar interess tal-klijenti kollha ta’ din id-Diviżjoni u tal-ħaddiema fi ħdanha.
B’hekk, bil-ħidma sfieqa tal-management u l-ħaddiema, inkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li kien hemm, u f’dan il-kuntest ningħaqad mal-kummenti favorevoli li għamel l-Onorevoli Interpellant.
Il-Gvern huwa konxju mill-ħidma sfieqa li qed issir u kien proprju għalhekk illi fl-Abbozz il-Gvern qiegħed għall-ewwel darba jirrikonoxxi r-rwol tal-ħaddiema, eżempju Artiklu 74 ta’ l-Abozz fejn uffiċjali tar-Reġistru se jiġu maħtura biex iservu fit-Tribunal tar-Reġistru Pubbliku.
Għalhekk għalkemm il-Gvern iqis kull opportunita’ li tista’ tinqala’, bħalissa ma hemmx ħsieb li jista’ jsir xi ħaġa fuq il-linji li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Is-safar kollu kien awtoriżżat mis-segretarju permanenti tal-Ministeru tiegħi, u mill-Prim Ministru fil-każ tiegħi.
In vista li kumpanija privata ġiet imqabbda tagħmel xogħol fil-Malta Shipyards, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rekordjati siegħat idle mill-impjegati tal-Malta Shipyards u għax ma tqabbdux inaddfu huma flok tħallew ma jagħmlu xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-arranġamenti għal tindif minn kumpanija privata huma ta' natura temporanja, sakemm ikun konkluz kuntratt mal-MIMCOL li għandha numru ta' ħaddiema taħt ir-responsabilita' tagħha.
Meta ħaddiema mhux qed ikollhom xogħol kummerċjali qed jingħataw xogħol ieħor ta' maintenance.
Jista' il-Ministru jgħid meta ġiet introdotta s-sistema ġdida ta' telefon fil-ħabs u kemm ġiet tiswa din is-sistema? Jikkonferma l-Ministru li riċentement ngħatat tender oħra biex din tinbidel? Kemm tiswa din it-tender ġdida u lil min ingħatat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema ġdida tat-telefon ġiet introdotta fit-23 ta` Lulju 2003. Is-sistema ġdida hija a bażi ta` lease purchase u huwa stmat illi n-nefqa kollha ser tkun ta` madwar Lm19,739.
Infurmat ukoll li ma ingħatat l-ebda tender oħra biex titbiddel is-sistema preżenti.
B'referenza għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi rigward n-nies żejda mal-Gvern, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema żejda li jaħdmu mal Gvern? F'liema dipartiment qegħdin u x'inhu il-grad tagħhom? X'qiegħed jagħmel l-MPO biex dawn jiġu assenjati xogħol alternattiv?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien kull dipartiment ikollu xi nies ’l fuq mill-“complement” jew taħt il-“complement”.
Fl-ewwel każ isiru arranġamenti għal “re-deployment” u fit-tieni każ, fejn hu assolutament neċassarju, jittieħdu passi biex il-vakanzi jimtlew.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4242 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid kemm hu ppjanat li jonfoq il-gvern fuq il-festi nazzjonali tal-31 ta' Marzu, 2004 fl-għeluq tal-25 anniversarju?
X'inhuma ċ-ċelebrazzjonijiet li beħsiebu jagħmel il-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-programm ta' l-attivitajiet sabiex jiġi ċċelebrat il-25 anniversarju ta' Jum il-Ħelsien għadu ma ġiex ffinalizzat.
Infurmat pero' li din is-sena mhux ser ikun possibbli li r-Regatta tal-31 ta' Marzu issir quddiem il-Maċina u dan minħabba x-xogħol ta' żvilupp li għaddej bħalissa. Għalhekk din is-sena ir-regatta ser tinżamm minn Ras Ħanżir sa quddiem id-Dwana l-Antika. Dan fisser li kellha ssir żieda addizzjonali fin-nefqa ta' Lm 5,000 aktar mis-sena l-oħra.
Għalhekk ġew ivvutati Lm 9,500.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4276 u cioe' jista' jgħid kemm hemm mobile phones fid-dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm 87 mobile phone. Dawn jintużaw minn uffiċjali għoljin f'dawn l-entitajiet u minn xi uffiċjali oħrajn skond il-bżonn. L-ispiża totali għas-sena 2003 kienet ta' Lm36,530.07.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ta’ min igħid li s-safar kollu kien awtorizzat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru. Dawk l-uffiċjali mill-Ministeru, jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu li siefru first class jew club class huma indikati fit-tabella.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna s-safar ta' l-uffiċjali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista l-Onor Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirriferi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienuj jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultalix li kien hemm xi entita’, regolatur jew enti pubbliku ieħor li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li daħħlu xi flus matul l-2003 liema flus, f’xi żmien qabel l-1998, kienu jidħlu direttament bħala revenue fil-fond konsolidat u nklużi fl-Estimi Ġenerali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitx mid-Dipartimenti kollha, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jirreferi u wara nara jekk hiex utli li jinħela żmien biex tinġabar l-informazzjoni li tkun mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.