Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — investigazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tispjega kif jiġi investigat inċident mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Xi jsir minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tinvestiga kull każ ta’ inċident li jwassal għal fatalità fuq ix-xogħol kif ukoll inċidenti li ssir taf bihom u li jkollhom konsegwenzi serji. Tinvestiga wkoll numru ta’ każijiet li jkunu riferuti lilha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Fil-każ ta’ nċidenti li jkunu taħt inkjesta Maġisterjali, l-OHSA tistenna l-eżitu tal-inkjesta biex ma jiġix preġudikat il-każ in kwestjoni. Il-passi li jittieħdu f’dawn il-każijiet jiddependu mill-eżitu tal-investigazzjoni tal-OHSA, li tkun trid tinfurma lill-Pulizija dwar akkużi possibbli f’dawk il-każijiet fejn jinstab ksur tal-liġi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
F’każijiet fejn ma jkunux appuntati inkjesti Maġisterjali, l-OHSA taġixxi skont l-
Enforcement Policy
tagħha, li sservi ta’ gwida dwar l-azzjoni li tkun trid tittieħed mill-OHSA.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – evalwazzjonijiet ta’ aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħaditx sehem f’evalwazzjonijiet ta’ aġenziji simili għaliha fl-Unjoni Ewropea matul l-2015? Tista’ tgħid jekk l-OHSA ġietx evalwata minn aġenziji simili għaliha fl-2014/15 u jekk iva, x’kien l-eżitu ta’ dawn l-evalwazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015, L-OHSA pparteċipat f’evalwazzjoni waħda, jiġifieri dik tal-ispettorat tal-Portugall.
Evalwazzjonijiet ta’ spettorati mis-
Senior Labour Inspectors Committee
, għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea, jsiru skont roster approvat mill-Kummissjoni. Dak tal-OHSA jmissha ssir fit-tieni nofs tal-2016.
Uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mibgħuta f’aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi skambji ta’ uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq l-Post tax-Xogħol (OHSA) bejn Malta u aġenziji fl-Unjoni Ewropea fis-snin 2014 u 2015? Jekk iva, tista’ tagħti dettalji dwar dawn l-iskambji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2014, sar skambju wieħed, fejn uffiċċjal kellu l-opportunità jara aspetti ta’ saħħa u sigurtà relatati mal-ħażna u mad-distribuzzjoni ta’ LNG.
Matul l-2015, sar skambju biex tingħata l-opportunità li jkunu analiżżati l-operazzjoni tal-ispettorat, rigward l-iżvilupp ta’
operations manual
u tas-sistemi ta’ ICT użati. Matul l-2015, l-OHSA irċeviet talbiet mill-ispettorati tar-Rumanija u ta’ Ċipru biex jibgħatu spetturi minn tagħhom, biex jaraw diversi aspetti relatati mal-ħidma tal-OHSA, inkluż ħidma fost SMEs, żamma ta’ databases, kif isiru l-ispezzjonijiet, standard operating procedures, u materji varji oħra.
Kien hemm ukoll żjara informali minn delegazzjoni mill-Estonja biex jistudjaw l-operat tal-OHSA, u jitgħallmu mill-esperjenza tagħhom. L-OHSA diġa rċeviet talba għal żjara simili iktar tard din is-sena, minn spettorat f’pajjiż ieħor.
Il-feedback li rċeviet l-OHSA mill-ispetturi li jiġu jżuruha kien wieħed pożittiv.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — kampanji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kampanji hemm ippjanati għall-2016 mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u liema setturi jolqtu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li rigward kampanji ta’ twassil ta’ nformazzjoni, l-OHSA se torganiżża kampanji relatati mal-anzjanità attiva, kampanji ta’ promozzjoni fl-iskejjel, u kampanji permezz tal-mezzi tax-xandir u stampati dwar temi u setturi differenti.
