Fir-ristrutturar li qed isir fit-tarzna, hemm ħsieb li s-supplies ta' materjal bħal azzar, eċċ. jkun mixtri billi ssir international tender, u dan fejn jikkonċerna xiri bi kwantita' qawwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala parti mir-riformi li daħlu fit-Tarzna fil-programm ta' ristrutturar finanzjarju, ġie deċiż li fejn ikun possibbli t-Tarzna titlob lill-klijenti jipprovdu l-azzar neċessarju fi proġetti kbar. Dan jiffranka pressjoni ta' cash flow fuq it-Tarzna kif ukoll jisfrutta s-saħħa li ċerti klijenti kbar għandhom fis-suq tal-azzar. Din l-istrateġija qed tħalli riżultati tajbin fis-sens li t-tarzna qed ikollha tixtri ferm anqas azzar milli normalment kien ikollha bżonn tagħmel.
Għal xogħol ta' tiswija normali, il-kwantita' ta' azzar meħtieġ huwa żgħir wisq biex jiġġustifika xiri dirett mill-isteel mills billi dawn jiddiljaw biss fi kwantitajiet kbar. Għalhekk ikun jaqbel iżjed li tintuża s-sistema preżenti li jinxtara azzar minn aġenti lokali wara sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13585 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ammont totali li ntefaq fuq safar matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt:
2003 2004 2005 (sa' l-aħħar ta' Ġunju)
Ministeru / Dipartimenti Lm 10,596 Lm 28,196 Lm 22,529
Entitajiet Pubbliċi Lm 100,789 Lm 95,586 Lm 54,472
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru / Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) ta' l-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta' Lm 36,684 diġa` ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill- Gvern Malti.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Tista' il-Ministru tirriispondi mistoqsija parlamentari 13583 u tagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13578 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13577 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, nitlob l-Onor. Interpellant jinnota li l-maġġoranza kbira ta' l-ispejjeż huma dovuti għal safar fuq xogħol tal-uffiċċjali tal-Air Malta u nispera illi jsemmi dan il-fatt meta juża ċ-ċifra mogħtija għall-propoganda tal-partit tiegħu.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ħallset it-Tarzna jew it-tarznari lill-kumpannija Cape East matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum bħala outsourcing u kuntratti ta' xogħol li għamlet din il-kumpannija għat-tarznari ta' Malta?
Jista' jagħti breakdown għal kull ħlas li sar? Kemm tħallsu għal xogħol ta' scaffolding u tneħħija ta' asbestos?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Drydocks — Xogħol minn subcontracted workers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' xogħol li sar fit-tarzna minn subcontracted workers matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Min hu l-aġent ta' dawn is-subcontracted workers?
Ix-xogħol magħmul minnhom jista' isir minn ħaddiema tat-tarzna? Jekk le, għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar x'se jiġri mill-proġett ta' l-Armier li qabel l-elezzjoni kien imwiegħed lir-residenti/sidien ta' boathouses fiż-żona? Lest il-gvern li jagħti l-art lil dawn is-sidien b'ċens temporanju kif kien imwiegħed?
Response (BORG, TONIO)
Kif ġie mgħarraf lill-Armier Developments Ltd b'ittra tat-3 t'April 2003, il-Gvern lest li jikkonċedi lill-istess kumpanija titolu ta' 65 sena ċens taħt ċertu kundizzjonijiet. Fil-preżent, din il-kumpanija qed ikollha diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar fuq dan il-proġett.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ghadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Riżorsi u Infrastruttura — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt:-
2003
2004
2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju)
Ministeru għar-Riżorsi u
l-Infrastruttura
Lm19,566
Lm20,344
Lm11,142
Taqsima tax-Xogħlijiet
Lm21,603
Lm10,668
Lm6,486
Awtorita' ta' Malta dwar
ir-Riżorsi
Lm6,034
Lm13,323
Lm8,156
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u t-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropea, l-ammont ta' Lm12,236 diġa ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) mill-Ministeru/Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif ġej:
2003
2004
2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju)
Ministeru/Dipartimenti
98,656
95,774
58,339
Entitajiet
16,533
15,169
3,057
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta' Lm53,888 diġa' ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Familja u Solidarjeta Soċjali — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Tista' il-Ministru tagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Żvilupp Urban u Toroq — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt:
2003 2004 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju)
Ministeru/Dipartiment n/a Lm9,611.91 Lm10,318.65
(from March)
Awtorita' dwar it Trasport Lm39,436 Lm36,025 Lm10,753
Spiża Globali Refunded Lm3,637 Lm6,788 Lm1,598
Spiża Netta Lm35,799 Lm29,237 Lm9,155
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta' Lm2,717.94 għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Ġustizzja u Intern — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt:
200320042005
(sa’ l-aħħar ta’ Ġunju)
Ministeru / Dipartimenti
Ministeru
Segretarjat Parlamentari
Segretarjat Permanenti
Airport Security
Citizenship & Expatriate Affairs
Refugee Commission
Translation Unit
Civil Protection
Government Property Division
Police
Local Government
Courts of Justice Division
Attorney General
Land & Public Registry DivisionLm87,379.09Lm132,176.81Lm92,869.06
Entitajiet Pubbliċi
Malta Arbitration CentreLm322.00Lm727.00xejn
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru / Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta' Lm62,028.02 diġa' ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Affarijiet Barranin — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-ammont totali ta' l-ispejjeż kollha f'safar minn uffiċċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif ukoll minn uffiċċjali li jaħdmu f'entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi, huma kif ġej:
2003 2004 2005
LM 489,732.24 LM 450,101.61 LM 169,799.63
Il-figura għas-sena 2005 tiġi aġġustata wara li jinħadem ukull skont magħmul mill-AirMalta u rifużjonijiet ta' spejjeż ta' vjaġġi mogħtija mill-EU.
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti nidkati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' Unjoni Ewropeja, l-ammount ta' Lm 20774.30 diġa' ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt :
2003
Lm
2004
Lm
2005
(sa l-aħħar
ta’ Ġunju)
Lm
Ministeru / Dipartiment
72,643.000
119,993.000
100,528.000
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
48,664.700
53,295.000
60,195.140
Wasteserv Malta Limited
24,370.030
11,946.340
8,435.250
TOTAL
145,677.730
185,234.340
161,566.390
Irrid niċċara li, fil-każ ta’ l-ispiża tal-Ministeru / Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) ta’ l-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma’ laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropea, l-ammont ta’ Lm 107,537.700 diġà ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti