Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni ċara dwar meta se jiġu ngaġġati n-nurses li kkwalifikaw mill-Universita' matul din is-sena?
Peress li hemm vakanzi għalihom fl-isptar, x'inhi r-raġuni li dawn għadhom barra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nurses jiġu ngaġġati wara sejħa pubblika għall-impjieg, liema sejħa qiegħda tiġi proċessata..
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8908 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 42 persuna li għandhom iktar minn 61 sena u li qed jagħtu xi forma ta' servizz.Kollha jaħdmu full-time minbarra wieħed biss li għandu kuntratt.
Informat ukoll li fil-Ministeru hemm 2 persuni. Wieħed jaħdem bil-kuntratt bħala advisor u l-persuna l-oħra jaħdem bil-kuntratt ukoll bħala advisor.
Fl-Universita' ta' Malta hemm 40 persuna, uħud minnhom part-time u oħrajn full-time li ġew miżmuma mill-Universita' fuq approvazzjoni tal-Kunsill wara talba mill-fakulta' rispettiva. Dawn xogħolhom huwa l-iktar bħala lecturers u professuri.
Informat ukoll li fl-MCAST hemm 12-il peruna mpjegati li għandhom iktar minn 61 sena. 7 minnhom jaħdmu bħala lecturers part-time u oħra bħala Reġistrar.
Is-salarji ta' dawn l-impjegati huma kif stabbilit skond rata għal kull sigħa xogħol fl-entitajiet konċernati jew pro-rata skond il-każ jew kif stabbilit għall-impjegati l-oħra jekk is-servizz ikun fuq bażi full-time.
Fil-każ tal-konsulenti fil-Ministeru, persuna għandha Lm11,000 f'sena u l-persuna l-oħra Lm4,766 f'sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija moghtija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma hemmx impjegati li għandhom aktar minn 61 sena ma' kumpaniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministru u tas-Segretarjat Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm7,599.07.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone."
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' mobile phones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinet dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm700.99.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm skrivani impjegati mal-gvern f'kull grad fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' impjegati fl-istess gradi fis-sena 2002 u 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fil-grad ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ 1849, fl-istess xahar fis-sena 2002 kien ta’ 1434 u fl-istess xahar fis-sena 2003 kien ta’ 1631.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ
Is-Sur Godfrey Demarco Reġistratur* Lm8,338 fis-sena, kif ukoll Lm520 petrol allowance + servizz tat-telefon
Is-Sur Paul Crocetta Messaġġier* Lm2,798 fis-sena
Akkademja tal-Pulizija
Is-Sur Joe Gauci Kmandant Lm5,715 fis-sena
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni
L-Imħallef Albert Manche Chairman* Lm7,472 fis-sena, kif ukoll is-servizz ta' karozza bix-xufier, l-użu ta' mobile, servizz tat-telefon, gazzetti/gazzetti tal-Gvern.
* Bla kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minħabba li x-xogħol jinbidel u ma jeżistix complement fiss li miegħu tista’ tkejjel għandekx impjegati żejda jew nieqsa, mhux possibli li tingħata tweġiba definittiva għall-ewwel parti tal-mistoqsija.
Dwar
natural wastage
, ninsab infurmat illi fit-tliet snin li ġejjin ser jirtiraw bl-età 2,099 impjegat, minbarra li hemm xi elf impjegat ieħor li huwa stmat li jistgħu jispiċċaw għal raġunijiet oħra.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (GALEA, ĊENSU)
"L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidlines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretatjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm4228.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone".
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm5,659.23ċ.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-użu ta' mobile telephones fir-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segetarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm2687.49.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjat Privat tal-Ministeri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat l-Assistant Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Settembru 2004 (il-kontijiet ta' Ottubru 2004 għadhom qegħdin jiġu pproċessati) kien ta' Lm1,561.56.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistant Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti kazijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien LM6,592.96
Ma naħsibx li huwa l-kaz li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.