Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19592 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tiżvesti ruħha minn xogħol anċillari, bħalma hu cleansing/dressing ta' l-ajruplani u communary services u tgħaddihom lill-privat?
Jista' il-Ministru jiggarantixxi li fl-għeluq ta' tliet snin mill-ftehim kollettiv li kien sar mal-ħaddiema ta' l-Air Malta, il-ħaddiema li jinsabu f'dan ix-xogħol li qed ikun mgħoddi lill-privat, se jkunu kkonsidrati redundant?
Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern Nazzjonalista m'għandux ħsieb li jipprivatizza l-Air Malta jew li jagħlaqha?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta għaddeja minn proċess ta ristrutturar sabiex tkun f'qagħda aħjar li tikkompeti u tkompli tkun ta' support għall-industrija Maltija tat-turiżmu u l-ekonomija in ġenerali. Għal dan il-għan, l-Air Malta qed tiddentifika setturi fl-operat tagħha fejn jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż. Kien għalehekk li ħarġet tender biex it-tindif ta' l-ajruplani jingħata b'kuntratt.
Permezz ta' dan il-kuntratt l-Air Malta hu stmat li ser tiffranka madwar Lm 278,000 fis-sena. Il-ħaddiema li kienu jagħmlu dan ix-xogħol, bi ftehim mal-General Workers Union, ingħatalhom xogħol ieħor.
Fil-preżent la hemm il-ħsieb li l-Air Malta tkun privatizzata u wisq anqas li tingħalaq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19472 u jgħid jekk fir-rapport li għamlu Deloitte and Touche fuq s-surcharge fuq dawl u ilma:
(a) ħadux in konsiderazzjoni il-fatt li l-gvern kien għolla l-prezz tal-petrol, eċċ. fil-pompi biex jagħmel cross subsidisation tal-konsum tad-dawl;
(b) it-telf ta' Lm2.5 miljun assorbiti mill-Enemalta f'Ottubru 2005, ġew ikkonsidrati fl-audit li sar;
(c) jekk l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta ammontanti għal Lm5.2 miljun suppost li se jinġarru mill-Enemalta, ġewx ikkonsidrati fil-kalkoli, peress li l-mekkaniżmu msemmi fir-rapport bħala kumpens għal dan l-ammont globali ta' Lm5.2 miljun huwa ħafna anqas mill-ammont ta' Lm5.2 miljun?
Dan kollu jimpatta fuq ir-rata ta' surchargeli jrid iġorr il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Intrpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li r-rapport ta' Deloitte & Touche ma ġiex kummissjonat mill-Ministeru tiegħi jew xi enti li taqa' taħtu.
Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li hija invalida hijiex intitolata għall-benefiċċji oħra u jekk din il-persuna li għandha familja hijiex intitolata li tkun eżenti mis-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fir-rapport li għamlu Deloitte and Touche fuq s-surcharge fuq dawl u ilma:
(a) ħadux in konsiderazzjoni il-fatt li l-gvern kien għolla l-prezz tal-petrol, eċċ. fil-pompi biex jagħmel cross subsidisation tal-konsum tad-dawl;
(b) it-telf ta' Lm2.5 miljun assorbiti mill-Enemalta f'Ottubru 2005, ġew ikkonsidrati fl-audit li sar;
(c) jekk l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta ammontanti għal Lm5.2 miljun suppost li se jinġarru mill-Enemalta, ġewx ikkonsidrati fil-kalkoli, peress li l-mekkaniżmu msemmi fir-rapport bħala kumpens għal dan l-ammont globali ta' Lm5.2 miljun huwa ħafna anqas mill-ammont ta' Lm5.2 miljun?
Dan kollu jimpatta fuq ir-rata ta' surchargeli jrid iġorr il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238, 18538 u 18853 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Enemalta tuża l-Platts Average Med. bħala "reference price" għax-xiri tal-"fuel oil" liema prezz l-Onor. Interpellant jista' jarah fuq il-"website" relattiva.
Il-prezz attwali meta mixtri "spot" hu, iżda, irħas minn dak tas-suq minħabba l-arranġamenti kummerċjali li l-Enemalta tagħmel ma "suppliers" tagħha u ma jidhirlix li jekk niżvela dan id-"discount" kummerċjali nkun qed ngħin lill-Enemalta. Irrid ngħid ukoll illi l-Enemalta ilha tagħmel "short term hedge purchases" mis-sena l-oħra.
