Legislature:
Category:
Reset
Active:

MITTS

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-ħaddiema tal-MITTS li spiċċaw mix-xogħol volontarjament jew b'mod ieħor matul l-2005 sal-lum? Kien hemm xi ħaddiema li matul l-2005 ġew investigati minħabba abbuż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2005 sal-lum, ħamsa u tletin (35) ħaddiema spiċċaw mix-xogħol mal-MITTS Ltd. volontarjament jew b'mod ieħor. Dawn ma jinkludux 21 student li ukoll spiċċaw matul is-sena 2005. Matul is-sena 2005, l-ebda ħaddiem ma ġie investigat minħabba xi tip ta' abbuż. Minħabba raġunijiet ta' protezzjoni ta' Data personali ma nħossx li għandi nagħti l-ismijiet.

OPM — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16415. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b’mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16415.

Ġustizzja u Intern — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suġġett tal-Mistoqsija mhux applikabbli għad-dekasteru tiegħi.
Leg 10 PQ #16601 Sitting 343 2006-01-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (FRENDO, MICHAEL)

M`hemm l`ebda kumpanija jew awtoritajiet/corporations li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

B’riferenza għall-ewwel u t-tieni part ital-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16418. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b’mod komplet fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16418.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija numru 13088.

Liċenzji ta' spiżeriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm xi tibdil fir-regolamenti għall-għoti ta' liċenzji ta' spiżeriji? Kemm hemm applikazzjonijiet minn individwi jew entitajiet għal għoti ta' liċenzji lill-spiżeriji ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-imsieħba konċernati rigward ftehim fuq pakkett, li fost oħrajn jinkludi l-għoti ta' liċenzji ta' spiżeriji. Bħalissa hawn 349 applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji ġodda f'Malta u Għawdex.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16213 u jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) minn dawn il-kategoriji ta' persuni indikati, cioe': Persuni miżżewġa pero' jimlew separate declaration ; Persuni miżżewġa u jimlew joint declaration; u Persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration? Jista' il-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: Lm0 - Lm4,200 Lm4,200 - Lm6,000 Lm6,000 - Lm8,000 Lm8,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm12,000 Lm12,000 u aktar? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Għar-rigward tas-snin 1995 sa l-1997, it-tagħrif ma setax ikun miġbur.

Air Malta — Air Supplies and Catering Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16110 u 16195 u jgħid: Peress li ġie mħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air supplies and catering company limited, jista' il-Ministru jgħid: 1) meta ħarġet il- call for interest għal xiri ta' din il-kumpannija; 2) jekk il-privatisation unit kenitx involuta fil-proċess tal-bejgħ; 3) kemm kien il-prezz li bih inbiegħet l-air supplies? Din kienet l-aħjar offerta; 4) kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju; 5) jekk qabel dan il-bejgħ il-kumpannija Air supplies investietx f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha; u 6) x'kienet il-pożizzjoni mir-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li s-sejħa għall-offerti għax-xiri ta' l-ishma kollha tal-kumpanija Air Supplies & Catering Co Ltd. dehret fuq l-istampa lokali u rivista barranija fil-15 ta' Lulju 2005. Fil-proċess tal-bejgħ ta' dawn l-ishma kien hemm ukoll l-involviment tal-Privatisation Unit. Il-prezz li bih inbiegħet din il-kumpanija, kien ta Lm2,820,000, li kienet l-aħjar offerta. Id-deċiżjoni li l-ishma kollha f'din il-kumpanija jinbiegħu ittieħdet wara li diskussjonijiet, fuq medda ta' ħafna xhur mas-'suppliers' lokali ta' din il-kumpanija, sabiex jitraħħsu l-prezzijiet li bihom kienet tinxtara l-merkanzija ma ħallewx ir-riżultat neċessarju. L-investiment li l-Air Supplies kellha f'kumpanija oħra, nxtara mill-Air Malta qabel ma sar il-bejgħ ta' l-Air Supplies. Il-mistoqsija dwar il-pożizzjoni tar-regolatur resposabbli mill-kompetittivita' għandha ssir lill-Ministeru konċernat.