Fir-rigward ta’ kampanji ta’ spezzjoni, hija l-intenzjoni tal-OHSA li jsiru tali kampanji fis-setturi tal-
gaming industry
, tal-kumpaniji tal
-insurance, hotels and restaurants
, stamperiji, barrieri u tat-tarznari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jiġu mgħaġġla u mħaffa l-proċessi tal-Iskemi tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tanalizza l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, sabiex naraw li jitnaqqas iż-żmien. Fl-2013, l-Awtorita’ tad-Djar ħadet inizzjativa biex l-applikanti li jkunu qed jirċievu l-assistenza soċjali, pensjoni mhux kontributorja u benefiċċji tal-qagħad, ma jsirilhom l-ebda eżami tal-mezzi u għalhekk l-applikazzjoni tinħadem fl-anqas ħin possibbli. Sar ukoll eżerċizzju fejn ġie deċiż li l-ispezzjonijet marbuta mal-iskemi tal-Awtorita’ tad-Djar, għandhom isiru fi żmien qasir u stabbilit minn meta l-applikazzjoni tidħol għand l-Awtorita’ tad-Djar. Matul din is-sena l-Awtorita’ tad-Djar, ser tkompli bl-istudju tagħha fuq il-proċessar tal-iskemi, sabiex ikun żgurat li jitnaqqas, fejn huwa possibli, iż-żmien tal-iproċċesar tal-applikazzjonijiet, u anke jiddaħlu timeframes speċifiċi
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, wara eżerċizzju li sar lejn l-aħħar tal-2015, irriżulta li, kien hemm titjib sostanzjali fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, hekk kif l-applikazzjonijiet qegħdin kull sena jiġu approvati f’anqas żmien. It-tabella t’hawn taħt turi x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju:
Medja ta’ ġranet ta' proċess għal kull applikazzjoni
Skema
2012
2013
2014
2015
ADP – Skema ta’ Irranġar u Titjib
392
264
156
115
DIS – Skema ta’ Diżabilita’
276
235
215
1
68
RSS – Skema ta’ Sussidju tal-Kera
220
204
116
98
GFR – Għotja fuq Bini/Irranġar/Titjib tal-ewwel residenza.
132
119
118
89
It-tabella t’hawn fuq qed turi li għal kull skema kien hemm titjieb sostanzjali u tnaqqis fiż-żmien ta’ kemm iddum biex tiġi ipproċessata applikazzjoni.
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li minkejja it-titjib li ġie rreġistrat, l-Awtorita’ tad-Djar ser tkompli bil-ħidma tagħha, biex tabilħaqq tirreġistra aktar tnaqqis fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-iskemi varji li l-Awtorita’ tad-Djar tippromovi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat tal-MCESD fl-2014 u fl-2015, sena b’sena? Tista’ tgħid x’kienu s-suġġetti ewlenin li ġew diskussi waqt dawn il-laqgħat?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-attivitajiet tal-MCESD jintalbux mill-Gvern jew inkella jistgħux isiru fuq inizjattiva tal-MCESD stess?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma tibda sena gdida, ssir laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv fi ħdan MCESD fejn tiġi diskussa l-agenda dwar temi li għandhom jiġu diskussi matul is-sena. L-isħab Soċjali bħala rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet speċifiċi tagħhom jagħżlu temi li jixtiequ li jiġu diskussi iżda ukoll jinqalgħu temi oħra ad hoc fuq ġrajjiet ekonomiċi u soċjali kurrenti.
Barra minn hekk, l-MCESD sikwit tigi mitluba minn Ministeri differenti biex issir diskussjoni fuq suġġetti mitluba minnhom, b’mod partikolari mill-Ministeru tal-Finanzi meta fl-MCESD isiru bosta laqgħat għat-tħejjija tal- Budget.
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar f’dawn l-aħħar sentejn u nofs sabiex tissaħħaħ l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi ġdid maħtur taħt din l-Amministrazzjoni fl-1 ta' Gunju 2013;
· Ikkummissjona studji indipendenti biex ikun hemm stampa izjed ċara f'liema sitwazzjoni kienet l-Awtorita’. Minn dawn l-istudji, gie stabbilit li kien hemm bzonn ta’ ristrutturar u tisħieħ fl-amministrazzjoni, reklutaġġ u finanzi tal-Awtorita. B’rizultat ta’ dan saret
Business Plan
għas-snin 2014-2016 li ġie sottomess lill-Ministeru tal-Finanzi.
Wara dan beda l-proċess ta’ reklutaġġ u li sa llum l-uffiċjali żdiedu b’madwar 30% li l-maġġoranza tagħhom huma professjonisti. Barra li t-top management issa huwa kważi kollu f'postu. Il-proċess ta' reklutaġġ għadu għaddej.
· Inħarġu wkoll l-Annual Reports għas-snin 2011-2012 li ma kienux ħarġu taħt il-Bord ta' qabel. Harġu wkoll l-Annual reports għas-snin 2013 u 2014. F'dawn l-aħħar rapporti ħareġ biċ-ċar it-titjib li sar fl-operat ta din l-Awtorita’ kif ukoll f'dak li huma finanzi għax minn telf ta' €430,000 fit-2013 dan inbidel għall-bilanċ favorevoli ta' €320,000 fit-2014.
