Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21931 u jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant b’dan li ġej:
i) it-tieni karozza tal-Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet tat-tip Renault Laguna li kienet tinkera għas-somma ta’ €746.30 fix-xahar.
ii) l-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet tammonta għal €349.41 .
iii) L-ispiża fuq fjuwil għat-tieni karozza tal-Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €1,923.18 u fl-istess perjodu ingħataw 1,655.91 litri ta’ fjuwil lil din l-istess karozza.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21940 u jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi :
· It-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, kienet trasferita minn Dipartiment ieħor li kien jappartjeni għall-Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali ta’ dak iż-żmien.
· Din il-karozza kienet ta’ tip Peugeot 407, Diesel.
· Il-karozza imsemmija kienet inxtrat fis-sena 2006, kif diġà ingħad minn Ministeru ieħor, u huwa għalhekk li l-Ministeru tiegħi m’għandux informazzjoni fuq kemm ġiet tiswa din il-karozza.
· L-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu, jammontaw għal € 990.09.
· Fil-perijodu imsemmi ma ġewx mikrija karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza.
· L-ispi¿a fuq fuel għat-tieni karozza li kien juża l-Ministru kienet tammonta g]al € 673.02 u ngħataw 694 litru ta’ fuel.
· Mir-rekords tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru tiegħi għal perijodu li l-Onor. Clyde Puli għamel bħala Segretarju Parlamentari, il-Ministeru tiegħi ma għandux informazzjoni fuq ħlasijiet li saru lilu bħala car
cash fringe benefit
minħabba li kien jitħallas mill-Minsiteru tal-Edukazzjoni. Minn naħa l-oħra bejn Jannar 2012 u Marzu 2013, l-Onor. Chris Said, bħala
car cash fringe benefit
, kien jitħallas l-ammont ta’ €538.46 ma’ kull paga għall-perijodu li għamel Ministru f’dan id-dekasteru.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21941, u jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22163 u jgħid liema kienu l-persuni f’positions of trust li kien hemm fi ħdan l-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu, fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, l-2005, l-2006, l-2007, l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22164 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fl-uffiċċju privat tiegħu u tas-Segretarji Parlamentari li kellu taħtu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jaħsibx il-Ministru li persuna li xi darba matul ħajjitha tkun akkużata b'reat, liema reat wara, fuq ordni tal-Qorti jiġi mħassar, għal kull fini minn fuq il-fedina penali tagħha, għandha tingħata liċenza ta' gwardjan, l-aktar meta l-istess persuna tkun qed tagħmel dak kollu fil-kompetenza tagħha li tintegra ruħha fid-dinja tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-każ ta’applikazzjoni għal-gwardjan privat, skond il-liġi tal-Gwardjani privati, il-Pulizija tagħmel referenza għal-fedina penali miżmuma mil-Korp meta din tkun qed tiġi proċessata. Ordni tal-Qorti tista tordna biss li jitħassru certu reati minn fuq iċ-ċertifikat tal-kondotta u mhux il-fedina penali.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – programmi ta’ staff development
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tagħmilx xi forma ta’ staff development fi ħdanha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tuża diversi sistemi għall-iżvilupp kontinwu tal-impjegati tagħha. Dawn jinkludu:
(i) Organiżżar b’mod regolari ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ intern li jsiru għall-impjegati;
(ii) Attendenza f’korsijiet ta’ taħriġ, seminars u konferenzi kemm f’Malta (inkluż korsijiet organiżżati mill-PAHRO) kif ukoll barra minn Malta f’suġġetti differenti skont il-ħtieġa;
(iii) Parteċipazzjoni f’Inspector Exchanges organiżżati mill-Kummissjoni Ewropea;
(iv) Sponsorship (permezz ta’ flus u permezz ta’ leave addizjonali) mogħti mill-OHSA biex ikopri parti mill-ispejjeż abbinati ma’ korsijiet li jagħżlu l-impjegati nfushom;
(v) Parteċipazzjoni f’kampanji informattivi organiżżati mis-
Senior Labour Inspectors Committee
, u li invarjabbilment ikollu element taħriġ għal spettur (li mbagħad ikun mistenni jittrażmetti dak li tgħallem lill-ispetturi l-oħra).
Barra dawn l-inizjattivi, l-OHSA tħaddem sistema ta’ mentoring fejn l-impjegati jkunu allokati ma’ impjegat b’iktar esperjenza, u jew kwalifiċi biex jiggwidhom fil-ħidma tagħhom.