Air Malta — Air Supplies & Catering Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16110 u jgħid: Peress li ġie mħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air supplies and catering company limited, jista' il-Ministru jgħid: 1) meta ħarġet il- call for interest għal xiri ta' din il-kumpannija; 2) jekk il-privatisation unit kenitx involuta fil-proċess tal-bejgħ; 3) kemm kien il-prezz li bih inbiegħet l-air supplies? Din kienet l-aħjar offerta; 4) kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju; 5) jekk qabel dan il-bejgħ il-kumpannija Air supplies investietx f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha; u 6) x'kienet il-pożizzjoni mir-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) minn dawn il-kategoriji ta' persuni indikati, cioe': Persuni miżżewġa pero' jimlew separate declaration ; Persuni miżżewġa u jimlew joint declaration; u Persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration? Jista' il-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: Lm0 - Lm4,200 Lm4,200 - Lm6,000 Lm6,000 - Lm8,000 Lm8,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm12,000 Lm12,000 u aktar? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15925 u jispjega għaliex bejn l-2001 u l-2005 id-dħul tal-gvern mill-bank ċentrali naqas minn Lm26 miljun fis-sena 2001 għal Lm14 miljun (revised estimate) 2005 u għal Lm10 miljun fis-sena 2006, u dan meta r-riżervi tal-bank ċentrali żdiedu bi kważi Lm200 miljun bejn l-2001 u l-2005? X'kien l-effett fuq il-qligħ tal-bank ċentrali meta l-bank qaleb ir-riżervi kollha fil-euro? Kemm swietlu lill-bank ċentrali x-xiri ta' dollaru (losses jew qligħ) matul is-sena 2005 wara li r-riżervi ġew kollha konvertiti f'euro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li r-riżervi barranin tal-Bank Ċentrali ta’ Malta telgħu minn medja ta’ Lm632 miljun għal medja ta’ Lm802 miljun fl-2005, jiġifieri żieda medja t’ Lm170 miljun. Madankollu ta’ min jispjega li, filwaqt li fl-2001 l-imgħax medju fuq dawn ir-riżervi kien ta’ 5.2%, fl-2005 dan ser ikun biss ta’ madwar 3.1%. Dan kellu effett dirett fuq id-dħul gross tal-Bank li kien jammonta għal Lm38 miljun fl-2001 u li hu stmat li ser jaqa’ għal Lm20 miljun fl-2005. Id-differenza bejn id-dħul tal-Bank u l-ammonti mgħoddija lill-Gvern tirrapreżenta n-nefqa amministrattiva tal-Bank kif ukoll in-nefqa fuq imgħaxijiet imħallsa fuq depożiti miżmuma mal-Bank mill-Gvern u mill-banek. Fl-2001 in-nefqa totali tal-Bank kienet viċin it-Lm12 miljun filwaqt li fl-2005 din hi stmata li ser tkun madwar Lm10 miljun. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta la xtara u lanqas biegħ dollari Amerikani sabiex jaġġusta r-riżervi tiegħu biex jirriflettu l-ippeġġjar totali ma’ l-Euro. Il-Bank għadu jżomm madwar 10% tar-riżervi tiegħu f’dollari Amerikani u 20% fl-iSterlina – madankollu dawn il-pożizzjonijiet jinsabu ħħeġġjati kontra l-Euro.

Air Malta — Air Supplies and Catering Co. Limited

Question

Peress li ġie mħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air supplies and catering company limited, jista' il-Ministru jgħid: 1) meta ħarġet il- call for interest għal xiri ta' din il-kumpannija; 2) jekk il-privatisation unit kenitx involuta fil-proċess tal-bejgħ; 3) kemm kien il-prezz li bih inbiegħet l-air supplies? Din kienet l-aħjar offerta; 4) kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju; 5) jekk qabel dan il-bejgħ il-kumpannija Air supplies investietx f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha; u 6) x'kienet il-pożizzjoni mir-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex bejn l-2001 u l-2005 id-dħul tal-gvern mill-bank ċentrali naqas minn Lm26 miljun fis-sena 2001 għal Lm14 miljun (revised estimate) 2005 u għal Lm10 miljun fis-sena 2006, u dan meta r-riżervi tal-bank ċentrali żdiedu bi kważi Lm200 miljun bejn l-2001 u l-2005? X'kien l-effett fuq il-qligħ tal-bank ċentrali meta l-bank qaleb ir-riżervi kollha fil-euro? Kemm swietlu lill-bank ċentrali x-xiri ta' dollaru (losses jew qligħ) matul is-sena 2005 wara li r-riżervi ġew kollha konvertiti f'euro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Xogħlijiet li jaqgħu lura