· Sar xogħol biex jintlaħqu l-miri tal-programm elettorali.
· Qed isir xogħol biex jiġi ssimplifikat il-burokrazzija u dan anke permess ta’ reklutaġġ ta'
I
C
T
Manager
gdid. B’rizultat t’hekk qieghed issir xogħol biex aktar informazzjoni u/jew servizzi offruti mill-Awtorita jitpoġġew
online
biex ikun aċċessibli iżjed faċilment mill-konsumaturi u l-kummercjanti.
· Sar eżercizzju biex ikun hemm iżjed kollaborazzjoni bejn l-erbgħa Entitajiet fi ħdan din l-Aworita biex il-konsumatur u l-kummerċjant jiġi infurmat aħjar dwar l-obbligi u d-drittijiet tiegħu. Din il-kollaborazzjoni qed isservi wkoll biex is-suq jigi ssorveljat b'mod iżjed effiċjenti.
· Il-
Management
il-ġdid ħa azzjoni biex jassigura is-sigurta u s-saħħa tal-impjegati fl-Awtorita. Fil-fatt tneħħa saqaf tal-
asbestos
li kien hemm fil- viċinanzi tal-uffiċċju li minħabba fih kienu qed jinżammu magħluqa twieqi fl-istess uffiċċju. Barra minhekk inbidel il-lift ġewwa l-istess uffiċċju u sar fire-exit funzjonanti li ma kiex jeżisti qabel ma twaqqaf il-Bord il-ġdid.
Wara audit li sar fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra mill-British Standard Insitute, dawn ħarġu rapport fejn qalu li:
“Il-
Quality Management System (QMS)
ta’ l-MCCAA hija implimentata sew u issa hemm evidenza b-saħħitha ta' impenn u tmexxija eċċellenti minn naħa tal-
management
eżekuttiv ta’ l-MCCAA, li hu mmexxi mic-Chairman ta’ l-MCCAA. Il-
QMS
qed jiġi stabbilit sew u integrat fl-organizzazzjoni w operat ta’ l-MCCAA. Dan huwa titjib ċar u sinifikanti fl-organizzazzjoni fejn il-
leadership
u l-impenn tas-
Senior Management team
jinstabu fis-sinsla tal-organizzazzjoni... Dawn joħolqu ambjent li fih l-impjegati jistgħu jwettqu efficjentement u jħossu li l-kontribuzzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom hija rikonoxxuta mill-amministrazzjoni”.
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex tiżgura li l-prodotti mibjugħa ma jkunux ta’ periklu għall-konsumaturi, speċjalment fejn jidħlu t-tfal? Tista’ tgħid jekk bħala pajjiż hux qed nimxu fuq inizjattivi Ewropej f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-(MCCAA) hija l-Awtorità Kompetenti Maltija dwar is-Sigurtà tal-prodotti li m’humiex ikel jew mediċini.
Id-direttivi u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea assoċjati mas-sigurtà tal-prodotti (inkluża d-direttiva tal-ġugarelli u prodotti tal-elettriku), ġew trasposti mill-Awtorita’, fil-leġiżlazzjoni Nazzjonali. L-Awtorita’ hija wkoll responsabbli għall-infurzar ta' dawn il-liġijiet sabiex twettaq l-obbligi legali tagħha, u b’hekk tassigura li l-prodotti in kwistjoni huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
L-MCCAA tagħmel diversi ħidmiet fejn jidhlu sigurta’ tal-prodotti. Per eżempju spezzjonar fil-ħwienet u swieq, diskussjonijiet u laqgħat mal-operaturi , kooperazzjoni ma’ entitajiet relatati oħra tal-Gvern, investigazzjoni ta’ ilmenti fuq prodotti, testjar ta’ prodotti, ħruġ ta’ Press Releases u
warning statements
u wkoll infurzar kif meħtieg..
L-Awtorita’ tieħu sehem attiv ħafna f’diversi
Joint Actions
miżmuma fuq livell Ewropew kif ukoll sabiex tkun tista’ tittestja prodotti f’laboratorji akkreditati li m’hawnx minnhom f’Malta.
