Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qagħda Finanzjarja tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-figuri finanzjarji u statistika tal-qagħda finanzjarja tal-gvern (general government) li l-gvern jagħti lill-ECB hijiex ibbażata fuq accrual accounting basis jew fuq cash basis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma jgħaddix figure jew statistika lill-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Gvern jgħaddi l-figuri finanzjarji u l-istatistika li tirrigwardah biss lill-Eurostat, permezz ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

Prezzijiet tal-Fuel Oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17732 u 17875 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar? Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali? Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Portijiet — Health and Safety Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-inġenji li hemm fil-portijiet tal-Belt Valletta (Laboratory Wharf) humiex ċertifikati għall-użu mill-health and safety department? Jekk m'humiex, l-ente li eventwalment tieħu t-tmexxija ta' portijiet se tkun tista' tibqa' tuża l-istess inġenji? Jekk m'hemmx ċertifikati, x'qed jagħmel il-gvern biex jassigura li l-ħaddiema tal-port ma jkunux jaħdmu f'periklu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inġenji użati għall-ħatt u tagħbija tal-merkanzija minn fuq il-vapuri f'Xatt il-Laboratorju huma ċertifikati skond kif mitlub mill-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-xogħol. Din iċ-ċertifikazzjoni ssir kull sena.

Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17729 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16213, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mit-tax payer f'kull kategorija ta' qligħ (income bracket) kif mogħti fuq l-informazzjoni huma impjegati u kemm huma self-employed, sena b'sena u f'kull kategorija ta' dħul? Kemm ħallsu taxxa dawk f'kull kategorija (income bracket) kull sena fl-istess perijodu fuq indikat, cioe' bejn l-1998 sa l-2004, sena b'sena? Kemm huwa d-dħul mill-income tax għall-gvern mill-kumpanniji kollha ta' kull kategorija, kemm pubbliċi kif ukoll privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prezzijiet tal-Fuel Oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17732 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar? Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali? Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol fil-Portijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fit-tender tax-xogħol ta' portijiet, l-inġenji u makkinarju li hemm fil-portijiet humiex se jinxtraw minn dak li l-offerta tiegħu tiġi aċċettata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li f'dan l-istadju tal-proċess huma dawk biss li irreġistraw ruħhom fl-Expression of Interest u li konsegwentament ġabru u ħallsu għad-dokumenti għandhom jedd għall-informazzjoni hemm kontenuta.

Taxxi Interni

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16213, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mit-tax payer f'kull kategorija ta' qligħ (income bracket) kif mogħti fuq l-informazzjoni huma impjegati u kemm huma self-employed, sena b'sena u f'kull kategorija ta' dħul? Kemm ħallsu taxxa dawk f'kull kategorija (income bracket) kull sena fl-istess perijodu fuq indikat, cioe' bejn l-1998 sa l-2004, sena b'sena? Kemm huwa d-dħul mill-income tax għall-gvern mill-kumpanniji kollha ta' kull kategorija, kemm pubbliċi kif ukoll privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Prezzijiet tal-Fuel Oil

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar? Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali? Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Ikliet u riċevimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) minn dawn il-kategoriji ta' persuni indikati, cioe': Persuni miżżewġa pero' jimlew separate declaration ; Persuni miżżewġa u jimlew joint declaration; u Persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration? Jista' il-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: Lm0 - Lm4,200 Lm4,200 - Lm6,000 Lm6,000 - Lm8,000 Lm8,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm12,000 Lm12,000 u aktar? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tas-snin 1995 sa l-1997, it-tagħrif ma setax ikun miġbur.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OPM — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għar-rigward tad-dekasteru tiegħi, l-enti pubbliċi, awtoritajiet, u/jew korporazzjonijiet imsemmija hawn taħt jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku Kummissjoni Elettorali Awtorita’ tax-Xandir Kummissjoni ta’ l-Impjiegi Kunsill Malti għall-Iżvi lupp Ekonomiku u Soċjali Kunsill Malti għax-Xjenza u Tekonoloġija Management Efficiency Unit Industrial Projects and Services Ltd L-informazzjoni mitluba fil-każ tal-mistoqsijiet l-oħra qed tiġi mogħtija fit-Tabella ‘A’. Ninsab infurmat ukoll illi l-enti pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi huma dawn l-imsemmija: L-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta Il-Borża ta’ Malta L-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi L-Awtorita’ ta’ l-Istatistika Minn dawn, hija biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li tagħmel outsourcing ta’ xogħol legali billu tuża tliet uffiċċji legali li huma : Camilleri Preziosi Advocates Bir-rata ta’ Lm45 fis-siegħa (Partner) Bir-rata ta’ Lm30 fis-siegħa (Senior) Bir-rata ta’ Lm25 fis-siegħa (Junior) Mamo TCV Advocates Bir-rata ta’ Lm45 fis-siegħa Muscat Azzopardi Bir-rata ta’ Lm15 fis-siegħa

