Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #10316 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Kumpanniji — Djun

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu d-dejn li għandhom dawn il-kumpanniji, jew li kellhom sa Diċembru 2003, Diċembru 2004 u llum 2005: Gozo Ferries, Gozo Channel, Malta freeport u s-sussidjarji tagħhom? Lil min hu dovut dan id-dejn? Kemm minnu hu fi flus Maltin u kemm fi flus barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħad-Dingli — Day Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inħatarx xi bord ta' investigazzjoni fuq it-tmexxija tad-day centre ta' Ħad-Dingli? Min huma l-persuni li qegħdin imexxu dan id-day centre? Huwa minnu r-rapport li għandi li waqt li kien hemm xi seduti tal-bord min qiegħed imexxi riedet bilfors iddaħħal magħha membru parlamentari Nazzjonalista u t-tifel tagħha li jaħdem fil-ministeru ta' l-edukazzjoni? Huwa minnu li l-membri tal-bord tant ħassewhom intimidati li ħassru l-laqgħa tal-bord?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ħatar Bord biex jeżamina l-mod ta' tmexxija u l-operat fid-Dingli Day Centre. Waħda mill-persuni, li ntalbu jagħtu x-xiehda tagħhom quddiem dan il-Bord , talbet li tkun assistita minn persuna/i ta' fiduċja tagħha. Il-Bord iddeċieda li jissospendi temporanjament is-smiegħ tax-xiehda sakemm din it-talba tiġi riżolta b'mod definittiv. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li għadha għaddejja l-investigazzjoni ma nħossx li hu pertinenti li jissemmew l-ismijiet f'dan l-istadju.

OPM — Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma ntitolati għall-ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma ntitolati għalih kull xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li żewġ impjegati fi grad 14 jew inqas siefru fil-perjodu imsemmi. Dawn marru l-Eġittu u l-Ingilterra. Is-Segretarju Permanenti awtoriżża dawn iż-żewġ safriet.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jew xi entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma siefer ħadd fil-grad ta' Executive Officer jew grad anqas jew li għandhom salarju fi skala 14 jew anqas.

Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda impjegat tal-gvern jew ta' l-Awtorita Dwar it-Trasport li għandhom salarju komparabbli ma skala 14 jew anqas liu siefer bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 fid-Dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern kien hemm okkażżjoni waħda fejn clerk mill-Uffiċċju tal-Manager Airport Security flimkien ma' l-Manager Airport Security attendiet workshop fi Slovenja. L-ispejjeż tat-titjiriet u għall-akkomodazzjoni ġew imħallsa mill-organizzaturi ta' dan il-workshop. L-attendenza kienet approvata mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi.
Leg 10 PQ #10303 Sitting 230 2005-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqgħu taħti kien hemm tlett uffiċjali li għandhom is-salarju fi skala 14 jew anqas li bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004 siefru f’Bukarest, Dublin, Brussel, Strasburgu, Ateni u Karkovja. Is-safar tagħhom kien awtorizzat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċċjali li siefru li huma fil-grad ta’ Executive Officer jew grad anqas huwa ta’ erbgħa. Dawn siefru lejn Edinburgh, Skozja; Ispra u Ruma, Italja; Brussell, Belġju; Cologne, Ġermanja, u ġewwa Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq. Dawn is-safriet ġew awtorizzati mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru. Min-naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), kienu 6 (5 impjegati X 1 safra u impjegat 1 X 4 safriet) dawk l-impjegati li siefru bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004. Dan is-safar kien lejn ir-Renju Unit (6 darbiet), Ġermanja, Latvija u Repubblika Ċeka. F'kull kaz is-safra kienet approvata mic-Chairman tal-MEPA u mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u Ambjent. Min-naħa tal-kumpanija Wasteserv Malta Limited ma kien hemm l-ebda impjegat/a li huma fil-grad ta’ Executive Officer jew grad inqas, li marru fuq safar uffiċjali.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #10308 Sitting 230 2005-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm persuna waħda impjegata tal-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta' Executive Officer jew fi grad inqas, li siefru fuq xogħol bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004. Dan l-impjegat mar il-Ġermanja fuq l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Munita Barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9850.