Meta jinstab xi prodott li jista’ jkun ta’ riskju serju għall-konsumaturi, l-Awtorita’ tieħu ħsieb li tinnotifika lill-istati membri tal-Unjoni Ewropeja b’mezzi speċjaliżżati u mandatorji. Matul l-2015 biss, l-Awtorita’ nnotifikat xejn inqas minn 23 prodott differenti li 8 minnhom kienu ġugarelli. L-Awtorita’ tieħu sehem ukoll f’diversi fora Ewropej sabiex ikun żgurat illi l-azzjonijiet tagħha jkunu konformi ma’ dawk kurrenti fl-Ewropa. L-Awtorita’ qegħda tistudja miżuri oħra ta’ kooperazzjoni ma’ Awtoritajiet / Dipartimenti biex jiżdied l-infurzar kontra prodotti li jistgħu jimponu riskji serji fuq il-konsumatur.
Premju ta’ rikonoxximent lil negozji biex ikunu aktar consumer friendly
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex imniedi l-Premju ta’ Rikonoxximent biex jinkoraġġixxi li n-negozji jkunu aktar consumer friendly? Jekk iva, tista’ tgħid kif ibbenefikaw ir-rebbieħa sabiex jipprovdu servizz aħjar lill-konsumaturi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Premju ta’ Rikonoxximent sive Premju Servizz bi Tbissima, biex jinkoraġġixxu lin-negozji jkunu aktar consumer friendly, ġie mniedi f’Marzu tal-2015. Is-serata ta’ premjazzjoni ttellgħet fit-18 ta’ Settembru 2015 fejn ingħataw il-premjijiet lir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni.
Waqt li l-parteċipanti kollha ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, il-kumpaniji li ġew fl-ewwel, it-tieni, u t-tielet post ingħataw trofew. Ir-rebbieħa ġew irreklamati fil-paġna tal-konsmatur fis-Sunday Times. Ser isiru ukoll riklami apposta fil-midja lokali fejn jissemmew ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni filwaqt li tiġi mħabbra t-tieni edizzjoni.
Sadanittant fi Frar 2016, se jiġi organizzat nofstanhar taħriġ mingħajr ħlas għal diversi mill-ħaddiema tal-istabbilimenti li pparteċipaw. Dan it-taħriġ se jiffoka fuq
customer care
kif ukoll se jipprovdi tagħrif dwar il-liġijiet tad-drittijiet tal-konsumatur, fosthom il-garanzija fuq il-prodotti u indikazzjoni tal-prezzijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu pensjoni kontributorja fi tmiem Diċembru 2014 u kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li qed jieħdu l-istess pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li kienu jirċievu pensjoni kontributorja fi tmiem Diċembru 2014, u n-numru ta’ pensjonanti li qed jieħdu l-istess pensjoni llum, skont statistika li tiġbor informazzjoni sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, huwa kif indikat hawn taħt:
Tip ta’ Pensjoni Diċembru 2014 Diċembru 2015
Pensjoni tal-Irtirar 59,246 61,363
Pensjoni tar-Romol 16,148 16,331
Pensjoni tal-Invalidità 4,375 4,099
Total 79,769 81,793
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-Riforma dwar il-Pensjonijiet li kienet ġiet imħabbra, hemmx il-ħsieb li l-istess grupp jissokta jaħdem għal aktar titjib f’dan il-qasam? Jekk iva, il-Ministru għandu xi pjanijiet jew terms of reference għall-Grupp ta’ Strateġija dwar il-Pensjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Grupp ta’ Strateġija dwar il-Pensjonijiet se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu, biex fost oħrajn ikompli jirrakkomanda lill-Gvern miżuri li waqt li jkomplu jtejbu l-għixien ta’ l-eluf ta’pensjonanti, jissalvagwardjaw is-sostenibbilta’ tas-sistema fil-futur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja huwa ta’ 8,143, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta’ Pensjoni
Total
Pensjoni tal-Età (AP)
4,974
Pensjoni ta’ persuni nieqsa mid-dawl (BLD)
280
Pensjoni tad-Diżabilità Intellettwali (HP)
2,082
Pensjoni tad-Diżabilita Severa (SHP)
717
Pensjoni tal-Wens (PW)
90
Total
8,143
Din l-istatistika hija meħuda skont l-aħħar pagamenti li tħallsu fid-9 ta’ Jannar 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jieħdu l-Pensjoni ta’ Diżabilità u jaħdmu, u allura mhu jitnaqqsilhom xejn mill-pensjoni tagħhom kif kien jiġri sa ftit żmien ilu taħt l-Amministrazzjoni preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jirċievu pensjoni ta’ diżabilità u jaħdmu, huwa ta’ 607. Irrispettivament mill-qliegħ tagħhom, bil-miżura mħabbra fil-budget is-sena li għaddiet issa huma intitolati għal-pensjoni ta’ diżabilita’ sħiħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar matul din is-sena fir-rigward ta’ ftehim u komunikazzjoni ma’ pajjiżi terzi sabiex jiġu megħjuna dawk il-familji li jixtiequ jadottaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sabiex tingħata għajnuna lil dawk il-familji li jixtiequ jaddottaw, l-Awtorita’ Ċentrali ta’ Malta tikkomunika mal-Awtoritajiet Ċentrali tal-pajjiżi rispettivi.