Tul iż-żmien ukoll, l-OHSA irnexxilha ġġib fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea għat-taħriġ tal-impjegati tagħha f’diversi materji. Dawn il-proġetti kienu jkopru kemm taħriġ ta’ natura teknika, kif ukoll ta’ natura amministrattiva u maniġerjali.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Skill Cards maħruġa mill-BICC
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kenitx involuta fl-iskema tal-iskill cards maħruġa mill-BICC?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-OHSA kienet involuta mill-bidu nett fl-iskema tal-iskill cards maħruġa mill-BICC, u fil-fatt għenet kemm fl-iżvilupp konċettwali tal-iskema kif ukoll fl-iżvilupp tal-kurrikula li ser ikunu abbinati magħhom il-korsijiet għas-snajja differenti.
L-OHSA għamlet dan permezz ta’ laqgħat u diskussjonijiet mal-BICC innifsu, kif ukoll ma’ entitajiet differenti, bħall-ETC, MCAST, u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – assistenza lil aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qattx intalbet toffri assistenza lil aġenziji simili għaliha fl-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-assistenza li tkun mitluba tagħti l-OHSA lil aġenziji simili tista tieħu diversi forom. Eżempji ta’ tali assistenza mogħtija mill-OHSA jinkludu:
(i) L-ogħti ta’ nformazzjoni teknika dwar problemi partikolari li jkunu qed jiltaqgħu magħhom spettorati differenti. Dan jista jsir jew fuq livell individwali (skambju ta’
emails
jew telefonati) jew billi tintuża l’hekk imsejjħa
Knowlede Sharing Site
li għandhom aċċess għaliha l-ispettorati tal-Ewropa kollha.
(ii) L-ogħti ta’ nformazzjoni, anki ta’ natura teknika, lill-Kummissjoni Ewropea.
(iii) Sodisfar ta’ talbiet mill-KE biex rappreżentanti tal-OHSA jaġixxu ta’
Chairpersons
(jew ta’ membri) ta’ diversi
Working Groups
inkarigati biex jiġbru nformazzjoni dwar materji partikolari.
(iv) Sodisfar ta’ talbiet minn spettorati biex l-OHSA takkomoda spetturi taħt il-kappa ta’
Inspector Exchanges
(kien hemm żewġ talbiet formali matul l-2015 – minn Ċipru u mir-Rumanija, u oħra nformali mill-Estonja).
(v) Ġbir ta’ nformazzjoni, b’mod regolari, għall-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
(vi) Ġbir ta’ nformazzjoni għall-ispettorat li pajjiżu jkollu l-Presidenza Ewropea biex tista tkun organiżżata l’hekk imsejjħa
Thematic Day
dwar saħħa u sigurtà.
Barra minn hekk, u b’mod regolari, l-OHSA intalbet kopji ta’ diversi dokumenti ppreparati minnha u li jikkonċernaw regolamenti, standard operating procedures, guidance documents eċċ biex ikunu jistgħu jintużaw mill-ispettorat li jagħmel it-talba.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – taħriġ u għajnuna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol toffrix xi skema ta’ għajnuna lil min iħaddem biex iħarreġ lill-ħaddiema tiegħu fuq saħħa u sigurtà?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA hija nvoluta f’żewġ sistemi ta’ assistenza u li jistgħu jintużaw għat-taħriġ tal-ħaddiema. Waħda minnhom, is-Social Partners Fund, hija inizjattiva mnedija mill-OHSA u li permezz tagħha l-għaqdiet kostitwiti jistgħu japplikaw għal fondi għat-teħid ta’ inizjattivi li jġibu l-quddiem il-livelli ta’ saħħa u sigurtà. Għalkemm ma tistax titqies bħala ‘skema’, din l-inizjattiva xorta għandha l-istess għan, u tista tintuża kemm minn dawk li jħaddmu, kif ukoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.
