Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Mobile Phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8091 u 7748 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati f’Dipartimenti tal-Gvern li huma ntitolati għal mobile phone ma jistgħux jaqbżu s-somma ta’ Lm350 fis-sena ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu jkunu awtorizzati mis-Segretarju Permanenti responsabbli. Fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant, kien hemm ħames uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u erba’ uffiċjali fil-Ministeru tal-Finanzi li qabżu dan l-ammont. F’kull każ jew kien hemm l-awtorizzazzjoni meħtieġa jew l-uffiċjal irrifonda l-flus ħlief għal każ wieħed li għadu pendenti minħabba diffikultajiet dwar il-kont

ADT — Permess għal mini bus

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex permess għall-mini bus ta' 30 persuna ġiet miċħuda mill-awtorita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar informazzjoni rigward il-każ li għalih qed jirreferi, speċjalment minħabba l-fatt illi vettura b'seating capacity ta' 30 passiġġier hija coach u mhux mini bus.

Pulizija — Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7738?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jikkonċerna d-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat li l-ammont dovut lis-sidien tal-karozzi fuq ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern hu ta' tlett mija u disgħin lira (Lm390). Dan l-ammont jirrigwardja d-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja u dan ser jinġabar mingħand l-istess impjegati.

Servizz Pubbliku — Skrivani ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid hux il-ħsieb tal-gvern li jimpjega l-kumplament ta' l-iskrivani li għaddew mill-aħħar eżami? Kemm għaddew mill-imsemmi eżami u kemm ġew impjegati sa issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet il-validità ta’ l-eżami għar-reklutaġġ ta’ Skrivani mas-Servizz Pubbliku skada fil-15 ta’ Mejju 2004. Għaldaqstant it-tweġibiet mitluba mhumiex relevanti.

Entitajiet tal-Gvern — Self

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' self li għandhom entitajiet tal-gvern bl-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi? Kemm minn dan is-self huwa ma' banek lokali u kemm huwa ma' banek/soċjetajiet barranin? X'inhi r-rata ta' imgħax f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fil-lista mehmuża. Din il-lista tikkonsisti fil-bilanċi fl-aħħar ta’ Ġunju tas-self li għandhom l-entitajiet tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, bl-imgħax medju għal kull entità.

Servizz Ċivili — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Pulizija — Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont dovut ta' ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? X'passi qiegħed jieħu l-ministeru biex dawn il-multi jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz Ċivili — Użu ta' vetturi mill-impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Servizz ta' ISP providers

Question

Peress li l-gvern qiegħed jipprovdi servizz ta' l-internet u e-mail lill-impjegati tiegħu, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu awtorizzax li impjegati tal-gvern/ministeri jużaw (a spejjeż tal-gvern) is-servizz ta' ISP providers privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern jipprovdi numru sostanzjali ta’ e-mail accounts u numru ferm aktar ristrett ta’ internet accounts lill-impjegati tiegħu skond il-ħtieġa tax-xogħol. Dan is-servizz hu provdut lilhom bl-aċċess minn fuq il-post tax-xogħol. Ninsab infurmat ukoll li hemm numru ferm żgħir ta’ impjegati f’karigi għoljin fis-Servizz Pubbliku li għal finijiet ta’ xogħol ikollhom bżonn aċċess għal e-mail mid-dar wara l-ħin tax-xogħol. Għaldaqstant il-Gvern ipprovda l-faċilità li jiġu mogħtija ADSL jew Cable connection mid-dar għal MITTS Ltd. Il-Gvern mhux iħallas lil ISP Provider privat biex jipprovdi s-servizz ta’ l-internet lill-impjegati.

Uffiċini mikrija lill-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Mobile phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #72 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' ambaxxata fi Brussell

Question

Jista' il-Ministru jagħti dawn id-dettalji dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata fi Brussell:- 1) kemm hu l-prezz finali tal-proprjeta? 2) kemm hi stmata l-konsiderazzjoni biex din tiġi refurbished u attrezzata? 3) kemm hu l-ħlas tal-konsulenzi legali f'Malta u fi Brussell cioe' tal-konsulenti legali rispettivi mqabbda mill-gvern? Liema kienu l-firms imqabbda lokalment u fi Brussell? 4) kemm tħallset taxxa ta' trasferiment u spejjeż notalili? 5) kien hemm senserija nvolta? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tas-soċjeta' imqabbda bħala aġent għax-xiri? 6) il-gvern xtara direttament mingħanjd il-proprjetarji jew mingħand "Middleman" cioe' fl-akkwist tal-proprjeta' in kwestjoni? Kine hemm ċessjoni ta' drittijiet?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall Belġju u Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.