F’dan ir-rigward, ġie ffirmat ftehim mal-Vjetnam filwaqt li saret ukoll komunikazzjoni mal-Bulgarija, il-Kambodja, il-Brażil, iċ-Ċili, l-Indja, il-Polonja, il-Kosovo, ir-Repubblika Ċeka, il-Moldova u l-Istati Uniti tal-Amerika; fejn dawn il-pajjiżi wrew interess biex jikkoperaw ma’ Malta. Mill-banda l-oħra, il-Kroazja, il-Latvja, l-Armenija, il-Litwanja, it-Tajlandja, l-Ungerija u ċ-Ċina, ma wrewx interess li jkollhom xi forma ta’ ftehim ma’ Malta.
L-Awtorita’ Ċentrali ta’ Malta tieħu ħsieb li tinforma lill-Aġenziji Akkreditati Maltin bil-pajjiżi li jkunu wrew interess li jikkoperaw ma’ Malta. Meta l-pajjiż li jkun jixtieq kooperazzjoni ma’ Malta jkun bħal Malta ukoll firmatarju tal-Konvenzjoni tal-Ajja (The Hague), mhux dejjem ikun hemm bżonn li jiġi ffirmat Memorandum of Understanding f’dan ir-rigward. Finalment, tibqa’ dejjem il-prerogattiva tal-pajjiż li jibgħat it-tfal, li jiddeċiedi liema tfal ser jingħataw għall-adozzjoni internazzjonali, u li sussegwentament dan il-pajjiż rispettiv jieħu ħsieb ukoll li jqabbel l-istess tfal ma’ ġenitur/i adottiv/i prospettiv/i.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna tfal fostered ma’ familji u kemm hemm tfal fl-istituti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa Diċembru 2015 kien hemm :
·
211
– il tifel u tifla jirrisjedu fi
Djar tat-Tfal
u
·
233
- il tifel u tifla
Fostered
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – spezzjonijiet fis-settur tal-kostruzzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni matul l-2015? Tista’ tgħid jekk kienx hemm drabi meta twaqqaf xogħol minħabba periklu serju u imminenti fuq xi sit? Jekk iva, kemm kienu dawn id-drabi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015 l-OHSA għamlet 1259 spezzjoni relatati mal-kostruzzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet wasslu biex twaqqaf ix-xogħol f’112 sit ta’ kostruzzjoni minħabba periklu serju u imminenti. F’okkażjonijiet oħra, inħarġu ordnijiet biex jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u, jew ta’ protezzjoni mingħajr ma twaqqaf ix-xogħol.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – spezzjonijiet pro-attivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet pro-attivi matul l-2015? Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar fejn l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha tagħmel dawn l-ispezzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015, l-OHSA organiżżat 1042 spezzjoni ta’ natura pro-attiva.
Dawn l-ispezzjonijiet ġeneralment ikunu jifformaw parti minn kampanji proattivi ta’ nformazzjoni jew ta’ spezzjoni, u li jkunu ppjanati mis-sena ta’ qabel.
Il-mod ta’ kif ikunu ppjanati dawn il-kampanji jiddependi fuq ħafna fatturi , inkluż il-ħtieġa, oriġinata f’livell Ewropew, li ssir tali kampanja biex isiru spezzjonijiet madwar l-Ewropa kollha. Eżempji ta’ dawn it-tipi ta’ kampanji li saru matul iż-żmien kienu jinkludu postijiet li fihom l-asbestos, is-settur tal-kura tas-saħħa (pubbliku u privat),
warehousing
,
panel beaters
u manifatturi tal-għamara, risoranti u kċejjen.