L-OHSA ħadmet ukoll biex l-iskema MICROINVEST, imħaddma minn
Malta Enterprise
, tinkludi wkoll assistenza fil-każ ta’ inizjattivi ntiżi li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, inluż it-taħriġ tal-ħaddiema. Din l-iskema toffri
tax rebates
lil dawk li jieħdu inizjattivi favur il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed ikunu ta’ servizz iċ-Ċentri tal-Volontarjat, u x’inhu ppjanat għan-Nofsinhar tal-pajjiż f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ż-żewġ Ċentri tal-Volontarjat tal-Belt Valletta u tal-Qawra, li nfetħu f’Diċembru 2014 u Jannar 2015 rispettivament, qed iservu ta’ bażi minn fejn joperaw u jitħarġu 51 għaqda volontarja. Dan iċ-ċentri huma miftuħa bejn it-8 ta’ filgħodu u l-11 ta’ filgħaxija kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Dawn iċ-ċentri, li huma amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, iservu wkoll bħala ċentri ta’ amministrazzjoni tal-istess Kunsill, ċentri ta’taħriġ u ċentri ta’ risorsi. Il-pjan ta’ dan il-Ministeru huwa li jinfetaħ ċentru ieħor biex jilħaq il-bżonnijiet tal-għaqdiet li jaħdmu fin-nofsinhar ta’ Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jingħata importanza t-taħriġ tas-settur tal-volontarjat u kif qed ikun sostnut mill-gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern qed isostni lis-settur tal-volontarjat b’diversi inizjattivi, fosthom għajnuna fit-taħriġ tagħhom. Sa mill-2013 s-somma ta’ €50,000 kienet allokata kull sena sabiex il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jħaddem programm ta’ taħriġ f’oqsma diversi fosthom l-immaniġġjar aħjar tal-finanzi, kommunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi, applikazzjoni għall-fondi, kif issostni u tieħu ħsieb lill-volontiera, u temi oħra relatati mal-operat tagħhom. Ma dan il-programm ta’ taħriġ, l-għaqdiet ingħataw l-opportunita’ li jitolbu taħriġ dirett taħt il-forma ta’ one-to-one Mentoring fuq l-istess suġetti. Barra dawn, l-għaqdiet ingħataw l-opportunita’ li jħarrġu lill-membri tagħahom fl-ewwel għajnuna.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – dħul minn multi, korsijiet u servizzi oħra
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien id-dħul tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-2015, minn multi, korsijiet u xi servizzi oħra li toffri?
Response (DALLI, HELENA)
Awareness Raising Events – Korsijiet €9,093
Competent Persons Register
(Dritt Amministrattiv) €1,620
Administrative Fines
(Ħlas ta’ Penali) €105,908
Sponsorships
(Sit elettroniku OHSA) €525
Servizz Invest.ta’ Inċidenti - skont
MoU
mad-DSS €450
TOTAL €117,596.
Il-figura murija hawn fuq turi d-dħul tal-OHSA mis-servizzi indikati sal-aħħar ta’ Novembru 2015, peress li l-Management Accounts għas-sena 2015 għadhom ma ngħalqux.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – rapport dwar is-saħħa u s-sigurtà fl-attivitajiet pubbliċi
Question
Fid-dawl tar-rapport ikkummissjonat dwar is-saħħa u s-sigurtà f’attivitajiet pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid x’se jkun ir-rwol tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) minn issa ‘l quddiem?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li sakemm ma jittieħdux deċiżjonijiet oħra, ir-rwoli tal-OHSA ser jibqgħu dawk stabbiliti fl-Att, Kapitlu 424.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – programmi televiżi u radjofoniċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) teħux sehem fi programmi televiżivi u radjofoniċi? Jekk iva, x’tip ta’ programmi tieħu sehem fihom u xi jkun l-iskop ta’ dan is-sehem?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tipparteċipa f’kull programm televiżiv jew radjofoniku li tkun mistiedna għalih. Matul l-2015 per eżempju, rappreżentanti tal-OHSA ipparteċipaw diversi drabi fi programmi imxandra mis-segwenti stazzjonijiet televiżivi: TVM, One, Net, Smash, u mis-segwenti stazzjonijiet radjofoniċi: Radju Malta, One, Net, u RTK. Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn l-OHSA ipparteċipat fuq programmi li xxandru fuq Campus FM u stazzjonijiet kommunitarji.
Kien hemm diversi istanzi fejn l-OHSA kellha slot regolari, u pparteċipat fi programmi radjofoniċi b’dan il-mod fuq Radju Malta, One u RTK.
L-iskop ewlieni ta’ tali parteċipazzjoni hu li l-OHSA tkompli bil-missjoni tagħha li tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji li jogħlew l-istandards ta’ saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, waqt li twassal informazzjoni dwar drittijiet u obbligi u tagħti pariri dwar il-kontroll tar-riskji.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – għajnuna lill-persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tkunx involuta f’għajnuna lill-persuni bi bżonnijiet speċjali? Jekk iva, tista’ tagħti iktar dettalji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-OHSA toffri għajnuna ta’ natura ġenerali lil ħaddiema bi bżonnijiet speċjali, u dan biex ikunu sodisfatti ħtiġijiet taħt il-liġijiet ta’ saħħa u sigurtà.
Barra minn hekk, l-OHSA tikkoopera mal-ETC biex persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw l-opportunita li jiġu jaħdmu l-OHSA biex jesperjenzjaw id-dinja tax-xogħol biex ikunu jistgħu jintegraw aħjar.
