Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern minn Jannar sa Settembru 2005? Kemm kien hemm minnhom li ngħataw xi forma ta' kuntratt għal perijodu definittiv? Fil-każ ta' dawk li ġew ingaġġati b'kuntratt temporanju (inkluż konsulenti), jista' il-Prim Ministru jgħid fejn ġew impjegati, iż-żmien li għalih ġew impjegati u x'rimunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #14664 Sitting 302 2005-10-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ikliet/riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

“Ma nistax nifhem x’utilita’ jista jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Ghalhekk, kif ukoll ghaliex il-hin estensiv li jkun mehtieg sabiex tingabar din l-informazzjoni jista jintuza ahjar, ma nhossx li hemm il-htiega li tinghata l-informazzjoni li qed tintalab.” Seduta Nru 302

Servizz Pubbliku — Tiġdid ta' appointments

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw jew ġew imġedda appointments ta': a) Permanent Secretary, b) Direttur Ġenerali, c) Direttur u d) Assistent Direttur minn Jannar sa Settembru 2005? Lil min ingħataw jew ġew imġedda dawn l-appointments? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi impjegati li kellhom kariga minn dawn imsemmija hawn fuq li l-kuntratt li kellhom ma ġiex imġedded? Min kienu dawn l-impjegati u x'kienet ir-raġuni li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarznari ta' Malta — Material supplies

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14520 u jgħid b'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13763 kemm inxtara azzar għat-tarznari matul s-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Staff personali fil-ministeri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fl-istaff personali tal-ministri u segretarji parlamentari li huma membri f'xi bord governattiv jew xi entita' oħra governattiva jew li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l ishma? F'każ fl-affermattiv, min huma dawn l-impjegati u x'qegħdin jingħataw bħala kumpens għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru dwar l-istaff personali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li huma wkoll membri f’entitajiet governattivi, tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ impjegati li huma membri ta’ l-istaff personali tas- Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt il-Prim Ministru r-risposta hija Nil.

Cape East Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14516 u jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13759 u r-risposta mogħtija, kemm tgħallmu ħaddiema lokali mill-kumpannija Cape East Malta fix-xogħol speċjalizzat li din tippresta lit-tarzna? Kemm tħallset din il-kumpannija barranija għax-xogħol li għamlet matul l-2004 u l-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dwar: Scaffolding - 73 impjegat ġew mogħtija taħriġ bażiku dwar Cuploc, Tubes u Fitting. Scaffolding - 5 impjegati ġew mogħtija t-taħriġ neċessarju dwar spezzjonijiet ta' scaffolding. Slinging - 103 impjegati segwew kors bażiku dwar slinging. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal-PQ 13759.

OPM — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar ikliet/riċevimenti bejn Jannar 2004 u Settembru 2005.
Leg 10 PQ #14660 Sitting 301 2005-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13578 u 13748 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif ukoll minn iffiċjali li jaħdmu f'entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru huwa kif ġej: 2003 2004 2005 Ministeru/Dipartimenti Lm61,833.21 Lm68,815.76 Lm62,984.79 Entitajiet Pubbliċi Lm233,788.6 Lm265,966.01 Lm150,924.29 Total Lm295,624.81 Lm334,781.77 Lm213,909.08 Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi. Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien koness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja l-ammont ta' Lm78,214 diġa ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.

Cape East — Xogħol għat-tarznari Maltin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13759 u r-risposta mogħtija, jista' il-Ministru jgħid kemm tgħallmu ħaddiema lokali mill-kumpannija Cape East Malta fix-xogħol speċjalizzat li din tippresta lit-tarzna? Kemm tħallset din il-kumpannija barranija għax-xogħol li għamlet matul l-2004 u l-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta drydocks

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li f'Ġunju 2004 Malta Shipyards għamlet sejħa pubblika għal numru ta' servizzi u l-kuntratt kellu jingħata b'sistema ta' tender. Cape East Malta Ltd għamlet proposti f'forma ta' tender bħalma għamlu kumpaniji oħrajn. Wara negozjati intiżi biex jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet għat-tarzna intlaħaq ftehim ma' Cape East u ngħatat il-kuntratt. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kronoloġija tal-proċess.

Malta Drydocks

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13762 u r-risposta mogħtija, peress li fl-istorja ekonomika l-ebda "saħħar" qatt ma kien responsabbli għat-tmexxija azjendali jew kellu responsabbilta' simili, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti ta' xogħol għat-tarznari ta' Malta sa l-aħħar tas-sena 2005 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-prospetti ta' xogħol għat-tarzna fuq il-bażi ta' dak li hu diġa kkuntrattat sal-aħħar tal-2005 huma tajbin. Qed issir ħidma biex jinkiseb xogħol tajjeb għall-bidu tal-2006.

OPM — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt: Uffiċċju tal-Prim Ministru 2003 2004 2005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) Ministeru/Dipartimenti 233,488 204,584 78,186 Entitajiet Pubbliċi 3,724 16,365 7,200 Ministeru tal-Finanzi 200320042005 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) Ministeru/Dipartimenti 204,268 212,397 113,002 Entitajiet Pubbliċi 129,198 146,960 92,168 Irrid inżid li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma’ laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-ammont ta’ Lm56,700 diġà ġie refunded waqt li Lm63,778 għad irid jiġi refunded lill-Gvern Malti. Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi l-ammont ta’ Lm198,612 diġà ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.

Malta Drydocks — Leasing ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallset it-tarzna għal-leasing ta' vetturi matul l-2003, 2004 u 2005 sal-lum? Peress li l-gvern jidher li qed jerġa' imur lura għas-sistema ta' xiri ta' vetturi minflok leasing wara snin ta' din il-prattika, it-tarzna qed tikkonsidra tixtrix hi l-vetturi minflok tagħmel leasing peress li jidher li dan ta l-aħħar, cioe' leasing, huwa aktar expensive?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tarzna tagħmel feasibility study qabel tiddeċiedi jekk tixtrix jew tikrix vetturi. Il-kriterji jiddependu mhux biss fuq l-ammont tal-ħlas li jrid isir sew jekk tikri jew jekk tixtri, iżda wkoll fuq il-pressjoni fuq il-cash flow tal-kumpanija fi żmien partikulari meta tkun trid tittieħed id-deċiżjoni. L-ammont li t-Tarzna ħallset għal leasing ta' vetturi huwa kif ġej: 2003 - Lm2,977.78 2004 - Lm27,356.02 2005 - Lm16,958.96