Sptar Mater Dei — Kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet

Question

Peress li jidher li teżisti kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet li għad fadal fl-isptar il-ġdid, jista' il-Prim Ministru: 1) jgħid kemm jammontaw fi flus id-diskrepanzi bejn dak proġettat u dak mitlub mill-kumpannija Skanska? 2) jgħid jekk teżistix kwestjoni bejn is-supplier ta' l-apparat u FMS dwar l-istess apparat li qed jiġi provdut lill-isptar Mater Dei? 3) jgħid jekk it-tobba humiex sodisfatti bl-apparat li qed jiġi provdut skond l-istess kuntratt ta' apparat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proċess biex jistabbilixxi l-ammont fi flus ta’ dawk il-varjazzjonijiet approvati mill-FMS fuq dan il-proġett. Ma teżisti l-ebda kwestjoni bejn is-supplier ta’ l-apparat mediku u l-FMS. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-apparat saru fuq parir ta’ l-end users.

Dipartiment tas-Saħħa — Suppliers tal-mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-supplier għall-mediċini llum u dan wara li tħallsu ammont sostanzjali riċentement?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu dawn l-ammonti dovuti fl-aħħar ta' Ġunju 2004: LM Għall-mediċini u strumenti mediċi 8,639,448 Għal servizzi oħra 9,550 Total 8,648,998 L-ammont li tħallas bejn Jannar u Ġunju 2004 huwa ta' Lm10,852,337. Irridu niċċaraw li l-informazzjoni li qegħdin nipprovdu tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti: (a) fejn l' invoice tkun diġa waslet fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi (b) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.

OPM — Segretarji Permanenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) x'tip ta' allowances u salarju qed jirċievi: i) Principal Permanent Secretary fl-uffiċċju tal-Prim Ministru; ii) Permanent Secretary fl-istess uffiċċju tal-Prim Ministru? b) Jekk l-allowance f'kull każ humiex inklużi għall-fini ta' komputazzjoni ta' pensjoni tas-servizz? c) Jekk l-istess prinċipji jew benefiċċji japplikawx għall-permanent secretaries f'kull ministeru/dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar is-Segretarju Permanenti Ewlieni, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 1, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jara t-tweġiba li diġà ngħatat fl-1 ta’ Marzu 2004 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4492 fejn fiha hemm id-dettalji li hu qed jitlob. Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 2, baqa’ jżomm l-istess kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju li kellu bħala Segretarju Permanenti f’Ministeru ieħor. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant jaf li l-prinċipji japplikaw għal kulħadd l-istess, ikun x’ikun il-grad u tkun min tkun il-persuna. Il-benefiċċji jvarjaw skond il-grad iżda dawn huma l-istess għas-Segretarji Permanenti kollha li qegħdin fuq skala ta’ salarju numru 2 u l-allowances li jingħataw bħala performance bonus u expense allowance kemm lis-Segretarju Permanenti Ewlieni kif ukoll lis-Segretarji Permanenti, mhumiex pensjonabbli.

UE — Kuntratti ta' translation għal-lingwa Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-individwi u soċjetajiet li ngħataw il-kuntratt/i ta' translation għall-Malti ta' direttivi, eċċ. ta' l-EU matul l-2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher hawn taħt:- Euris Consult Ltd J. Zammit Mangion CDF Advocates Charlo' Bonniċi Charles Vella Claudine Camilleri Dr Ivan Gatt Debbie Grech GTS Ltd Denise Gatt Mark/Angele Scicluna Doris Spiteri Achille Mizzi Dorothy Calleja Alison Scerri Dr Franco Bondin Carmelo Grima Franco Masini Dr Lorna Cachia Frans Said Dr Louise Farrugia Henry Naudi Mario Padovani Ingrid Zerafa Dr Sandra Vassallo James Farrugia Dr Victor Zammit Josef Trapani Alfred Pace Carmen Bondin Kevin Incorvaja