Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enti Pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 16611 u 16423 li huma relatati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Numru 16611 nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat f'Seduta 344 fl-24 ta' Jannar 2006, u cioe` li r-risposta ser tingħata f'PQ 16423. Rigward Mistoqsija Parlamentari Numru 16423, din ir-risposta ser tingħata f'Seduta Numru 349.
Leg 10 PQ #16642 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma: Fondazzjoni Patrimonju Malti Heritage Malta Fondazzjoni Ċentru għall-Kreativita' ta' San Ġakbu Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Manoel Theatre Management Committee Malta Song Board Malta Tourism Authority Enforcement Directorate National Festivities Committee Nationa Folklore Commission Orkestra Nazzjonali Committe of Guarantee Bord tal-Warrant tar-Restawri Tourism Appeals Board Regatta Commission Soċjeta ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ Superintendence of Cultural Heritage L-entitajiet li jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali huma kif ġej: Entita Avukati Ħlas MTA Grech Vella Hyzler & Tortell retainer fee ta' Lm 375 fix-xahar + ħlas ad hoc Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Dr Richard Sladden ad hoc Orkestra Nazzjonali Dr Andrew Borg Cardona ma hemmx rata ta' ħlas stabbilita fis-sena Teatru Manoel Dr Robert Tufigno f'każijiet ta' kawżi legali Dar il-Mediterran għall-Konferenzi skond in-natura tal-kawża ħlas ad hoc Heritage Malta Dr Patrick Valentino retainer fee ta' Lm 2880 fis sena Heritage Malta Dr Andrew Borg Cardona case by case basis - Lm 555

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni huma l-Malta Communications Authority, il-Malta Maritime Authority u l-Malta Standards Authority. Huma l-Malta Communications Authority u l-Malta Maritime Authority li jagħmlu outsourcing tax-xogħol legali tagħhom (legal advice and litigation). L-avukati mqabbda mill-Malta Communications Authority huma Ganado and Associates u dawn jitħallsu Lm1,437.50c kull tliet xhur. Il-Malta Maritime Authority għandha ftehim mal-kumpanija Mamo TCV għal servizzi ta' legal advice litigation li għalihom tħallas Lm25 is-siegħa. L-Awtorita' tuża wkoll servizzi ta' l-avukat Dr. Robert Vassallo għal skopijiet ta' riċerka u dan jitħallas bir-rata ta' Lm2.75 is-siegħa. L-Awtorita' tista' f'ċertu każijiet speċifiċi, tqabbad avukati oħra fuq bażi ad hoc.

Riżorsi u Infrastruttura — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi hija l-Awtorita’ li taqa’ taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Din l-Awtorita’ tagħmel outsourcing ta’ xogħol legali minħabba li ma’ l-Awtorita’ m’hemmx avukati ngaġġati permanenti. L-avukati mqabbda bħala Legal Advisors huma Gatt, Frendo, Tufigno. M’hemmx ħlas fiss perjodikament. Dan jiddependi fuq is-servizz li jagħtu lill-Awtorita’. L-Awtorita’ tqabbad ukoll xi avukati oħra fuq bażi ndividwali. Matul is-sena 2004 – 2005 l-avukati mqabbda u l-ħlasijiet li sarulhom kienu:- Lm Gatt, Frendo, Tufigno 4,811 Avv. Paul Micallef 500 Avv. Robert Attard 1,000 Avv. Louise Farrugia 80
Leg 10 PQ #16646 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Enti pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex m’għandu l-ebda entita’ pubblika, awtorita’ jew korporazzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet pubbliċi, awtorijiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma l-Medicines Authority u Sptar Żammit Clapp. Minn dawn, l-Isptar Żammit Clapp biss jagħmel outsourcing ta' xogħol legali tiegħu permess ta' l-FMS li taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru tal-Finanzi.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-riposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16426. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16426.
Leg 10 PQ #16620 Sitting 345 2006-01-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlementari Nru. 16427. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16427.

OPM — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suġġett tal-Mistoqsija mhux applikabbli għad-dekasteru tiegħi.
Leg 10 PQ #16639 Sitting 345 2006-01-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Xejn.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #16605 Sitting 344 2006-01-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Enti pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m’għandu l-ebda kumpanija awtorita jew korporazjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16421. Għat-tielet parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16421.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ser tingħata f'seduda 349 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16423. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16423.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-Risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.16424. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.16424.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enti pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B'referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16425. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16425.