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15668 u r-risposta mogħtija, nitlob lill-Ministru jispjega x'assigurazzjoni għandhom il-ħaddiema tat-taqsima tax-xogħlijiet u l-ħaddiema tal-kuntratturi li qed jaħdmu b'kuntratt mal-gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li la l-ħaddiema tal-Gvern u lanqas dawk tal-kuntratturi m'huma suġġetti jew obbligati li jħallsu xi penali. Il-Ggern u/jew il-kuntrattur privat li jkunu qed jagħmlu x-xogħlijiet huma l-partijiet responsabbli f'dawn il-każi ta' din in-natura.

Xogħlijiet li jaqgħu lura

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'garanzija jew insurance għandhom il-ħaddiema li jesegwixxu xogħlijiet pubbliċi meta minħabba dewmien fix-xogħlijiet terzi persuni jbatu ħsara? Kif jiġu kkompensati dawn it-terzi persuni li jkunu intlaqtu ħażin u sofrew danni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għall-liema ħaddiema qed jirreferi, jekk hux għall-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jew ħaddiema tal-kuntratti li qed jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern.

Servizz Pubbliku — Tiġdid ta' appointments

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw jew ġew imġedda appointments ta': a) Permanent Secretary, b) Direttur Ġenerali, c) Direttur u d) Assistent Direttur minn Jannar sa Settembru 2005? Lil min ingħataw jew ġew imġedda dawn l-appointments? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi impjegati li kellhom kariga minn dawn imsemmija hawn fuq li l-kuntratt li kellhom ma ġiex imġedded? Min kienu dawn l-impjegati u x'kienet ir-raġuni li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ingħataw, iġġeddew jew ma ġġeddewx ħatriet ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali, Direttur u Assistant Direttur għall-perijodu li ntalab mill-Onor Interpellant. Dawn il-ħatriet kollha kienu, jew għadhom, fuq Performance Agreements li jiskadu awtomatikament wara tliet snin jew, fil-każ ta’ Assistenti Diretturi, wara ħames snin. Dawn il- Performance Agreements jiġġeddu kif ġej: · Fil-każ ta’ Segretarji Permanenti, il-ħatriet isiru fit-termini ta’ Artikolu 92 (3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. · Fil-każ tal-pożizzjonijiet l-oħra, il-ħatriet isiru fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġdida u l-aktar kandidat adattat, jintgħażel għall-post. Ma nħossx li hija etika li jingħataw dettalji personali ta’ kapijiet jew assistenti kapijiet li l-kuntratti tagħhom ma ġġeddewx. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji bħal, per eżempju, l-individwu ma jkunx laħaq il-livell minnu mistenni, jew il-persuna ma tibqax idonea in vista ta’ ristrutturar, jew jista’ jkun ukoll li ċ-ċirkustanzi, mġiegħla minn riforma, jiddeterminaw li jkun hemm tibdiliet fl-istruttura. F’dan ir-rigward qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Ċirkolari OPM Nru 41/2005 li titfa’ dawl fuq il-proċess li għaddej bħalissa.
Leg 10 PQ #15055 Sitting 308 2005-10-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ikliet u riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kanra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ikliet u riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 tħallsu Lm2,392.28 f'hospitality f'ristoranti/lukandi maqsumin kif ġej: Sptar Monte Karmeli Lm118.55 Diviżjoni tas-Saħħa Lm982.73 (Lm657.23 (2004) Lm325.5 (2005)) Sptar Zammit Clapp Lm475 Medicines Authority Lm816 Minn dawn, tnejn (2) kienu jaqbżu l-Lm150.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ikliet u riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15057, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 kienet ta' LM9273. Dan l-ammont jinkludi l-ammonti mħallsa għal 19-il okkazjoni fejn inqabżu l-LM150. Uħud minn dawn l-okkazjonijiet kienu jinkludu business lunches kif ukoll il-kirjiet tal-post fejn saret l-attivita.