Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f'kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm żewġ impjegati li għandhom iktar minn 61 sena. Dawn jaħdmu ma’ l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta’ Malta u l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni hija kif tidher hawn taħt:-
- il-Maġġur Peter Ripard għandu 68 sena u jaħdem bħala Konsulent. Għandu kuntratt definit li beda fl-1 ta’ Ġunju 2002 b’terminu fil-31 ta’ Mejju 2005, fuq bażi part-time ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa, u għandu salarju ta’ LM5,516.25 fis-sena.
- il-Maġġur Mark Samut Tagliaferro għandu 61 sena u jaħdem bħala Direttur fi ħdan id-Direttorat tal-Liċenzji fuq kuntratt definit li beda fl-1 ta’ Frar 2004 b’terminu fil-31 ta’ Mejju 2005 u għandu salarju ta’ LM10,682 fis-sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 8200 u Nru 8956.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma laħaqx inġabar it-tagħrif kollu mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 25 persuna li għandhom aktar minn 61 sena li 9 minnhom huma part-time. Dawn il-persuni huma kollha Ambaxxaturi residenti jew mhux residenti.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li m'hemm l-ebda mpjegat li għandu aktar minn 61 sena ma' xi kumpannija, entita' jew awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Riżorsi u Infrastruttura — Kontijiet tat-Telephone
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004 tħallsu Lm 8,624.13 f’kontijiet tat-telephone ta’ residenzi ta’ uffiċjali fil- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li huma ntitolati għal-ħlas tat-telephone privat fir-residenzi tagħhom. Lista ta’ dawn l-uffiċjali tikkomprendi s-segwenti:-
L-Onorevoli Ministru, is-Segretarju Permanenti, il-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Ministru, is-Segretarju Privat tal-Ministru, l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru, il-Communications Co-ordinator tal-Ministru, id-Direttur Ġenerali, id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, id-Direttur ta' l-Affarijiet ta’ l-EU, id-Direttur tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, id-Direttur ta' l- Industrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni, id-Direttur tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni, id-Direttur tal-Bini u l-Inġinerija, id-Direttur tal-Manifattura u Servizzi, id-Direttur għas-Servizzi tat-Tindif .
M’hemm l-ebda ċirkolari li tillimita l-ammont li għalih dawn huma ntitolati kull xahar.
Kien hemm ukoll nefqa ta’ Lm 3,422 f’kontijiet tat-telephone fir-residenza ta’ uffiċjali tal-Malta Resources Authority. Dawn l-uffiċjali huma kif ġej:-
Iċ-Chairman,iċ-Chief Executive Officeru 2 Diretturi
Dawn tħallsu skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tal-ħatra tagħhom.
Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Kontijiet tat-Telephone
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa totali f'kontijiet tat-telefon ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004 kienet ta' Lm13,661.38.
Il-persuni li huma intitolati għall-ħlas tat-telefon privat fir-residenza tagħhom huma: il-Ministru, is-Segretarju Parlamentari, dawk il-membri fis-Segretarjati privat tal-Ministru u Segretarju Parlamentari u li huma ntitolati skond il-kuntratt tagħhom, Diretturi fuq Performance Agreement, u advisor.
M'hemm l-ebda limitu kull xahar għal dawn it-telefonati.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kontijiet tat-Telephone
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ammont ta' flus imħallsa dwar kontijiet tat-telephone tar-residenzi ta' uffiċjali governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fis-sentejn indikati mill-Onor. Interpellant, kien ta' Lm20,575.26.
Il-persuni li huma ntitolati għal dan il-ħlas huma dawk li jokkupaw kariga politika, uffiċjali għolja fis-segretarjat privat fil-Ministeru, uffiċjali pubbliċi minn direttur il fuq li għandhom performance contract, u chairpersons u diretturi ta' entitajiet governattivi. Dawn il-kategoriji ta' persuni huma ntitolati għal ħlas tas-sejħiet kollha lokali u, minbarra l-ewwel kategorija, il-kategoriji l-oħra huma ntitolati għal ħlas ta' sejħiet għal barra minn Malta sakemm dawn ikunu fuq xogħol uffiċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fis-sena 2003 u 2004 tħallsu kontijiet tat-telefon li jammontaw għal Lm 3488.24 u Lm 3336.49 rispettivament.
Dawn ikopru l-kontijiet tat-telefon tar-residenza privata ta' dawk l-uffiiċjali tas-segretarjat privat tal-Ministeru, tal-Ministru u tal-uffiċjali pubbliċi li huma ntitolati għal dan is-Servizz
Jista' il-Prim Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegati li għandhom aktar minn 61 sena u li jaħdmu ma’ kumpaniji/entitajiet/awtoritajiet taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fl-entitajiet tad-dekasteru tal-Finanzi hemm seba’ persuni li għandhom aktar minn 61 sena. Dawn huma:
Entità
Isem
Kuntratt/
Konsulenza
Pożizzjoni
Remunerazzjoni
u/jew
Allowance
(fis-sena)
Awtorità ta’
l-iStatistika
Reno Camilleri
m/a
Chairman
Lm7,720
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
Charles Mallia
Kuntratt
(part-time)
Compliance Officer
Lm2,000
Paul Spiteri
Kuntratt
(part-time)
Listing Committee Chairman
Lm6,500
David Pullicino
Kuntratt
(part-time)
Listing Committee
Member
Lm1,500
Edward Carbone
Kuntratt
(part-time)
Listing
Committee Secretary/
Official Receiver
Lm11,500
Vincent Farrugia
Kuntratt
(part-time)
Konsulent maċ-Chairman
Lm2,400
Albert Attard
Kuntratt
(part-time)
Listing Committee Member
Lm1,500
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004 tħallas l-ammont ta' LM53,657.39 f'kontijiet tat-telefon ta' residenzi ta' uffiċċjali governattivi.
F'dan il-perijodu l-uffiċċjali tal-Ministeri li kienu ntitolati għal ħlas tat-telefons privat b'xejn fir-residenza huma l-Ministri, dawk membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministri li huma ntitolati skond il-kundizzjonijiet tal-membri tas-Segretarjat, is-Segretarji Permanenti, d-Diretturi li għandhom performance agreement, l-Ambxxaturi residenti barra minn Malta, l-Kap tal-Protokoll u konsulent wieħed. L-istaff l-ieħor Malti fl-Ambaxxati tagħna barra minn Malta jitħallsilhom 20% tal-kont tat-telefon.
Ma hemmx limitu ta' ammont li jitħallas kull xahar.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tat-Telephone
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tat-Telephone
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.