Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9778.
(Tweġiba mogħtija: 12/01/2005PM)
(Seduta Numru: 219)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9850.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 9737.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9738 u cioe' kemm-il applikazzjoni rċieva r-regolatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9577 u coe' jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont ta’ flus maħruġ minn individwi u kumpaniji Maltin matul il-perjodu bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta’ Lm 65,151,000. Kien hemm 10,431-il applikazzjoni. Fl-aħħar ta’ Ottubru 2004, id-depositi f’munita barranija tal-banek kollha li joperaw f’Malta kienu jammontaw ghal Lm 1.370 biljun. Dan l-ammont jinkludi d-depositi ta’ Maltin kif ukoll ta’ barranin.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM)
(Seduta Numru: 207)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM)
(Seduta Numru: 207)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li l-gvern daħħal bħala taxxa tal-boll u provisional capital gains tax fuq kuntratti pubbliċi xahar b'xahar bejn Jannar 2002 u Settembru 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar id-dħul tal-gvern bħala taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq kuntratti pubbliċi ta’ proprjetà immobbli u provisional capital gains tax tinsab fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8903 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8905 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistgħax tingħata.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar.
Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Sevice Management Code.
Peress li t-tagħrif mitlub dwar l-Universita' ta' Malta għadu ma wassalix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Affarijiet Barranin — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8906 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.
Iir-regolamenti dwar is-safar uffiċċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8907 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjonijiet ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar.
Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.
Ministeru għall-Investiment — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8912 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-munita li biha ġie redatt il-kuntratt ta' privatizzazzjoni tal-Freeport hija d-dollaru Amerikan, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rata tad-dollaru mal-lira Maltija ġietx iffissata? Jekk iva, jista' jindika b'liema rata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qatt ma kien maħsub li jkun hemm iffissar tad-Dollaru Amerikan mal-Lira Maltija fil-proċess tal-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Limited (MFTL).
Dan minħabba l-fatt li fid-dinja tas-shipping id-dollaru hu l-munita li bih isir il-business. Il-kuntratti tal-MFTL huma denominati fid-Dollaru Amerikan. Barra minhekk l-Malta Freeport Corporation li ser tirċievi l-flus tal-privatiżżazzjoni għandha dejn fit-tul denominat fid-Dollaru Amerikan. L-Annual Accounts huma denominati fid-dollaru, għalhekk hemm iffissar naturali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda mpjegat li għandu aktar minn 61 sena li hu mpjegat ma kumpaniji/entitajiet/awtoritajiet taħt id-dekasteru tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati li għanhom iktar minn 61 sena li jaqaw taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej:
Isem
Konsulenti/Kuntratt
Remunerazzjoni/
Allowance
Joseph Lanzon
Konsulent
Lm 788.83
gross
fix-xahar
Ms Cecilia Xuereb
Kuntratt
Lm 2,715.50 fis-sena
Maġġur Alfred Cassar Eynaud
Konsulent
Lm 2,2496 fis-sena
Ms Anne Bradley
Kuntratt
Lm 100 fil-ġimgħa