Barra minn hekk, il-ħtiġijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali huma mainstreamed f’għodda tal-evalwazzjoni tar-riskju u fit-teħid tal-miżuri li jridu jittieħdu.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – servizzi bla ħlas
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk jingħatawx servizzi bla ħlas mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma dawn is-servizzi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li apparti l-organiżżar ta’ awareness raising sessions, li ħafna drabi (iżda mhux dejjem), jintalab ħlas, kull servizz mogħti mill-OHSA huwa b’xejn. Dan jinkludi t-tqassim ta’ materjal ta’ nformazzjoni u ta’ promozzjoni, servizzi dwar għoti ta’ pariri lil duty holders, parteċipazzjoni f’attivitajiet organiżżati mill-imsieħba soċjali, tniżżil ta’ dokumenti u ta’ linji gwida minn fuq il-website tal-OHSA, eżamijiet mediċi, eċċ.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – involviment f’online tools
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kinitx involuta f’online tools li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA għenet fl-iżvilupp bil-Malti ta’ online tool waħda li tikkonċerna l-evalwazzjoni tar-riskju fl-uffiċji. L-inawgurazzjoni ta’ din l-għodda sar waqt seminar, li kellu jiġi ripetut minħabba r-rispons qawwi u pożittiv li kellha l-OHSA.
Edukazzjoni liż-Żgħażagħ dwar id-drittijiet u dmirijiet tagħhom bħala konsumaturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex l-edukazzjoni liż-żgħażagħ dwar id-drittijiet u d-dimirijiet tagħhom bħala konsumaturi tiġi mwassla b’mod effettiv lill-istess żgħażagħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għadha kemm ħolqot il-paġna tagħha fuq Facebook sabiex tilħaq aktar liż-żgħażagħ. Fuq din il-paġna kull min għandu Facebook ser ikollu aċċess għall-infomazzjoni dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-konsumaturi. Permezz ta’ din il-paġna l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser ikollu wkoll il-possibbiltà jipprovdi assistenza kontinwa liż-żagħżagħ meta dawn jiltaqgħu ma’ xi problema waqt ix-xiri tagħhom.
Se jkunu organizzati kompetizzjonijiet bi premijiet fuq il-
Facebook
tal-Awtorità fuq suġġetti speċifiċi sabiex inkomplu ninfurmaw liż-żagħżagħ dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, b’kollaborazzjoni mal-MCAST Art & Design se joħloq vidjows animati li jinkludu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur magħmula miż-żagħżagħ għaż-żagħżagħ.
Se noħolqu
Mobile App
mimlija informazzjoni utli fuq ix-xiri ta’ prodotti u servizzi li tista’ titniżżel b’xejn fuq
mobile devices
(iPhone/ Android/ Windows).
Din is-sena ħa jibdew issiru laqgħat ta’ informazzjoni maż-żagħżagħ
on campus
(Università, MCAST, Junior College, Higher) fejn iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jitkellmu u jistaqsu iktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi.
Nipparteċipaw f’attivitajiet immirati għaż-żagħżagħ permezz ta’
info desks
fejn inqassmu fuljetti b’informazzjoni utli għaż-żagħżagħ u kif ukoll xi
give aways
bħal pereżempju
pen drives
u xi
stationery.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw servizzi ta' kalibrazzjoni fuq strumenti ta’ kejl mill-MCCAA fl-2014 u 2015? Kemm saru testijiet mil-laboratorji tal-MCCAA matul l-istess sentejn, u x’tip ta' testijiet kienu?
Response (DALLI, HELENA)
Tabella 1 tagħti tarif dwar kemm ingħataw servizzi ta' kalibrazzjoni fuq strumenti ta’ kejl mill-MCCAA fl-2014 u 2015.
Tabella 1
Servizz ta’ Kalibrazzjoni
2014
2015
Kejl ta’ ħin u frekwenza
21
16
Kejl ta’ elettriku
22
7
Kejl ta’ tul
54
33
Kejl ta’ pressjoni
96
102
Kejl ta’ umdità
118
70
Kejl ta’ massa
453
400
Kejl ta’ temperatura
1060
425
TOTAL
1824
1053
Tabella 2 turi kemm saru testijiet mil-laboratorji tal-MCCAA matul l-istess sentejn, u x’tip ta' testijiet kienu
Tabella 2
Tipi ta’ testijiet
2014
2015
konkrit u asfalt
4726
8151
Gassijiet mediċi
387
300
Inġinerija
110
250
Forensika (analisi ta’ drogi)
400
500
TOTAL
5623
9201