Rigward ir-rata tal-kambju tad-dollaru Amerikan, l-Onor. Interpellant jista' jara l-"web site" tal-Bank Ċentrali iżda ngħarrfu wkoll illi anki hawn ilu jsir "hedging" mill-2004.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 18237, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-istatistika li tintbagħat lill-European Central bank hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 18851 seduta 381.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha, inklużi pjanti u rapporti jew talbiet, li saru in konnessjoni ma' l-estensjoni proposta ta' skemi tal-bini li dwarhom qed issir konsultazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-pjanti li jindikaw it-talbiet li saru u d-dokument li jelenka l-kriterji li ġew imfassla mill-Kabinet diġa huma aċċessibbli mill-pubbliku minn fuq il-
website
ta’ l-istess Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18848 u jgħid kemm daħal revenue mit-taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek reġistrati f'Malta, matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Jista' il-Prim Ministru jagħti t-totalita' ta' dħul (revenue) mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek separatament, sena b'sena kif mitlub hawn fuq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238, 18538 u 18853 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18851, jista' il-Prim Ministru jgħid kif jista' l-NSO jagħti informazzjoni abażi ta' accruals meta s-sistema ta' accrual ma titħaddimx mis-settur pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16213, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mit-tax payer f'kull kategorija ta' qligħ (income bracket) kif mogħti fuq l-informazzjoni huma impjegati u kemm huma self-employed, sena b'sena u f'kull kategorija ta' dħul?
Kemm ħallsu taxxa dawk f'kull kategorija (income bracket) kull sena fl-istess perijodu fuq indikat, cioe' bejn l-1998 sa l-2004, sena b'sena?
Kemm huwa d-dħul mill-income tax għall-gvern mill-kumpanniji kollha ta' kull kategorija, kemm pubbliċi kif ukoll privati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17874.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18570 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 18237, jekk l-istatistika li tintbagħat lill-European Central bank hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali ta’ Malta jgħaddi l-istatistika lill-ECB skond l-obligazzjonijiet li għandu taħt id-direttivi ta’ l-ECB u obbligazzjonijiet oħra relatati ma’ statistika li trid tingħata. Din l-istatistika mhix miġbura direttament mill-Bank Ċentrali ta’ Malta iżda tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika li hu responsabbli sabiex jissottomettiha b’mod regolari lill-Eurostat. L-NSO jiġbor din l-istatistika skond ir-regoli tal-kontabilita’ tal-European System of Accounts (ESA95), li huwma ibbazati fuq il-kunċett ta’ accruals.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18536 u r-risposta mogħtija, jikkonferma l-Prim Ministru li fil-lejl bejn is-17 u t-18 ta' April, 2006 niżel ajruplan militari fl-ajruport ta' Ħal-Luqa/Gudja? Jekk iva, ta' liema pajjiż kien, x'kienet il-missjoni tiegħu u kemm dam f'Malta? Jekk bil-passiġġieri fuqu, min kienu u x'kienet ir-raġuni li huma ġew Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fid-data imsemmija niżel f’Malta ajruplan militari Amerikan li kellu fuqu ħames membri tal-Kungress Amerikan u d-delegazzjonijiet tagħhom għal żjara ta’ ġurnata u laqgħat ta’ rutina fl-Ambaxxata Amerikana.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238 u 18538 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk riċentement niżilx ajruplan militari fl-ajruport ta' Malta matul il-lejl? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni ta' dan l-inżul, u min kienu l-persuni fuqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li minn zmien għal zmien jingħataw permessi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex ajruplani militari jinżlu fl-ajruport ta’ Malta kemm matul il-ġurnata kif ukoll matul il-lejl. Ir-raġunijiet għal dan l-inzul jistgħu jkunu ħtiġijiet tekniċi, ‘re-fuelling’, biex tinħatt xi merkanzija għal xi Ambaxxata Barranija f’Malta, kif ukoll il-ġarr ta’ ‘VIPs’ u delegazzjonijiet uffiċjali minn u lejn Malta.
Jekk l-Onor Membru għandu aktar dettalji dwar il-kaz partikolari nitolbu jgħaddihom lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jiġu nvestigati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18238 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar?
Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali?
Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 18237, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-istatistika li tintbagħat lill-European Central bank hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.