Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-użu ta’ mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta’ mpjegati f’dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistant Segretarju Privat u l-Communications Co-Ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F’ċerti każijiet jistgħu jkunu intitolati ukoll impjegati fil-grad ta’ Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta’ flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta’ Lm 6,208.78. Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Mobile phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-użu ta’ mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarjati Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communication Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F’ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll l-impjegati fil-grad ta’ Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. Mid-data li jiena ħadt il-ġurament bħala Prim Ministru sa llum, it-total ta’ flus tħallsu fuq mobile telephone użati minn membri tas-Segretarjat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru hu Lm1992.75 imma ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone . (Tweġiba mogħtija: 18/11/2004PM) (Seduta Numru: 190)

Ġustizzja u Intern — Mobile phones

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (BORG, TONIO)

L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm2,541.09. Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 mill-impjegati fis-segretarjat privat huwa ta' Lm2109.85. Dawk intitolati u l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 huma : Kap tas-Segretarjat - Lm 833.38 Is-Segretarju Privat - Lm 193.83 Il-Kordinatur tal-Komunikazzjoni - Lm1082.64

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Gudelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-Ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi u dawk ta' qabli bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm6,063,74.
Leg 10 PQ #8920 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-użu ta' mobile telephones fis-Segratarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett , dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segratarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-Ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm 6,950.93 Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista li tipprovdi nformazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtoriżża dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.
Leg 10 PQ #8910 Sitting 189 2004-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar 2004 sallum, id-destinazzjoni ta’ dan is-safar, kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F’dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li hawa l-każ li noqgħod ngħati l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f’dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu b’sezzjonijiet 8.5 – 8.11 tal-Public Service Management Code’.

Saħħa — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali tad-Dipartiment u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar, kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtoriżża dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu b'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta’ dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F’dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f’dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu b’sezzjonijiet 8.5 – 8.11 tal-Public Service Management Code.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni involuti f'dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jibsabu b'sezzjonijiet 8.5-8.11 tal-Public Service management Code.

OPM — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, sa fejn hu possibli, qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Onorevoli Interpellant japprezza li n-natura ta' dan il-Ministeru hija tali li tesiġi ħafna safar. L-informazzjoni, għalhekk għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #8907 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Riċerki/trasferimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita' xahar b'xahar matul Jannar 2004 u Ottubru 2004? Kemm kien il-ħlas li l-gvern ħallas lill-kuntrattur għas-servizzi ta' riċerki li dan ipprovda lill-gvern matul l-istess perijodu? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-gvern għandu jieħu ta' riċerki li ma nġabrux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Jannar 2004 u Ottubru 2004 l-ammont ta’ flus miġbura u mħallsa għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita’ mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet huwa kif ġej: Riċerki Ammont ta’ flus miġbura mill-Gvern Ammont ta’ flus li l-Gvern ħallas lill-Kuntrattur 2004 Lm Lm Jannar 100,146 98,261 11,202 rigward żieda fil-paga minima Frar 82,365 80,992 9,233 rigward żieda fil-paga minima Marzu 98,097 96,462 10,997 rigward żieda fil-paga minima April 110,300 108,461 Mejju 103,356 101,634 Ġunju 94,408 92,831 Lulju 85,574 82,287 Awissu 84,532 80,432 Settembru 83,824 79,928 Ottubru 91,928 87,632 Total 934,530 940,352 Infurmat ukoll illi l-ammont ta’ flus li l-Gvern għandu jieħu ta’ riċerki li ma nġabrux huwa ta’ Lm30,801.87,0.