Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GVN-451 fil-preżent mhix irreġistrata fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mid-dokumenti ta’ l-Uffiċċju jidher li qatt ma kienet irreġistrata fuq dan l-Uffiċċju.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qeda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi tweġiba oħra.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li l-gvern daħħal bħala taxxa tal-boll u provisional capital gains tax fuq kuntratti pubbliċi xahar b'xahar bejn Jannar 2002 u Settembru 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien is-sehem/kontribuzzjoni Maltija lill-Unjoni Ewropea xahar b'xahar bejn l-1 ta' mejju 2004 sal-lum? Kif tħallsu dawn il-flus/kontribuzzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Iżda magħha qed inżid ukoll informazzjoni ta’ dak li Malta rċeviet matul l-istess perjodu mill-Unjoni Ewropea. Dan qed nagħmlu biex tingħata stampa sħiħa tal-qagħda tal-pagamenti lejn u mill-Unjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx stampati passaporti ġodda Maltin bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm kien l-ammont ta' dawn il-passaporti? Kemm kienet l-ispiża għalihom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi numru ta' passaporti li ġew obsolete?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma ġewx stampati passaporti ġodda bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea. Il-passaporti li kienu fl-
istock
fl-1 ta' Mejju 2004, li kienu jammontaw għal 37,200 ġie stampat fuqhom il-kliem "Unjoni Ewropea" liema stampar ġie jiswa Lm1,756.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8204.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8090.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones? Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8211.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7743?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera li l-Gvern ħallas lill-privat għall-użu ta’ uffiċini/postijiet oħra mikrija lilu jew entitajiet tiegħu huwa kif jidher fil-lista mehmuża.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8090 u 7743 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8090.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8200 fis-Seduta Numru 176.
(Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM)
(Seduta Numru: 178)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 7735 u 8092 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom, li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mas-Servizz Pubbliku hemm jaħdmu 88 persuna li għandhom aktar minn 61 sena. F’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 7 persuni oħra li wkoll għandhom aktar minn 61 sena.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi nformazzjoni oħra dwar entitajiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8094 u 7740 u cioe' jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura fis-seħħ fir-rigward ta’ multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għall-vetturi li huma wżati minn impjegati tal-Gvern, hi li dawn jitħallsu mill-uffiċjali in kwistjoni. F’każijiet fejn il-ħlas ikun diġà sar mill-Ministeru, l-uffiċjal nvolut jintalab jirrifondi l-ammont dovut. Ninsab infurmat li kull każ jiġi nvestigat mill-Ministeru kkonċernat u jista’ jkun li jirriżultaw xi ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu b’xi mod jiġġustifikaw li l-kontravenzjoni titħallas minn fondi pubbliċi.
Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi kien hemm totali ta’ 12-il każ fejn ġie awtorizzat ħlas ta’ multi/ċitazzjonijiet minn fondi pubbliċi.
Għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fiż-żewġ Ministeri għad hemm erba’ claims pendenti magħmula minn sidien ta’ garages ta’ karozzi tal-kiri. Dawn għadhom qed jiġu vverifikati.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8090 u 7743 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu? Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern? Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.