OPM — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16635 u jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nagħmel referenza għat-Tweġiba li saret għall-Mistoqsija Parlamentari 16635.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enti Pubbliċi

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16616, tista' il-Ministru tagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 16425 indikata fl-istess risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub dwar Mistoqsija Parlamentari Nru 16425 qed jinġabar u Tweġiba mistennija tingħata fis-Seduta Numru 350.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 16607, jista' il-Ministru jagħti risposta għall-istess mistoqsija u għall-mistoqsija parlamentari 16421 msemmija fir-risposta tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għal dil-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16607 u cioe li l'informazzjoni mitluba ser tingħata b'mod komplet fit-twegiba għall-mistoqsija numru 16421.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi

Question

B'riferena għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16614, jista' il-Ministru jagħti dettalji u risposta għall-mistoqsija parlamentari 16424?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Isem tal-Kumpanija/Entita'/Bord Chairperson/President/Direttur Remunerazzjoni Benefiċċji Oħra Board of Directors- Mt Carmel Hospital Mr. Louis Bonniċi Chairperson: Lm5,000 fis-sena Membri : Lm1,000 fis-sena Xejn Xejn Hospital Management Committee- Zammit Clapp Hospital Prof Frederick Fenech Chairperson: Lm5,000 fis-sena* Membri : Lm1,000 fis-sena Xejn Xejn * Effettivament Prof F. Fenech jieħu biss Lm3,000 filwaqt li jagħti Lm2,000 bħala donazzjoni b'risq il-Hospital Staff Development.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent hu responsabbli minn żewġ enti pubbliċi. Dawn huma l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija Wasteserv Malta Co Ltd. Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel użu regolari mis-servizzi ta' żewġ ditti ta' avukati li ġew magħżula wara sejħa pubblika għall-offerti. Dawn huma Abela, Stafrace and Associates u Grech, Vella, Tortell and Hyzler. Is-servizzi pprovduti u l-ħlasijiet rispettivi huma hekk kif ġej: Ditta ta' Avukati Tip ta' servizz Ħlasijiet Abela, Stafrace & Associates Servizzi legali ·- Retainer annwali ta' Lm13,000 (qabel il-VAT) ·-Rimbors ta' spejjeżta' taxxa tal-Qorti ·-Lm20 is-siegħa (qabel il-VAT) għal siegħat barra min-normal Grech, Vella, Tortell & Hyzler Servizzi legali ·- Retainer ta' Lm900 (qabel il-VAT) kull tliet xhur ·-Lm50 għal kull seduta quddiem il-Qorti għal każi konnessi mal-ex-PAPB Il-kumpanija WasteServ Malta Limited ma tħallasx għal servizzi legali fuq bażi annwali jew perjodika iżda għandha avukat impjegat part-time magħha. Il-kumpanija WasteServMalta Limited tagħmel ukoll użu minn kumpaniji legali għal biċċiet ta' xogħol speċifiċi "on an assignment basis" iżda ma tħallas ebda 'retainer' lil ebda uffiċju legali. Kumpaniji legali li jintużaw huma:- - Ganado & Associates Advocates - Lofaro & Tanti Dougall - Mamo TCV Advocates

Żvilupp Urban u Toroq — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta hija l-Awtorita' li taqa' taħt il-Ministeru għal Iżvilupp Urban u t-Toroq. Ninsab infurmat li l-avukati mqabbda minn din l-Awtorita' huma dawk ta’ Sapiano & Associates. Dawn qegħdin jitħallsu s-somma ta' elf seba mija u sebgħin lira (Lm1,770) kull xhar. Barra minn hekk, l-Awtorita' tuża s-servizzi ta’ Dr Andrew Borg Cardona fuq konsulenza legali. Dr Borg Cardona kien b’retainer ta’ Lm236 kull tlett xhur sa Marzu 2005. Wara dan il-perjodu l-ħlas beda jsir skond ix-xogħol mgħoddi lilu.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enti pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Enti Pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 16603 u 16418 li ġew marbuta flimkien fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16603?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16418 se tingħata fis-Seduta numru 349 skond l-Aġenda.