Fuq livell lokali, is-setturi jkunu identifikati jew għax tkun inħasset il-ħtieġa ta’ spezzjoni minħabba perikli partikolari, jew biex titwassal informazzjoni ġdida. Eżempji ta’ kampanji ta’ dan it-tip jinkludu kampanji ta’ spezzjoni għal dawk li jiġbru l-iskart domestiku, fil-kostruzzjoni, lukandi, uffiċċji, barrieri, armar u waqgħat mill-għoli, krejnijiet,
fork lift trucks
, agrikoltura, settur tal-manifattura u
hairdressers
.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — spezzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-2013, 2014 u 2015 u f’liema setturi saru?
Response (DALLI, HELENA)
L-OHSA organiżżat is-segwenti spezzjonijiet tul il-perjodu msemmi:
Protezzjoni kontra radjazzjoniMagni, apparat, impjanti u stallazzjonijietKostruzzjoniMixxellanji
20131084911890207
2014884431974191
2015625271259291
In-numru ta’ spezzjonijiet għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest ta’ sistemi u proċessi oħra li tuża l-OHSA biex tkun assigurata l-konformità mal-liġi. Eżempju wieħed ta’ dawn is-sistemi jikkonċerna l-iskrutinju ta’ magni, apparat u nġenji mill-OHSA. Fil-perjodu msemmi, kienu eżaminati s-segwenti ċerifikati, li ħafna drabi, eliminaw il-ħtieġa ta’ spezzjoni.
Ċertifikati ta' magni, apparat u nġenji skrutiniżżati
2013
6168
2014
5734
2015
6038
Tista’ l-Ministru tindika l-ammont ta’ fondi li ngħataw lis-settur tal-volontarjat fl-2013, 2014 u 2015 sabiex isiru proġetti u n-numru ta’ għaqdiet li bbenefikaw? X’tip ta’ progetti saru permezz ta’ dawn il-fondi?
Response (DALLI, HELENA)
Tabella 1 – Small Initiatives Support Scheme (SIS)
Sena
2013
2014
2015
Ammont
€61,461.00
€59,836.50
€71,494.88
Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw
22
20
25
Il-proġetti li saru permezz ta’ dawn il-fondi kienu jindirizzaw oqsma diversi kif indikat hawn taħt:
Kampanji Informattivi
23 proġett
Arti w Kultura
18-il proġett
Attivitajiet u Konferenzi
8 proġetti
Taħriġ
10 proġetti
Websites ġodda
4 proġetti
Ambjent
Proġett wieħed
Saħħa
3 proġetti
Tabella 2 – NGO Co-Financing Fund
Sena
2013
2014
2015
Ammont
€187,508
€168,912
€67,779.74
Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw
25 NGO’s
(31 projects)
18 NGO’s
(25 projects)
13 NGO’s
(15 projects)
F’dawn l aħħar tlett snin taħt il-fond ta’ co-finanzjament għal għaqdiet mhux governativi, dan il-Ministeru provda assitenza finanzjarja lil 71 proġett li kienu amministrati mill-istess ghaqdiet. Dawn il-progetti kienu jindirizzaw oqsma varji, bħal ricerka, aċċesibilta għal nies f’difikulta u taħriġ varju. Dan il-finanzjament għandu l-għan ewlieni biex ipoġġi għaqdiet mhux governativi, f pożizzjoni aħjar biex iwettqu il-proġetti tagħhom u jkunu mħeġġin biex ikomplu jagħmlu użu minn fondi Ewropej.
Tabella 3 – Civil Society Funds
Sena
2013
2014
2015
Ammont
€314,404.29
€349,843.62
€415,065,80
Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw
31
39
48
Fl-istess zmien, 118-il għaqda mhux governattiva ingħataw assistenza finanzjarja bħala inċentiv biex ikomplu fl-impenn u fil-parteċipazzjoni tagħhom f’ambitu Ewropew b’ affilijazzjoni mal-ghaqdiet ekwivalenti tagħhom madwar l-Ewropa. Dan l-incentiv finanzjajrju jippermettilhom ukoll li jkunu parteċipi f’laqgħat u konferenzi barra minn Malta li jgħinhom izommu ruħhom aġġornati fil-qasam tagħhom.
Tabella 4 – NGO Funds
Sena
2013
2014
2015
Ammont
€1,432,000.00
€1,780,000.00
€1,910,145.00
Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw
24
22
26
Il-proġetti li saru permezz ta’ dawn il-fondi kienu jindirizzaw oqsma diversi kif indikat hawn taħt:
Servizzi
22 proġett
Struttura
proġett wieħed
Amministrattiva
proġett wieħed
Taħriġ
2 proġetti